This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32012H0090
2012/90/EU: Commission Recommendation of 14 February 2012 on guidelines for the presentation of the information for the identification of lots of forest reproductive material and the information to be provided on the supplier’s label or document
2012/90/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Frar 2012 dwar il-linji gwida għall-preżentazzjoni tat-tagħrif għall-identifikazzjoni ta’ ħafna materjal riproduttiv tal-foresta u t-tagħrif li għandu jiġi provdut fuq it-tikketta jew id-dokument tal-fornitur
2012/90/UE: Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tal- 14 ta’ Frar 2012 dwar il-linji gwida għall-preżentazzjoni tat-tagħrif għall-identifikazzjoni ta’ ħafna materjal riproduttiv tal-foresta u t-tagħrif li għandu jiġi provdut fuq it-tikketta jew id-dokument tal-fornitur
ĠU L 43, 16.2.2012, pp. 38–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
16.2.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 43/38 |
RAKKOMANDAZZJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-14 ta’ Frar 2012
dwar il-linji gwida għall-preżentazzjoni tat-tagħrif għall-identifikazzjoni ta’ ħafna materjal riproduttiv tal-foresta u t-tagħrif li għandu jiġi provdut fuq it-tikketta jew id-dokument tal-fornitur
(2012/90/UE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 292 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE tat-22 ta’ Diċembru 1999 dwar il-marketing ta’ materjali riproduttivi tal-foresti (1) jistipula t-tagħrif li għandu jintuża sabiex jiġi identifikat kull lott tal-materjal riproduttiv tal-foresta (minn hawn ’il quddiem “MRF”). Barra minn hekk, l-Artikolu 14 ta’ dik id-Direttiva jistipula t-tagħrif li għandu jiġi indikat fit-tabella jew dokument tal-fornitur. Madankollu ma ġew stabbiliti l-ebda regoli li jikkonċernaw il-preżentazzjoni ta’ dan it-tagħrif. |
|
(2) |
Għaldaqstant, il-mod ta’ kif it-tagħrif huwa ppreżentat fit-tabella jew dokument tal-fornitur ivarja b’mod sinifikanti madwar l-Unjoni. Bosta Stati Membri u partijiet interessati rrappurtaw li, minħabba l-użu ta’ lingwi differenti u forom ta’ preżentazzjoni, it-tikketta jew id-dokumenti tal-fornitur spiss ma jinftehmux bl-istess mod mill-partijiet interessati involuti fil-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(3) |
Madankollu, id-Direttiva 1999/105/KE ma tinkludix bażi legali li tippermetti lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi dispożizzjonijiet legali li jorbtu li għandhom l-għan li jarmonizzaw it-tikketta jew id-dokument tal-fornitur sabiex inaqqsu dawn id-diffikultajiet. Għaldaqstant, huwa xieraq li jiġu adottati linji gwida li jirrakkomandaw preżentazzjoni tat-tagħrif li għandu jiġi provdut fit-tabella jew dokument tal-fornitur li jiffaċilita l-fehim ta’ dan it-tagħrif fl-Istati Membri kollha. |
|
(4) |
F’konformità mal-Artikolu 1 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1598/2002 tas-6 ta’ Settembru 2002 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/105/KE dwar l-għoti ta’ assistenza amministrattiva reċiproka minn korpi uffiċjali (2), fejn l-MRF jgħaddi minn Stat Membru għal ieħor, il-korp uffiċjali tal-Istat Membru li fih huwa bbażat il-fornitur għandu jipprovdi tagħrif lill-korp uffiċjali tal-Istat Membru li fih huwa bbażat ir-riċevitur. Dan it-tagħrif għandu jiġi provdut permezz ta’ “Dokument ta’ Informazzjoni” f’format standardizzat fir-rigward tal-mod ta’ kif huwa preżentat it-tagħrif u jinkludi, kif stipulat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament, l-użu ta’ kodiċi armonizzat biex jiġu identifikati l-oġġetti differenti. |
|
(5) |
Meta wieħed iqis li ma ġew rappurtati l-ebda diffikultajiet fir-rigward tal-użu ta’ dan id-“Dokument ta’ Informazzjoni” u li xi partijiet mit-tagħrif mitlub mill-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE li għandhom jiġu indikati fit-tabella jew dokument tal-fornitur huma mitluba wkoll mill-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1598/2002 għad-“Dokument ta’ Informazzjoni”, huwa meqjus xieraq li jiġi rakkomandat l-użu ta’ kodiċi numeriku biex jidentifika l-oġġetti differenti fit-tabella jew dokument tal-fornitur simili għal dawk stipulati fl-Anness tar-Regolament (KE) Nru 1598/2002. |
|
(6) |
Madankollu s-sekwenza u l-kontenut tal-kodiċi stipulati f’dawn il-linji gwida għandhom ikunu bbażati fuq ir-rekwiżiti għall-kummerċjalizzazzjoni tal-lottijiet MRF u l-kontenut tat-tikketta jew dokument tal-fornitur kif stipulat fl-Artikoli 13 u 14 tad-Direttiva 1999/105/KE. |
|
(7) |
Dawn il-linji gwida għandhom jikkunsidraw id-differenzi msemmija fil-Premessa 2, biex jiffaċilitaw il-kummerċ u l-iskambju ta’ tagħrif. |
|
(8) |
Barra minn hekk, il-miżuri nazzjonali li ttieħdu mill-Istati Membri skont din ir-Rakkomandazzjoni għandhom jiġu stabbiliti b’mod trasparenti u għandhom ikunu proporzjonati mal-objettiv imfittex, |
ADOTTAT DIN IR-RAKKOMANDAZZJONI:
|
1. |
Bl-iżvilupp tal-miżuri nazzjonali li jikkonċernaw il-mod ta’ kif it-tagħrif għandu jiġi provdut mit-tikketta jew dokument tal-fornitur kif imsemmi fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE għandu jiġi preżentat, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw il-linji gwida stipulati fl-Anness għal din ir-Rakkomandazzjoni. |
|
2. |
Din ir-Rakkomandazzjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. |
Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Frar 2012.
