This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document JOL_2011_176_R_0001_01
2011/392/EU: Council Decision of 13 May 2011 on the conclusion of an Agreement between the European Union and the Kingdom of Morocco establishing a dispute settlement mechanism#Agreement between the European Union and the Kingdom of Morocco establishing a dispute settlement mechanism
2011/392/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim
Ftehim Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim
2011/392/UE: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 13 ta’ Mejju 2011 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim
Ftehim Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim
ĠU L 176, 5.7.2011, p. 1–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
5.7.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 176/1 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tat-13 ta’ Mejju 2011
dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim
(2011/392/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjoni tal-Komunità Ewropea, u b'mod partikolari, l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 207(4), flimkien mal-punt (a)(v) tal-Artikolu 218(6),
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-kunsens tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Fl-24 ta’ Frar 2006, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni sabiex tiftaħ negozjati mal-imsieħba fir-reġjun tal-Mediterran biex tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ soluzzjoni ta’ tilwim marbut ma’ dispożizzjonijiet kummerċjali. |
(2) |
In-negozjati tmexxew mill-Kummissjoni b'konsultazzjoni mal-Kumitat maħtur skont l-Artikolu 207 tat-Trattat u fi ħdan il-qafas tad-direttivi dwar in-negozjati maħruġa mill-Kunsill. |
(3) |
Dawn in-negozjati ġew konklużi u ġie inizjalat Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim (minn issa 'l quddiem “il-Ftehim”) nhar id-9 ta’ Diċembru 2009. |
(4) |
Il-Ftehim ġie ffirmat f'isem l-Unjoni fit-13 ta’ Diċembru 2010. |
(5) |
Il-Ftehim għandu jiġi konkluż, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni.
It-test tal-Ftehim huwa mehmuż f'Anness ma’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Il-President tal-Kunsill għandu jagħti, f'isem l-Unjoni, in-notifika prevista fl-Artikolu 23 tal-Protokoll (1).
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kunsill
Il-President
MARTONYI J.
(1) Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll ser tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.
FTEHIM
Bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jistabbilixxi mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim
L-UNJONI EWROPEA, minn hawn ’il quddiem “l-Unjoni”,
min-naħa waħda, u
IR-RENJU TAL-MAROKK, minn hawn ’il quddiem “il-Marokk”,
min-naħa l-oħra,
FTIEHMU KIF GEJ:
KAPITOLU I
GĦAN U AMBITU
Artikolu 1
Għan
L-għan ta’ dan il-Ftehim huwa li tkun evitata u tiġi solvuta kwalunkwe tilwima kummerċjali bejn il-Partijiet sabiex, fejn ikun possibbli, tintlaħaq soluzzjoni li jaqblu dwarha ż-żewġ naħat.
Artikolu 2
Applikazzjoni tal-Ftehim
1. Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim japplikaw fir-rigward ta’ kwalunkwe tilwima li tikkonċerna vjolazzjoni allegata tad-dispożizzjonijiet tat-Titolu II (għajr l-Artikolu 24) tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u r-Renju tal-Marokk, min-naħa l-oħra (minn hawn ’il quddiem “il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni”) (1) jew tal-“Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tal-Marokk li jitratta miżuri reċiproċi ta’ liberalizzazzjoni fuq il-prodotti agrikoli, il-prodotti agrikoli pproċessati, il-ħut u l-prodotti tas-sajd, is-sostituzzjoni tal-Protokolli 1, 2 u 3 u tal-annessi tagħhom u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Renju tal-Marokk, mill-oħra”. Il-proċeduri ta’ dan il-Ftehim għandhom japplikaw jekk, 60 jum wara li tilwima tkun tressqet quddiem il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni skont l-Artikolu 86 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni ma jkunx irnexxielu jsolvi t-tilwima.
2. L-Artikolu 86 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni japplika għal tilwimiet marbuta mal-applikazzjoni u l-interpretazzjoni ta’ dispożizzjonijiet oħra tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni.
3. Għall-għanijiet tal-Paragrafu 1, tilwima għandha titqies solvuta meta l-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jkun ħa deċiżjoni kif provdut fl-Artikolu 86.2 tal-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni, jew meta jkun stqarr li ma jkunx għad hemm tilwima.
KAPITOLU II
KONSULTAZZJONIJIET U MEDJAZZJONI
Artikolu 3
Konsultazzjonijiet
1. Il-Partijiet għandhom jagħmlu ħilithom sabiex isolvu kwalunkwe differenza li tikkonċerna l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiiet imsemmija fl-Artikolu 2 billi jidħlu f’konsultazzjonijiet in bona fede bil-għan li jilħqu soluzzjoni f’waqtha, ekwitabbli, u li dwarha jkunu jaqblu ż-żewġ naħat. F’dawn il-konsultazzjonijiet, il-Partijiet jiddiskutu wkoll l-impatt li l-ksur allegat ikollu fuq il-kummerċ tagħhom.
2. Parti għandha tfittex konsultazzjonijiet permezz ta’ talba bil-miktub lill-Parti l-oħra, b’kopja mibgħuta lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”, li tidentifika kwalunkwe miżura inkwistjoni u d-dispożizzjonijiet tal-ftehimiet li hemm referenza għalihom fl-Artikolu 2 li hi tikkunsidra li nkisru.
3. Il-konsultazzjonijiet għandhom isiru fi żmien 40 jum minn dakinhar li tkun waslet it-talba u għandhom iseħħu, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, fit-territorju tal-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment. Il-konsultazzjonijiet għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 60 jum minn dakinhar li tkun waslet it-talba, sakemm iż-żewg Partijiet ma jaqblux li jkomplu bil-konsultazzjonijiet. Il-konsultazzjonijiet, b’mod partikolari l-informazzjoni kollha li tkun ġiet żvelata u l-pożizzjonijiet meħuda mill-Partijiet matul dawn il-proċedimenti, għandhom ikunu kunfidenzjali, u bla ħsara għad-drittijiet ta’ kwalunkwe Parti fi kwalunkwe proċediment ulterjuri.
