This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R1304
Commission Implementing Regulation (EU) No 1304/2011 of 13 December 2011 on the withdrawal of the temporary suspension of the duty-free regime for the year 2012 for the importation into the European Union of certain goods originating in Norway resulting from the processing of agricultural products covered by Council Regulation (EC) No 1216/2009
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2011 tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-irtirar ta’ sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2012 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1304/2011 tat- 13 ta’ Diċembru 2011 dwar l-irtirar ta’ sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2012 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009
ĠU L 330, 14.12.2011, p. 19–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2012; Imħassar b' 32012R1085
14.12.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 330/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1304/2011
tat-13 ta’ Diċembru 2011
dwar l-irtirar ta’ sospensjoni temporanja tar-reġim ta’ bla dazju għas-sena 2012 għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ ċerti oġġetti li joriġinaw min-Norveġja li jirriżultaw mill-ipproċessar ta’ prodotti agrikoli koperti mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1216/2009 tat-30 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi l-arranġamenti kummerċjali applikabbli għal ċerti oġġetti li jirriżultaw mill-ipproċessar tal-prodotti agrikoli (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE tal-25 ta’ Ottubru 2004 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim fl-għamla ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 3 tiegħu,
Billi:
(1) |
Il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (3), minn naħa, u l-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE (4), jiddeterminaw l-arranġamenti tan-negozju għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati bejn il-Partijiet Kontraenti. |
(2) |
Il-Protokoll 3 tal-Ftehim taż-ŻEE, kif emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 138/2004 (5), jipprevedi dazju ta’ rata żero li huwa applikabbli għal ċerti tipi ta’ ilma li fihom iz-zokkor miżjud jew ħlewwa oħra jew togħma, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 u ċerti xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor, ikklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 90 10. |
(3) |
Id-dazju ta’ rata żero fuq it-tipi ta’ ilma u xarbiet oħra kkonċernati ġie sospiż temporanjament għan-Norveġja mill-Ftehim f'Forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-Protokoll 2 tal-Ftehim Bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja (6), minn hawn 'il quddiem “il-Ftehim”, approvat mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/859/KE. Skont il-punt IV tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, l-importazzjonijiet eżenti mid-dazju ta’ prodotti tal-kodiċi NM 2202 10 00 u ex 2202 90 10 li joriġinaw fin-Norveġja għandhom jiġu permessi biss fil-limiti ta’ kwota ta’ eżenzjoni mid-dazju, filwaqt li għandu jitħallas id-dazju fuq importazzjonijiet barra mill-allokazzjoni tal-kwota. |
(4) |
Skont il-Punt IV, it-tielet inċiż, l-aħħar sentenza tal-Minuti Maqbula tal-Ftehim, il-prodotti fil-kwistjoni għandhom jingħataw aċċess mingħajr limitu bla dazju għall-Unjoni jekk il-kwota tat-tariffa ma tkunx ġiet użata sal-31 ta’ Ottubru tas-sena preċedenti. Skont id-dejta pprovduta mill-Kummissjoni, il-kwota annwali għas-sena 2011 għall-prodotti kkonċernati li nfetħet bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1248/2010 (7) ma ġietx eżawrita fil-31 ta’ Ottubru 2011. Għalhekk, il-prodotti fil-kwistjoni għandhom jingħataw aċċess mingħajr limitu bla dazju għall-Unjoni mill-1 ta’ Jannar 2012 sal-31 ta’ Diċembru 2012. |
(5) |
Għalhekk huwa meħtieġ li tiġi rtirata s-sospensjoni temporanja tar-reġim bla dazju li ġiet applikata taħt il-Protokoll Nru 2. |
(6) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-kwistjonijiet orizzontali dwar il-kummerċ ta’ prodotti pproċessati li mhumiex imniżżla fl-Anness I, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Mill-1 ta’ Jannar sal-31 ta’ Diċembru 2012, is-sospensjoni temporanja tar-reġim bla dazju li ġiet applikata skont il-Protokoll Nru 2 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles għal oġġetti kklassifikati taħt il-kodiċi NM 2202 10 00 (ilma, inkluż ilma minerali u ilma bil-gass, li jkun fih iz-zokkor miżjud jew ħlewwa oħra jew togħma) u ex 2202 90 10 (xarbiet oħra mhux alkoħoliċi li fihom iz-zokkor (sukrożju jew zokkor invertit)) għandha tiġi rtirata.
2. Ir-regoli tal-oriġini applikabbli reċiprokament għall-oġġetti msemmija fil-paragrafu 1 għandhom ikunu kif stipulat fi Protokoll 3 tal-Ftehim bilaterali dwar il-Kummerċ Ħieles bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Renju tan-Norveġja.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2012.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 328, 15.12.2009, p. 10.
(2) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 70.
(3) ĠU L 171, 27.6.1973, p. 2.
(4) ĠU L 22, 24.1.2002, p. 37.
(5) ĠU L 342, 18.11.2004, p. 30.
(6) ĠU L 370, 17.12.2004, p. 72.
(7) ĠU L 341, 23.12.2010, p. 1.