Għall-Kummissjoni
John DALLI
Membru tal-Kummissjoni
ANNESS
A. Prinċipji ġenerali għall-istabbiliment ta’ miżuri nazzjonali
1. Trasparenza
Il-miżuri nazzjonali li jikkonċernaw il-preżentazzjoni tat-tagħrif li għandu jiġi provdut fit-tikketta jew dokument tal-fornitur għall-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-foresta (minn hawn ’il quddiem “MRF”) għandhom jiġu żviluppati f’kooperazzjoni mal-partijiet interessati rilevanti u b’mod trasparenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw kooperazzjoni ma’ Stati Membri oħra biex jikkontribwixxu għat-tnaqqis tad-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom l-Istati Membri konsegwenza tal-modi differenti kif dan it-tagħrif huwa preżentat.
2. Proporzjonalità
Il-miżuri nazzjonali adottati skont din ir-rakkomandazzjoni għandhom ikunu proporzjonati mal-objettiv li qed jiġi segwit, jiġifieri l-iffaċilitar tal-fehim tat-tagħrif provdut f’format u lingwi differenti. Dawn il-miżuri għandhom jevitaw piż bla bżonn għas-sidien u l-mixtliet tal-foresta.
L-għażla tal-miżuri għandha tikkunsidra d-diffikultajiet u l-karatteristiċi reġjonali u lokali, bħall-għamla u d-daqs tal-intrapriża tal-fornitur u l-utenti, l-aċċess għall-kummerċjalizzazzjoni, kif ukoll il-prassi lokali, nazzjonali, tal-Unjoni u tal-fornitur għall-immaniġġjar. Dawn għandhom ikunu proporzjonati mal-livell ta’ kummerċ, li jiddependi fuq speċifiċitajiet reġjonali u nazzjonali u l-ħtiġijiet partikolari tal-MRF. Dawn il-miżuri jistgħu jiġu adottati bħala regoli, rakkomandazzjonijiet jew linji gwida nazzjonali indirizzati lill-fornituri tal-MRF.
B. L-identifikazzjoni tal-kodiċi tikkorrispondi mal-oġġetti rilevanti tat-tikketta jew dokument tal-fornitur
L-oġġetti li għandhom jiġu provduti fit-tikketta jew dokument tal-fornitur għandhom jiġu preżentati kif elenkati fil-kolonna tax-xellug tat-tabella ta’ hawn taħt, skont is-sekwenza użata fl-Artikolu 13 u fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE. Fejn xieraq, jistgħu jiżdiedu xi oġġetti addizzjonali, taħt punt C, għal skopijiet ta’ traċċabilità u tagħrif.
Għandhom jintużaw u jiġu preżentati numri armonizzati ta’ identifikazzjoni permezz tan-numri u kodiċi elenkati fil-kolonna tal-lemin tat-tabella ta’ hawn taħt, li jservu bħala traduzzjonijiet numeriċi tat-test korrispondenti fil-kolonna tax-xellug. Dawn in-numri kollha huma maħsuba biex jiffaċilitaw l-irkupru u r-rikonoxximent tat-tagħrif, dawn għandhom jiġu miżjuda ma’ dan it-tagħrif mingħajr ma jqiegħdu l-kliem sħiħ, jew imqassar tal-kolonna tax-xellug, li normalment jintużaw fuq it-tikketti jew dokumenti tal-fornitur.