4. Konsultazzjonijiet dwar kwistjonijiet ta’ urġenza, inklużi dawk dwar prodotti li jitħassru biż-żmien jew prodotti staġjonali, għandhom isiru fi żmien 15-il jum minn dakinhar li tasal it-talba, u għandhom jitqiesu bħala konklużi fi żmien 30 jum minn dakinhar li tkun waslet it-talba.
5. Jekk il-Parti li lilha tkun saret it-talba ma tweġibx għat-talba sabiex isiru l-konsultazzjonijiet fi żmien 20 jum tax-xogħol minn dakinhar li tkun waslet it-talba, jew jekk il-konsultazzjonijiet ma jitwettqux fi ħdan l-oqfsa ta’ żmien stabbiliti fil-Paragrafu 3 jew fil-Paragrafu 4 rispettivament, jew jekk il-konsultazzjonijiet ikunu ġew konklużi u l-ebda ftehim ma jkun intlaħaq dwar soluzzjoni li jaqblu dwarha ż-żewġ naħat, il-Parti li tkun ressqet l-ilment tista’ titlob li jitwaqqaf bord ta’ arbitraġġ skont l-Artikolu 5.
Artikolu 4
Medjazzjoni
1. Jekk il-konsultazzjonijiet jonqsu milli jwasslu għal soluzzjoni li jaqblu dwarha ż-żewġ naħat, il-Partijiet jistgħu, bi ftehim reċiproku, jirrikorru għal medjatur. Kull talba għall-medjazzjoni għandha ssir bil-miktub lill-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” u din għandha tistqarr kwalunkwe miżura li kienet is-suġġett tal-konsultazzjonijiet, kif ukoll it-termini ta’ referenza għall-medjazzjoni li dwarhom ikun hemm qbil reċiproku. Kull Parti timpenja ruħha li tagħti konsiderazzjoni favorevoli lit-talbiet għal medjazzjoni.
2. Sakemm il-Partijiet ma jaqblux rigward medjatur fi żmien għaxart ijiem (10) tax-xogħol minn dakinhar li tkun waslet it-talba għall-medjazzjoni, il-presidenti tas-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”, jew id-delegat tal-presidenti, għandhom jagħżlu bix-xorti medjatur mill-grupp ta’ individwi li jkunu qegħdin fil-lista msemmija fl-Artikolu 19 u li ma jkunux ċittadini tal-ebda waħda mill-Partijiet. L-għażla għandha ssir fi żmien 15-il jum tax-xogħol minn dakinhar li tkun waslet it-talba ghall-medjazzjoni. Il-medjatur għandu jorganizza laqgħa mal-Partijiet mhux aktar tard minn 30 jum wara li jintgħażel. Il-medjatur għandu jirċievi s-sottomissjonijiet ta’ kull Parti sa mhux aktar tard minn 15-il jum qabel il-laqgħa u jista’ jitlob tagħrif addizzjonali mingħand il-Partijiet jew mingħand l-esperti jew il-konsulenti tekniċi skont il-ħtiega li jħoss/tħoss. Kwalunkwe informazzjoni miksuba b’dan il-mod għandha tiġi żvelata lil kull waħda mill-Partijet u trid titressaq għall-kummenti tagħhom. Il-medjatur għandu jinnotifika opinjoni sa mhux aktar tard minn 45 jum wara li jintgħażel.
3. L-opinjoni tal-medjatur tista’ tinkludi rakkomandazzjoni waħda jew aktar dwar kif tiġi solvuta t-tilwima b’konsistenza mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. L-opinjoni tal-medjatur mhijiex vinkolanti.
4. Il-Partijiet jistgħu jaqblu li jemendaw il-limiti ta’ żmien li jissemmew fil-Paragrafu 2. Il-medjatur jista’ jiddeċiedi wkoll li jemenda dawn il-limiti ta’ żmien fuq it-talba ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, meta jitqiesu d-diffikultajiet partikolari li tgħaddi minnhom il-Parti kkonċernata jew il-komplessitajiet tal-każ.
5. Il-proċedimenti li jinvolvu medjazzjoni, b’mod partikolari l-opinjoni tal-medjatur u l-informazzjoni kollha li tkun ġiet żvelata u l-pożizzjonijiet mittieħda mill-Partijiet matul dawn il-proċedimenti, għandhom ikunu kunfidenzjali, u bla preġudizzju għad-drittijiet ta’ kwalunkwe Parti fi kwalunwe proċediment ulterjuri.
6. Jekk il-Partijiet jaqblu, il-proċeduri għall-medjazzjoni jistgħu jitkomplew filwaqt li tipproċedi l-proċedura tal-arbitraġġ.
7. Medjatur jista’ jiġi sostitwit biss għar-raġunijiet u skont il-proċeduri mfissra fir-Regoli 18 sa 21 tar-Regoli ta’ Proċedura.
KAPITOLU III
PROĊEDURI GĦAS-SOLUZZJONI TAT-TILWIM
TAQSIMA I
Il-proċedura ta’ arbitraġġ
Artikolu 5
Il-bidu tal-proċedura ta’ arbitraġġ
1. Meta l-Partijiet ma jirnexxilhomx isolvu t-tilwima billi jirrikorru għall-konsultazzjonijiet, kif jistipula l-Artikolu 3, jew billi jirrikorru għall-medjazzjoni, kif jistipula l-Artikolu 4, il-Parti li tkun għamlet l-ilment tista’ titlob li jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ.
2. It-talba li jiġi stabbilit bord ta’ arbitraġġ għandha ssir bil-miktub lill-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”. Il-Parti li tressaq l-ilment għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni, u għandha tispjega kif miżura bħal din tikkostitwixxi ksur mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. It-twaqqif ta’ bord ta’ arbitraġġ għandu jintalab mhux aktar tard minn 18-il xahar mid-data ta’ meta tasal it-talba għall-konsultazzjonijiet, bla ħsara għad-drittijiet tal-Parti li tressaq l-ilment biex tirrikjedi konsultazzjonijiet ġodda dwar l-istess kwistjoni fil-futur.
Artikolu 6
It-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ
1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jkun magħmul minn tliet arbitri.
2. Fi żmien għaxart ijiem (10) tax-xogħol minn dakinhar li l-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment tkun irċeviet it-talba għat-twaqqif ta’ bord tal-arbitraġġ, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw sabiex jaslu għal ftehim dwar il-kompożizzjoni tal-bord tal-arbitraġġ.
