Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22011D0095

    Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 95/2011 tat- 30 ta’ Settembru 2011 li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    ĠU L 318, 1.12.2011, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2011/95(2)/oj

    1.12.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 318/32


    DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

    Nru 95/2011

    tat-30 ta’ Settembru 2011

    li temenda l-Anness I (Kwistjonijiet veterinarji u fitosanitarji) u l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

    IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat permezz tal-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 63/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (1).

    (2)

    L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 70/2011 tal-1 ta’ Lulju 2011 (2).

    (3)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/617/UE tal-14 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/821/KE fir-rigward tal-listi ta’ postijiet ta’ spezzjoni fuq il-fruntiera u l-unitajiet veterinarji fi Traces (3) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (4)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/653/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2009/861/KE dwar miżuri tranżitorji skont ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ipproċessar ta’ ħalib nej mhux konformi f’ċerti stabbilimenti tal-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (4) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (5)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/654/UE tas-27 ta’ Ottubru 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2009/852/KE fir-rigward tal-lista ta’ ċerti stabbilimenti li jipproċessaw il-ħalib fir-Rumanija soġġetti għal ċerti miżuri tranżitorji (5) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (6)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/9/UE tal-10 ta’ Jannar 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2010/89/UE dwar miżuri tranżitorji li jirrigwardaw l-applikazzjoni ta’ ċerti rekwiżiti strutturali tar-Regolamenti (KE) Nru 852/2004 u (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill lil stabbilimenti fir-Rumanija (6) għandha tiġi inkorporata fil-Ftehim.

    (7)

    Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Il-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 39 (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/821/KE) fil-Parti 1.2:

    “—

    32010 D 0617: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/617/UE tal-14 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 271, 15.10.2010, p. 8).”

    2.

    Dan li ġej għandu jiżdied fl-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE) taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” mal-punti 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) u 17 (Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32010 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/654/UE tas-27 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 34).”

    3.

    Dan li ġej għandu jiżdied fit-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE) taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” mal-punt 16 (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

    “, kif emendat permezz ta’:

    32011 D 0009: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/9/UE tal-10 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 30).”

    4.

    L-inċiż li ġej għandu jiżdied mat-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/861/KE) taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” mal-punt 17 (ir-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) fil-Parti 6.1:

    “—

    32010 D 0653: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/653/UE tal-21 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 28).”

    Artikolu 2

    Punt 54zzzh (ir-Regolament (KE) Nru 852/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill) tal-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

    1.

    Taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” dan li ġej għandu jiżdied mal-ewwel inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/852/KE):

    “, kif emendat permezz ta’:

    32010 D 0654: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/654/UE tas-27 ta’ Ottubru 2010 (ĠU L 283, 29.10.2010, p. 34).”

    2.

    Taħt l-intestatura “Għandhom japplikaw l-arranġamenti tranżitorji stabbiliti fl-atti li ġejjin:” dan li ġej għandu jiżdied mat-tieni inċiż (id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/89/UE):

    “, kif emendat permezz ta’:

    32011 D 0009: Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/9/UE tal-10 ta’ Jannar 2011 (ĠU L 6, 11.1.2011, p. 30).”

    Artikolu 3

    It-testi tad-Deċiżjonijiet 2010/617/UE, 2010/653/UE, 2010/654/UE u 2011/9/UE fil-lingwa Islandiża u dik Norveġiża, li ser jiġu ppubblikati fis-Suppliment taż-ŻEE f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

    Artikolu 4

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Ottubru 2011, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*).

    Artikolu 5

    Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippubblikata fis-Sezzjoni taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment taż-ŻEE tiegħu.

    Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Settembru 2011.

    Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

    Il-President

    Kurt JÄGER


    (1)  ĠU L 262, 6 10 2011, p. 16.

    (2)  ĠU L 262, 6.10.2011, p. 26.

    (3)  ĠU L 271, 15.10.2010, p. 8.

    (4)  ĠU L 283, 29.10.2010, p. 28.

    (5)  ĠU L 283, 29.10.2010, p. 34.

    (6)  ĠU L 6, 11.1.2011, p. 30.

    (*)  Ma huma indikati l-ebda rekwiżiti kostituzzjonali.


    Top