Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0097

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 97/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 318, 1.12.2011, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/97(2)/oj

    1.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/35


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 97/2011

    tat-30 ta’ Settembru 2011

    li temenda l-Anness X (Servizzi inġenerali) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn issa ’l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikulari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness X tal-Ftehim ġie emendat permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 102/2010 tal-1 ta’ Ottubru 2010 (1).

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/425/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/767/KE rigward l-istabbiliment, il-manutenzjoni u l-pubblikazzjoni ta’ listi ta’ fiduċja ta’ fornituri ta’ servizz ta’ ċertifikazzjoni sorveljati/akkreditati mill-Istati Membri (2) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Dan li ġej għandu jiġi miżjud mal-punt 1b (id-Deciżjoni tal-Kummissjoni 2009/767/KE) fl-Anness X għall-Ftehim:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32010 D 0425: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/425/UE tat-28 ta’ Lulju 2010 (ĠU L 199, 31.7.2010, p. 30).”

    Artikolu 2

    It-testi tad-Deċiżjoni 2010/425/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li għandhom jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 3

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 332, 16.12.2010, p. 52.

    (2)  ĠU L 199, 31.7.2010, p. 30.

    (*)  Ir-rekwiżiti kostituzzjonali huma indikati.


    Top