3. Fil-każ li l-Partijiet ma jkunux jistgħu jaqblu dwar il-kompożizzjoni tiegħu fil-perjodu ta’ żmien stabbilit fil-Paragrafu 2, kwalunkwe waħda mill-Partijiet tista’ titlob lill-presidenti tas-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”, jew id-delegat tal-presidenti, sabiex jagħżlu t-tliet membri kollha bix-xorti mil-lista stabbilita fl-Artikolu 19, persuna waħda minn fost l-individwi proposti mill-Parti li tkun ressqet l-ilment, persuna waħda minn fost l-individwi proposti mill-Parti li jkun sar l-ilment fil-konfront tagħha u persuna waħda minn fost l-individwi magħżula mill-Partijiet biex tagħmilha ta’ President. Fejn il-Partijiet jaqblu dwar membru wieħed jew aktar tal-bord tal-arbitraġġ, kwalunkwe membri li jkun fadal għandhom jintgħażlu bl-istess proċedura.
4. Il-presidenti tas-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”, jew id-delegat tal-presidenti, għandhom jagħżlu l-arbitri fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol mit-talba msemmija fil-Paragrafu 3.
5. Id-data meta jitwaqqaf il-bord tal-arbitraġġ għandha tkun id-data meta jintgħażlu t-tliet arbitri.
6. L-arbitri jistgħu jiġu sostitwiti biss għar-raġunijiet u skont il-proċeduri mfissra fir-Regoli 18 sa 21 tar-Regoli ta’ Proċedura.
Artikolu 7
Interim panel report
Il-bord tal-arbitraġġ għandu jippubblika rapport interim lill-Partijiet li jistabbilixxi s-sejbiet ta’ fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet relevanti u r-razzjonal bażiku li fuqu jserrħu kwalunkwe sejba u rakkommandazzjoni magħmula minnu, sa mhux aktar tard minn 120 jum minn dakinhar li jkun twaqqaf il-bord tal-arbitraġġ. Kwalunkwe Parti tista’ tressaq talba bil-miktub għall-analiżi min-naħa tal-bord tal-arbitraġġ ta’ aspetti preċiżi tar-rapport interim fi żmien 15-il jum meta dan ikun ġie nnotifikat. Is-sejbiet tad-deċiżjoni finali tal-bord għandhom jinkludu diskussjoni dwar l-argumenti li jkunu saru fl-istadju interim tal-analiżi.
Artikolu 8
Id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ
1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” fi żmien 150 jum minn dakinhar li jkun twaqqaf il-bord tal arbitraġġ. Fejn iqis li din l-iskadenza ta’ żmien ma tistax tinlaħaq, il-president tal-bord tal-arbitraġġ jeħtieġlu jinnotifika bil-miktub lill-Partijiet u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”, fejn jistqarr ir-raġunijiet għad-dewmien u d-data li fiha l-bord ikun beħsiebu jikkonkludi ħidmietu. Fl-ebda ċirkostanza, id-deċiżjoni m’għandha tiġi nnotifikata aktar tard min 180 jum minn meta jkun twaqqaf il-bord tal-arbitraġġ.
2. F’każi ta’ urġenza, inklużi dawk li jinvolvu prodotti li jitħassru biż-żmien jew dawk staġjonali, il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz sabiex jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien 75 jum mid-data tat-twaqqif tiegħu. Fl-ebda ċirkostanza m’għandu jieħu aktar minn 90 jum minn meta jkun twaqqaf. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħti deċiżjoni preliminari dwar jekk ikunx jidhirlu li l-każ ikun urġenti fi żmien għaxart ijiem (10) mit-twaqqif tiegħu.
3. Il-bord tal-arbitraġġ għandu, fuq talba taż-żewġ Partijiet, jissospendi ħidmietu f’kwalunkwe punt ta’ żmien għal perjodu li jkunu qablu dwaru l-Partijiet li ma jistax jiskorri t-12-il xahar u għandu jkompli b’ħidmietu fi tmiem dan il-perjodu miftiehem fuq talba tal-Parti li tkun ressqet l-ilment. Jekk il-Parti li tkun ressqet l-ilment ma titlobx li titkompla l-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ sospensjoni li jkun sar qbil dwaru, il-proċedura għandha tintemm. Is-sospensjoni u t-terminazzjoni tal-ħidma tal-bord tal-arbitraġġ isiru bla preġudizzju għad-drittijiet ta’ kull waħda mill-Partijiet f’xi proċediment ieħor dwar l-istess kwistjoni.
TAQSIMA II
Konformità
Artikolu 9
Konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ
Kull Parti għandha tieħu kwalunkwe miżura meħtieġa sabiex tkun konformi mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, u l-Partijiet jagħmlu l-almu tagħhom biex jaqblu dwar il-perjodu ta’ żmien meħtieġ biex jikkonformaw mad-deċiżjoni.
Artikolu 10
Perjodu ta’ żmien raġonevoli għall-konformità
1. Mhux aktar tard minn 30 jum wara li l-Partijiet ikunu rċevew in-notifika tad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, il-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment għandha tinnotifika lill-Parti li tkun ressqet l-ilment u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” dwar iż-żmien li se tkun teħtieġ biex tikkonforma ruħha (perjodu raġonevoli ta’ żmien), jekk ma jkunx possibbli li tikkonforma ruħha minnufih.
2. F’każ ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-partijiet rigward il-perjodu raġonevoli ta’ żmien biex ikun hemm konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ, il-Parti li tkun ressqet l-ilment, fi żmien 20 jum minn meta l-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment tkun irċeviet in-notifika li tkun saret skont il-Paragrafu 1, għandha titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddetermina t-tul tal-perjodu ragonevoli ta’ żmien. Din it-talba għandha fl-istess ħin tiġi notifikata lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu lill-Partijiet u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” fi żmien 30 jum minn dakinhar li tkun tressqet it-talba.