Il-kodiċi rilevanti u armonizzati ta’ identifikazzjoni għandhom jinkitbu b’tipa grassa qabel kull oġġett li se jkun provdut fuq it-tikketta jew dokument tal-fornitur.
|
|
Numru fuq it-tikketta jew dokument tal-fornitur |
||||||||||||
|
A. Rekwiżiti kif elenkati fl-Artikolu 13 tad-Direttiva 1999/105/KE |
|||||||||||||
|
Kodiċi taċ-ċertifikat ewlieni u n-numru |
3 |
||||||||||||
|
Isem botaniku |
6 |
||||||||||||
|
Kategorija |
|
||||||||||||
|
Għan |
|
||||||||||||
|
Tip ta’ materjal bażiku |
|
||||||||||||
|
Ir-referenza tar-reġistru jew il-kodiċi tal-identità għar-reġjun ta’ provenjenza |
11 |
||||||||||||
|
Reġjun ta’ provenjenza — għal-materjali riproduttivi tal-kategoriji “sorsi-identifikati” u “magħżula” jew ta’ materjali riproduttivi oħra jekk ikun xieraq |
13 |
||||||||||||
|
Jekk ikun xieraq, sew jekk l-oriġini tal-materjal tkun awtoktonika jew indiġena, mhux awtoktonika jew mhux indiġena, jew mhux magħrufa |
|
||||||||||||
|
Fil-każ ta’ unitajiet taż-żrieragħ, is-sena tal-maturità |
17 |
||||||||||||
|
L-età ta’ friegħi tax-xtieli jew siltiet għat-tħawwil, sew jekk maqtugħa minn taħt, trapjanti jew f’kontenituri |
16 |
||||||||||||
|
It-tip ta’ friegħi tax-xtieli jew siltiet għat-tħawwil, sew jekk maqtugħa minn taħt, trapjanti jew f’kontenituri |
|
||||||||||||
|
Jekk humiex modifikati ġenetikament |
|
||||||||||||
|
B. Rekwiżiti kif elenkati fl-Artikolu 14 tad-Direttiva 1999/105/KE |
|||||||||||||
|
In-numru(i) taċ-ċertifikat ewlieni maħruġ skont l-Artikolu 12 tad-Direttiva 1999/105/KE jew referenza għad-dokument l-ieħor disponibbli f’konformità mal-Artikolu 12(3) ta’ dik id-Direttiva |
3 |
||||||||||||
|
Isem tal-fornitur |
4 |
||||||||||||
|
Il-kwantità fornuta |
15 |
||||||||||||
|
Fil-każ ta’ materjali riproduttivi tal-kategorija “ittestjata” li l-materjal bażiku jkun approvat skont l-Artikolu 4(5) tad-Direttiva 1999/105/KE, il-kliem “approvati proviżorjament” |
8x |
||||||||||||
|
Jekk il-materjal ma jkunx ġie propagat b’mod veġetattiv |
|
||||||||||||
|
Fil-każ taż-żerriegħa, għal kwantitajiet ’il fuq minn dawk imsemmija fl-Artikolu 14(4) tad-Direttiva 1999/105/KE |
|||||||||||||
|
Purità: il-perċentwal tal-piż taż-żerriegħa pura, żerriegħa oħra u materja rieqda tal-prodott kumerċjalizzat bħala żerriegħa fil-lott |
22 |
||||||||||||
|
Il-perċentwal tal-ġerminazzjoni taż-żerriegħa pura, jew, meta l-perċentwal tal-ġerminazzjoni jkun impossibbli jew mhux prattiku biex jiġi kkalkulat, il-vijabbiltà tal-perċentwal valutat b’referenza għal metodu speċifiku |
23 |
||||||||||||
|
Il-piż ta’ 1 000 żerriegħa pura |
24 |
||||||||||||
|
In-numru ta’ żerriegħa ġerminabbli kull kilogramm tal-prodott kummerċjalizzat bħala żerriegħa, jew, meta n-numru ta’ żerriegħa ġerminabbli ma jkunx possibbli jew mhux prattiku biex jiġi kkalkulat, in-numru vijabbli taż-żerriegħa kull kilogramma |
25 |
||||||||||||
|
Fil-każ tal-Populus spp. (parti mill-pjanti) |
|||||||||||||
|
Klassi tal-qtugħ tal-friegħi (EC 1/EC 2) |
26 |
||||||||||||
|
Klassi tas-settijiet (N1/N2 — S1/S2) |
27 |
||||||||||||
|
C. Oġġetti addizzjonali possibbli għal skopijiet ta’ traċċabilità u tagħrif |
|||||||||||||
|
In-numru tad-dokument tal-fornitur |
1 |
||||||||||||
|
Numru intern (tal-fornitu) tal-lott |
1a |
||||||||||||
|
Data ta’ meta ntbagħat l-MRF |
2 |
||||||||||||
|
Indirizz sħiħ tal-formitur |
4 |
||||||||||||
|
Isem u indirizz tar-riċevitur |
5 |
||||||||||||
|
Pajjiż tar-reġjun ta’ provenjenza jew tal-post |
13 |
||||||||||||
|
Oriġini tal-materjal bażiku jekk mhijiex awtoktonika jew mhux indiġena |
14 |