EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0104

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 104/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim taż-ŻEE

ĠU L 318, 1.12.2011, p. 42–42 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/104(2)/oj

1.12.2011   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 318/42


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 104/2011

tat-30 ta’ Settembru 2011

li temenda l-Anness XIII (Trasport) u l-Protokoll 37 (li fih il-lista prevista fl-Artikolu 101) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XIII tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 90/2011 tad-19 ta’ Lulju 2011 (1).

(2)

Il-Protokoll 37 tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 76/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (2).

(3)

Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

(4)

Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tħassar id-Deċiżjoni 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li hi inkorporata fil-Ftehim u li konsegwentement għandha titħassar mill-Ftehim.

(5)

Sabiex il-Ftehim ikun jista’ jiffunzjona sew, il-Protokoll 37 tal-Ftehim għandu jiġi estiż biex jinkludi l-Kumitat dwar in-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew stabbilit bid-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

It-test tal-punt 5 (id-Deċiżjoni Nru 1692/96/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fl-Anness XIII għall-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’li ġej:

32010 D 0661: Id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 fuq linji gwida tal-Unjoni għall-iżvilupp tan-netwerk tat-trasport trans-Ewropew (ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1).

Id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni għandhom, għar-raġunijiet ta’ dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattamenti li ġejjin:

(a)

Fl-Artikolu 8(1), il-kliem ‘u billi jiġu applikati d-Direttivi 92/43/KEE u 2009/147/KE’ m’għandhomx japplikaw għall-Istati tal-EFTA.

(b)

Fl-Artikolu 13(5)(b), il-kliem ‘Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea’ għandhom jiġu sostitwiti bil-kliem ‘Artikoli 61 u 62 tal-Ftehim’.

(c)

Il-paragrafu li ġej għandu jiżdied fl-Artikolu 21:

‘3.   L-Istati tal-EFTA għandhom jipparteċipaw bis-sħiħ fil-kumitat stabbilit skont il-paragrafu 1, minbarra għad-dritt tal-vot.’

(d)

L-Artikolu 25(1) m’għandux japplika fl-Istati EFTA.”

Artikolu 2

It-test tal-punt 4 (il-Kumitat tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew) fil-Protokoll 37 ta’ dan il-Ftehim għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

“Il-Kumitat tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew (id-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill)”.

Artikolu 3

It-testi tad-Deċiżjoni Nru 661/2010/UE fil-lingwa Islandiża u f’dik Norveġiża, li għandhom jiġi ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

Artikolu 5

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Kurt JÄGER


(1)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 62.

(2)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 33.

(3)  ĠU L 204, 5.8.2010, p. 1.

(4)  ĠU L 228, 9.9.1996, p. 1

(*)  L-ebda rekwiżiti kostituzzjonali ma huma indikati.


Top