3. Il-perjodu raġonevoli ta’ żmien jista’ jiġi estiż permezz ta’ qbil reċiproku bejn il-Partijiet.
Artikolu 11
Analiżi ta’ kwalunkwe miżura li tkun ittieħdet għall-konformità mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ
1. Il-Parti li fil-konfront tagħha jkun tressaq l-ilment għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” dwar kwalunkwe miżura li tkun ħadet sabiex tikkonforma mad-deċiżjoni tal-Bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perjodu raġonevoli ta’ żmien.
2. F’każ li ma jkunx hemm qbil bejn il-Partijiet rigward l-eżistenza jew il-konsistenza ta’ kwalunkwe miżura notifikata skont il-Paragrafu 1 mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li tkun qed tressaq l-ilment tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Talba ta’ dan it-tip għandha tidentifika l-miżura speċifika inkwistjoni u għandha tispjega kif miżura bħal din mhix konsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien 90 jum minn meta tkun tressqet it-talba. F’każi ta’ urġenza, inklużi dawk li jinvolvu prodotti li jitħassru biż-żmien jew dawk staġjonali, il-bord tal-arbitraġġ għandu jinnotifika d-deċiżjoni tiegħu fi żmien 45 jum minn meta tkun tressqet it-talba.
Artikolu 12
Rimedji temporanji f’każ ta’ nuqqas ta’ konformità
1. Jekk il-Parti li fil-konfront tagħha jkun qed isir l-ilment tonqos milli tinnotifika kwalunkwe miżura mittieħda sabiex tikkonforma ruħha mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ qabel ma jiskadi l-perjodu ta’ żmien raġonevoli, jew jekk il-bord tal-arbitraġġ jiddeċiedi li l-miżura notifikata skont l-Artikolu 11 Paragrafu 1 ma tkunx konsistenti mal-obbligi ta’ dik il-Parti skont id-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li fil-konfront tagħha jkun tressaq l-ilment għandha, jekk tkun mitluba tagħmel dan mill-Parti li tkun qed tressaq l-ilment, tagħmel offerta għal kumpens temporanju.
2. Jekk ma jintlaħaq l-ebda qbil dwar il-kumpens fi żmien 30 jum wara li jintemm il-perjodu raġonevoli ta’ żmien jew mid-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ skont l-Artikolu 11 li miżura mittieħda għall-konformità tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, il-Parti li tkun ressqet l-ilment tkun intitolata, wara li jiġu notifikati l-Parti l-oħra u s-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”, li tissospendi l-obbligi li jirriżultaw minn kwalunkwe dispożizzjoni msemmija fl-Artikolu 2 fuq livell ekwivalenti għal dak imxejjen jew imħassar mill-vjolazzjoni. Il-Parti li tkun ressqet l-ilment tista’ timplimenta s-sospensjoni għaxart ijiem (10) wara d-data meta tkun irċeviet in-notifika mill-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment, sakemm il-Parti li fil-konfront tagħha jkun sar l-ilment ma tkunx talbet l-arbitraġġ skont il-Paragrafu 3.
3. Jekk il-Parti li fil-konfront tagħha jkun qed isir l-ilment tqis li l-livell ta’ sospensjoni ma jkunx ekwivalenti għat-tixjin jew ħsara kkawżati mill-vjolazzjoni, din tista’ titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jieħu deċiżjoni dwar il-kwistjoni. Talba ta’ dan it-tip għandha tiġi nnotifikata lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” qabel jiskadi l-perjodu ta’ għaxart ijiem (10) tax-xogħol imsemmi fil-paragrafu 2. Il-bord tal-arbitraġġ, wara li jitlob, jekk tkun xierqa, l-opinjoni tal-esperti, għandu, fi żmien 30 jum minn meta tkun tressqet it-talba, jinnotifika lill-Partijiet u lill-entità istituzzjonali responsabbli mill-kwistjonijiet kummerċjali, dwar id-deċiżjoni tiegħu rigward il-livell tas-sospensjoni tal-obbligi. L-obbligi m’għandhomx jiġu sospiżi sakemm il-bord tal-arbitraġġ jagħti n-notifika dwar id-deċiżjoni tiegħu, u kull sospensjoni għandha tkun konsistenti mad-deċiżjoni tal-istess bord.
4. Is-sospensjoni tal-obbligi għandha tkun temporanja u għandha tiġi applikata biss sakemm kwalunkwe miżura li tinstab li tkun inkonsistenti mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 tkun ġiet irtirata jew emendata sabiex tinġieb f’konformità ma’ dawk id-dispożizzjonijiet, kif inhu stabbilit skont l-Artikolu 13, jew sakemm il-Partijiet ikunu qablu li jsolvu t-tilwima.
Artikolu 13
Analiżi ta’ kwalunkwe miżura li tkun ittieħdet għall-konformità wara s-sospensjoni tal-obbligi
1. Il-Parti li fil-konfront tagħha jkun qed isir l-ilment għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” b’kull miżura li tkun ħadet sabiex tkun konformi mad-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ u bit-talba tagħha sabiex tintemm is-sospensjoni tal-obbligi applikati mill-Parti li tkun ressqet l-ilment.
2. Jekk il-Partijiet ma jilħqux ftehim dwar il-kompatibbiltà tal-miżura nnotifikata mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 fi żmien 30 jum minn dakinhar li tkun waslet in-notifika, il-Parti li tkun ressqet l-ilment għandha titlob bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ sabiex jiddeċiedi dwar il-kwistjoni. Din it-talba għandha fl-istess ħin tiġi notifikata lill-Parti l-oħra u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”. Id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ għandha tiġi nnotifikata lill-Partijiet u lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” fi żmien 45 jum minn meta tkun tressqet it-talba. Jekk il-bord tal-arbitraġġ jiddeċiedi li kwalunkwe miżura li tkun ittieħdet għal għanijiet ta’ konformità tkun konformi mad-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2, is-sospensjoni tal-obbligi għandha tintemm.
TAQSIMA III
Dispożizzjonijiet komuni
Artikolu 14
Soluzzjoni Miftiehma bejn iż-Żewġ Naħat
F’kull waqt, il-Partijiet jistgħu jilħqu soluzzjoni miftiehma bejn iż-żewġ naħat għal tilwima li taqa’ taħt dan il-Ftehim. Huma għandhom jinnotifikaw lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” u lill-bord tal-arbitraġġ dwar kwalunkwe soluzzjoni ta’ dan it-tip. Malli jiġi nnotifikat dwar is-soluzzjoni miftiehma bejn iż-żewġ naħat, il-bord għandu jtemm ħidmietu u l-proċedura għandha tintemm.
Artikolu 15
Ir-Regoli ta’ Proċedura
1. Il-proċeduri intiżi għas-soluzzjoni tat-tilwim skont il-Kapitolu III ta’ dan il-Ftehim għandhom jiġu regolarizzati permezz tar-Regoli ta’ Proċedura annessi ma’ dan il-Ftehim.
2. Kull laqgħa tal-bord tal-arbitraġġ għandha tkun miftuħa għall-pubbliku skont ir-Regoli ta’ Proċedura, sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor.
Artikolu 16
Informazzjoni u pariri tekniċi
Fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet, jew b’inizjattiva tiegħu stess, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jikseb informazzjoni li jqis xierqa għall-proċediment tal-istess bord. B’mod partikolari, il-bord tal-arbitraġġ ikollu wkoll id-dritt li jfittex l-opinjoni rilevanti tal-esperti kif iqis li jkun xieraq. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jikkonsulta l-Partijiet qabel jagħżel esperti bħal dawn. Kwalunkwe informazzjoni miksuba b’dan il-mod għandha tiġi żvelata lil kull waħda mill-Partijet u trid titressaq għall-kummenti tagħhom. Sakemm il-Partijiet ma jiddeċidux mod ieħor, il-persuni naturali jew ġuridiċi interessati stabbiliti fi ħdan il-Partijiet huma awtorizzati jippreżentaw komunikazzjonijiet bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ skont ir-Regoli ta’ Proċedura. Dawn il-komunikazzjonijiet għandhom ikunu limitati għall-aspetti fattwali tat-tilwima u m’għandhomx jindirizzaw punti ġuridiċi.
Artikolu 17
Ir-Regoli ta’ Interpretazzjoni
Kull bord tal-arbitraġġ għandu jinterpreta d-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2 skont ir-regoli konswetudinali dwar l-interpretazzjoni tad-dritt pubbliku internazzjonali, inkluża l-Konvenzjoni ta’ Vjenna dwar il-Liġi tat-Trattati. Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ ma jistgħux iżidu jew inaqqsu d-drittijiet u l-obbligi pprovduti fid-dispożizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 2.
Artikolu 18
Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ
1. Il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel kull sforz biex kull deċiżjoni li jieħu tkun b’kunsens. Fejn, madankollu, deċiżjoni ma tistax tintlaħaq b’kunsens, il-kwistjoni kkonċernata għandha tinqata’ b’vot maġġoritarju. Madankollu, fl-ebda każ m’għandhom jiġu ppubblikati l-opinjonijiet tal-arbitri li ma jaqblux.
2. Kull deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ għandha tkun torbot lill-Partijiet u m’għandha toħloq l-ebda dritt jew obbligu għal persuni naturali jew ġuridiċi. Id-deċiżjoni għandha tistipula s-sejbiet tal-fatti, l-applikabbiltà tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-ftehim stabbilit fl-Artikolu 2 u r-razzjonal bażiku wara s-sejbiet u l-konklużjonijiet li tagħmel. Is-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” għandu jagħmel id-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ disponibbli pubblikament fl-intier tagħha sakemm dan ma jiddeċidix li ma jagħmilx hekk ħalli jiżgura l-kunfidenzjalità ta’ informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali.
KAPITOLU IV
DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
Artikolu 19
Listi ta’ arbitri
1. Is-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” għandu, mhux aktar tard minn sitt xhur wara d-dhul fis-seħħ ta’ dan il-Ftehim, jistabbilixxi lista ta’ mill-anqas 15-il individwu li jkunu lesti u kapaċi jservu ta’ arbitri. Kull waħda mill-Partijiet għandha tipproponi mill-anqas ħames individwi biex iservu ta’ arbitri. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħżlu wkoll tal-anqas ħames individwi li ma jkunux ċittadini tal-ebda waħda mill-Partijiet u li għandhom jagħmluha ta’ president tal-bord tal-arbitraġġ. Is-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” għandu jiżgura li l-lista tinżamm dejjem fuq dan il-livell.
2. L-arbitri għandu jkollhom għarfien speċjalizzat jew esperjenza fid-dritt u fil-kummerċ internazzjonali. Dawn għandhom ikunu indipendenti, iservu fil-kapaċitajiet individwali tagħhom u ma jieħdux struzzjonijiet minn kwalunkwe organizzazzjoni jew gvern, u lanqas ma jkunu affiljati mal-gvern ta’ kwalunkwe waħda mill-Partijiet, u għandhom ikunu konformi mal-Kodiċi tal-Kondotta annessa ma’ dan il-Ftehim.
3. Is-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” jista’ jistabbilixxi listi addizzjonali ta’ mill-anqas 15-il individwu li jkollhom kompetenza esperta settorjali fi kwistjonijiet speċifiċi koperti mill-ftehim imsemmi fl-Artikolu 2. Kull waħda mill-Partijiet għandha tipproponi mill-anqas ħames individwi biex iservu ta’ arbitri. Iż-żewġ Partijiet għandhom jagħżlu wkoll tal-anqas ħames individwi li ma jkunux ċittadini tal-ebda waħda mill-Partijiet u li għandhom jagħmluha ta’ president tal-bord tal-arbitraġġ. Meta jsir rikors għall-proċedura tal-għażla tal-Artikolu 6 Paragrafu 2, il-presidenti tas-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” jistgħu jużaw lista settorjali bil-qbil taż-żewġ Partijiet.
Artikolu 20
Ir-relazzjoni mal-obbligi tad-WTO
1. Meta Parti tfittex soluzzjoni għal tilwim dwar obbligu taħt il-Ftehim tad-WTO, hija tista’ tirrikorri għar-regoli u l-proċeduri rilevanti tal-Ftehim tad-WTO, li xorta japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
2. Meta Parti tfittex soluzzjoni għal tilwim dwar obbligu li jaqa’ taħt l-ambitu ta’ dan il-Ftehim kif definit fl-Artikolu 2, hija tista’ tirrikorri għar-regoli u l-proċeduri ta’ dan il-Ftehim.
3. Sakemm il-Partijiet ma jiftiehmux mod ieħor, meta Parti tfittex soluzzjoni għal tilwim dwar obbligu li jaqa’ taħt l-ambitu ta’ dan il-Ftehim kif definit fl-Artikolu 2, li jkun ekwivalenti fis-sostanza għal obbligu taħt id-WTO, hija tista’ tirrikorri għar-regoli u l-proċeduri tal-Ftehim tad-WTO, li japplikaw minkejja d-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim.
4. Hekk kif jinbdew il-proċeduri għas-soluzzjoni tat-tilwim, il-forum magħżul skont il-paragrafi preċedenti, jekk ma jkunx irrifjuta l-ġurisdizzjoni tiegħu, għandu jintuża għall-esklużjoni tal-ieħor.
5. F’dan il-Ftehim xejn ma jżomm Parti milli timplimenta s-sospenzjoni ta’ obbligi awtorizzati mill-Entità tad-WTO għas-Soluzzjoni tat-Tilwim. Il-Ftehim tad-WTO m’għandux jiġi invokat sabiex iżomm lil xi Parti milli tissospendi l-obbligi skont dan il-Ftehim.
Artikolu 21
Il-limiti taż-żmien
1. Il-limiti kollha ta’ żmien stabbiliti f’dan il-Ftehim, inklużi l-limiti biex il-bordijiet tal- arbitraġġ jinnotifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom, għandhom jingħaddu f’jiem kalendarji mill-jum li jsegwi l-att jew il-fatt li jkunu qed jirreferu għalih, sakemm ma jkunx ġie speċifikat mod ieħor.
2. Kwalunkwe limitu taż-żmien imsemmi f’dan il-Ftehim jista’ jiġi modifikat bi ftehim reċiproku tal-Partijiet. Il-Partijiet jimpenjaw irwieħhom li jagħtu konsiderazzjoni favorevoli lit-talbiet għall-estenzjonijiet ta’ kull limitu ta’ żmien li jsiru minħabba diffikultajiet li kwalunkwe Parti taf tħabbat wiċċha magħhom biex tikkonforma mal-proċeduri ta’ dan il-Ftehim. Fuq talba ta’ xi waħda mill-Partijiet, il-bord tal-arbitraġġ jista’ jimmodifika l-limiti ta’ żmien applikabbli fil-proċedimenti, filwaqt li jqis il-livell differenti ta’ żvilupp tal-Partijiet.
Artikolu 22
Reviżjoni u Modifika tal-Ftehim
1. Wara li jidħlu fis-seħħ dan il-Ftehim u l-Annessi tiegħu, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’, f’kull żmien, jirrevedi l-implimentazzjoni tagħhom, bil-ħsieb li jiddeċiedi dwar il-kontinwazzjoni, il-modifika jew it-tmiem tagħhom.
2. F’din ir-reviżjoni, il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jqis il-possibbiltà li joħloq entità tal-appell komuni għal għadd ta’ ftehimiet Ewro-Mediterranji.
3. Il-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni jista’ jiddeċiedi li jimmodifika dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu.
Artikolu 23
Dħul fis-seħħ
Dan il-Ftehim ikun approvat mill-Partijiet skont il-proċeduri rispettivi tagħhom. Dan il-Ftehim għandu jidħol fis-seħħ fl-ewwel jum tat-tieni xahar wara d-data meta l-Partijiet ikunu nnotifikaw lil xulxin li l-proċeduri msemmija f’dan l-Artikolu jkunu tlestew.
Magħmul fi Brussell, f’żewġ kopji, fit-tlettax-il jum ta’ Diċembru tas-sena elfejn u għaxra, fil-lingwa Bulgara, Ċeka, Daniża, Estonjana, Finlandiża, Franċiża, Ġermaniża, Griega, Ingliża, Latvjana, Litwana, Maltija, Olandiża, Pollakka, Portugiża, Rumena, Slovakka, Slovena, Spanjola, Svediża, Taljana, Ungeriża u Għarbija, kull test huwa daqstant awtentiku.
За Европейския съюз
Por la Unión Europea
Za Evropskou unii
For Den Europæiske Union
Für die Europäische Union
Euroopa Liidu nimel
Για την Ευρωπαϊκή Ένωση
For the European Union
Pour l'Union européenne
Per l'Unione europea
Eiropas Savienības vārdā –
Europos Sąjungos vardu
Az Európai Unió részéről
Għall-Unjoni Ewropea
Voor de Europese Unie
W imieniu Unii Europejskiej
Pela União Europeia
Pentru Uniunea Europeană
Za Európsku úniu
Za Evropsko unijo
Euroopan unionin puolesta
För Europeiska unionen
За Кралство Мароко
Por el Reino de Marruecos
Za Marocké království
For Kongeriget Marokko
Für das Königreich Marokko
Maroko Kuningriigi nimel
Για το Βασίλειο του Μαρόκου
For the Kingdom of Morocco
Pour le Royaume du Maroc
Per il Regno del Marocco
Marokas Karalistes vārdā –
Maroko Karalystės vardu
A Marokkói Királyság részéről
Għar-Renju tal-Marokk
Voor het Koninkrijk Marokko
W imieniu Królestwa Maroka
Pelo Reino de Marrocos
Pentru Regatul Maroc
Za Marocké kráľovstvo
Za Kraljevino Maroko
Marokon kuningaskunnan puolesta
För Konungariket Marocko
(1) Id-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim huma mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 34 tal-Protokoll dwar id-definizzjoni tal-kunċett ta’ “prodotti ta’ oriġini” u l-metodi ta’ kooperazzjoni amministrattiva.
ANNESSI
ANNESS I: |
REGOLI TA’ PROĊEDURA GĦALL-ARBITRAĠĠ |
ANNESS II: |
KODIĊI TAL-KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-BORDIJIET TAL-ARBITRAĠĠ U L-MEDJATURI |
ANNESS I
REGOLI TA' PROĊEDURA GĦALL-ARBITRAĠĠ
Dispożizzjonijiet ġenerali
1. |
F'dan il-Ftehim u skont dawn ir-regoli:
|
2. |
Il-Parti li fil-konfront tagħha jsir l-ilment għandha tkun inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti għas-soluzzjoni tat-tilwima, b'mod partikulari l-organizzazzjoni tas-seduti ta’ smigħ tal-każ, sakemm ma jkunx hemm qbil mod ieħor. Madankollu, l-Unjoni Ewropea għandha tifdi l-ispejjeż konnessi mal-kwistjonijiet kollha organizzattivi fir-rigward tal-konsulenzi, il-medjazzjoni u l-arbitraġġ, bl-eċċezzjoni tar-rimunerazzjoni u l-ispejjeż li għandhom jitħallsu lill-medjaturi u l-arbitri, li għandhom jinqasmu. |
Notifiki
3. |
Il-Partijiet u l-bord tal-arbitraġġ għandhom jgħaddu kull talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew kull dokument ieħor permezz tal-posta elettronika, b'kopja mibgħuta fl-istess jum bil-faks, bil-posta reġistrata, b'kurrier, bi twassil li għalih tintalab riċevuta, jew bi kwalunkwe mezz ieħor tat-telekomunikazzjoni li jipprovdi prova li d-dokument ikun intbagħat. Sakemm ma jiġix pruvat mod ieħor, messaġġ mibgħut bil-posta elettronika jew bil-faksimile għandu jitqies li jasal fl-istess jum meta jkun intbagħat. |
4. |
Kull Parti għandha tipprovdi kopja elettronika ta’ kull sottomissjoni bil-miktub lill-Parti l-oħra u lil kull wieħed mill-arbitri. Kopja stampata tad-dokument għandha tiġi provduta wkoll. |
5. |
In-notifiki kollha għandhom ikunu indirizzati lill-Ministeru Barrani tal-Marokk u lid-Direttorat-Ġenerali għall-Kummerċ tal-Kummissjoni Ewropea, rispettivament. |
6. |
Żbalji żgħar ta’ natura klerikali li jsiru fi kwalunkwe talba, notifika, sottomissjoni bil-miktub jew dokument ieħor relatat mal-proċeduri tal-bord tal-arbitraġġ jistgħu jitranġaw billi jintbagħat dokument ġdid li jindika b'mod ċar fejn ikunu saru l-bidliet. |
7. |
Jekk l-aħħar jum li fih irid isir it-twassil ta’ xi dokument jaħbat jum ta’ vakanza uffiċjali jew jum ta’ mistrieħ fil-Marokk jew fil-Komunità, id-dokument jista' jitwassal fl-ewwel jum tax-xogħol li jkun imiss. Il-Partijiet jistgħu jiskambjaw bejniethom lista tad-dati tal-vakanzi uffiċjali u l-jiem ta’ mistrieħ tagħhom fl-ewwel Tnejn ta’ kull Diċembru b'referenza għas-sena li tkun tmiss. L-ebda dokument, notifika jew talba ta’ kull xorta m'għandhom jitqiesu li jkunu waslu nhar vakanza uffiċjali jew f'jum ta’ mistrieħ. Barra minn hekk, għall-għadd tal-limiti ta’ żmien kollha stabbiliti ppreżentati f'dan il-Ftehim bħala jiem ta’ xogħol, jiġu kkunsidrati l-jiem ta’ xogħol biss li huma komuni għaż-żewġ Partijiet. |
8. |
Skont l-oġġett tad-dispożizzjonijiet tat-tilwima, għandha tintbagħat, b'mod konformi ma’ dan il-Ftehim, kopja tat-talbiet u n-notifiki kollha indirizzati lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” lis-sottokumitati l-oħra rilevanti mwaqqfa skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni. |
Il-bidu tal-arbitraġġ
9. |
|
10. |
|
Sottomissjonijiet inizjali
11. |
Il-Parti li tressaq l-ilment għandha tagħti s-sottomissjoni inizjali tagħha bil-miktub mhux aktar tard minn 20 jum wara t-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ. Il-Parti li fil-konfront tagħha jsir l-ilment għandha tagħti l-kontrosottomissjoni tagħha bil-mitkub mhux aktar tard minn 20 jum wara d-data tat-twassil tas-sottomissjoni bil-miktub inizjali. |
Il-ħidma tal-bordijiet tal-arbitraġġ
12. |
Il-president tal-bord tal-arbitraġġ għandu jippresjiedi fil-laqgħat kollha tal-bord. Bord tal-arbitraġġ jista' jiddelega lill-president l-awtorità li jieħu deċiżjonijiet amministrattivi jew proċedurali. |
13. |
Sakemm ma jiġix stipulat mod ieħor f'dan il-Ftehim, il-bord tal-arbitraġġ jista' jwettaq l-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mezz, inkuż b'komunikazzjoni bit-telefown, fax jew kollegamenti bil-kompjuter. |
14. |
L-arbitri biss jistgħu jieħdu sehem fid-deliberazzjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ, iżda l-bord tal-arbitraġġ jista' jippermetti lill-assistenti tiegħu sabiex ikunu preżenti waqt id-deliberazzjonijiet tiegħu. |
15. |
L-abbozzar ta’ kull deċiżjoni għandha tibqa' r-responsabbiltà esklużiva tal-bord tal-arbitraġġ u ma tistax tiġi delegata. |
16. |
Meta tqum xi kwistjoni proċedurali li mhix koperta mid-dispożizzjonijiet ta’ dan il-Ftehim u l-annessi tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta l-Partijiet, jista' jadotta proċedura xierqa li tkun kompatibbli ma’ dawk id-dispożizzjonijiet. |
17. |
Meta l-bord tal-arbitraġġ iqis li hemm il-ħtieġa li jiġi modifikat xi limitu ta’ żmien applikabbli fil-proċedimenti jew li jagħmel xi aġġustament proċedurali jew amministrattiv ieħor, dan għandu jinforma bil-miktub lill-Partijiet bir-raġunijiet għall-bidliet jew l-aġġustament u bil-perjodu jew aġġustament li jkun meħtieġ. Il-bord tal-arbitraġġ jista' jadotta din il-bidla jew modifika bħal din wara li jkun ikkonsulta lill-Partijiet. Il-limiti ta’ żmien fi ħdan l-Artikolu 8 Paragrafu 2 ta’ dan il-Ftehim ma jistgħux jiġu emendati. |
Sostituzzjoni
18. |
Jekk arbitru ma jkunx jista' jipparteċipa fil-proċedimenti, jirtira ruħu, jew jeħtieġ li jiġi sostitwit, għandu jintgħażel wieħed ieħor biex jeħodlu postu skont l-Artikolu 6 Paragrafu 3. |
19. |
Meta Parti tqis li xi arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta u għaldaqstant għandu jiġi sostitwit, din il-Parti għandha tinnotifika lill-Parti l-oħra fi żmien 15-il jum minn meta tkun intebħet biċ-ċirkustanzi tal-vjolazzjoni materjali tal-Kodiċi tal-Kondotta min-naħa tal-arbitru. Meta Parti tqis li xi arbitru għajr il-president ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jibdlu l-arbitru u jagħżlu sostitut skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6 Paragrafu 3 ta’ dan il-Ftehim. Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jinbidel l-arbitru, kull waħda mill-Partijiet tista' titlob li din il-kwistjoni tiġi riferuta lill-president tal-bord tal-arbitraġġ, u d-deċiżjoni tiegħu għandha tkun waħda finali. Jekk il-president isib li xi arbitru ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, dan jew din għandu/għandha jagħżel/tagħżel arbitru ġdid bix-xorti minn fost il-ġabra ta’ individwi msemmija fl-Artikolu 19 Paragrafu 1 ta’ dan il-Ftehim li tagħha kien Membru l-arbitru oriġinali. Jekk l-arbitru oriġinali kien intgħażel mill-Partijiet skont l-Artikolu 6 Paragrafu 2 ta’ dan il-Ftehim, is-sostitut għandu jintgħażel bix-xorti minn fost il-ġabriet ta’ individwi li jkunu ġew proposti mill-Parti li tressaq l-ilment u minn Parti li fil-konfront tagħha jsir l-ilment skont l-Artikolu 19 Paragrafu 1 ta’ dan il-Ftehim. L-għażla tal-arbitru l-ġdid għandha ssir fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta titressaq it-talba lill-president tal-bord tal-arbitraġġ. |
20. |
Meta xi Parti tqis li l-president tal-bord tal-arbitraġġ ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, il-Partijiet għandhom jikkonsultaw u, jekk jaqblu dwar dan, jibdlu l-president u jagħżlu sostitut skont il-proċedura stipulata fl-Artikolu 6 Paragrafu 3 ta’ dan il-Ftehim. Jekk il-Partijiet jonqsu milli jaqblu dwar il-ħtieġa li jibdlu l-president, kwalunkwe Parti tista' titlob li din il-kwistjoni tingħadda lil xi wieħed mill-membri li jkun għad fadal fost il-ġabra ta’ individwi magħżula sabiex jagħmluha ta’ presidenti skont l-Artikolu 19 Paragrafu 1 ta’ dan il-Ftehim. Ismu jew isimha għandu jittella' bix-xorti mill-presidenti tas-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”, jew minn delegat tal-presidenti. Id-deċiżjoni ta’ din il-persuna dwar il-ħtieġa li jinbidel il-president għandha tkun waħda finali. Jekk din il-persuna tiddeċiedi li l-president oriġinali ma jikkonformax mar-rekwiżiti tal-Kodiċi tal-Kondotta, dan jew din għandu/għandha jagħżel/tagħżel president ġdid bix-xorti minn fost dawk li jkun għad fadal fost il-ġabra ta’ individwi msemmija fl-Artikolu 19 Paragrafu 1 ta’ dan il-Ftehim li jistgħu jagħmluha ta’ presidenti. Din l-għażla tal-president il-ġdid għandha ssir fi żmien ħamest ijiem tax-xogħol minn meta titressaq it-talba msemmija f'dan il-paragrafu. |
21. |
Il-proċedimenti tal-bord tal-arbitraġġ għandhom jiġu sospiżi matul il-perjodu ta’ żmien li jittieħed sabiex jitwettqu l-proċeduri provduti fir-Regoli 18, 19 u 20. |
Is-seduti ta' smigħ
22. |
Il-president għandu jiffissa d-data u l-ħin tas-seduti ta’ smigħ f'konsultazzjoni mal-Partijiet u l-membri l-oħra tal-bord tal-arbitraġġ, u jikkonferma dan bil-miktub lill-Partijiet. Din l-informazzjoni għandha ssir ukoll disponibbli pubblikament mill-Parti inkarigata mill-amministrazzjoni loġistika tal-proċedimenti jekk is-smigħ ikun miftuħ għall-pubbliku. Dment li kull Parti taqbel, il-bord tal-arbitraġġ jista' jiddeċiedi li ma jtellax xi seduta ta’ smigħ. |
23. |
Sakemm il-Partijiet ma jaqblux mod ieħor, is-seduta ta’ smigħ għandha tittella' fi Brussell jekk il-Parti li tressaq l-ilment tkun il-Marokk u fir-Rabat jekk il-Parti li tressaq l-ilment tkun l-Unjoni. |
24. |
Il-bord tal-arbitraġġ ma jistax itella' seduta addizzjonali ta’ smigħ ħlief f'ċirkustanzi eċċezzjonali. Ma jistgħux jittellgħu seduti addizzjonali ta’ smigħ għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) ta’ dan il-Ftehim. |
25. |
L-arbitri kollha għandhom ikunu preżenti mill-bidu sat-tmiem ta’ kull seduta ta’ smigħ. |
26. |
Dawn il-persuni jistgħu jkunu preżenti għas-seduta ta’ smigħ, irrespettivament minn jekk il-proċeduri jkunux miftuħa għall-pubbliku jew le:
Ir-rappreżentanti u l-konsulenti tal-Partijiet biss jistgħu jindirizzaw lill-bord tal-arbitraġġ. |
27. |
Mhux aktar tard minn ħamest ijiem tax-xogħol qabel id-data ta’ seduta tas-smigħ, kull Parti għandha tipprovdi lill-bord tal-arbitraġġ lista tal-ismijiet ta’ dawk il-persuni li jkunu sejrin jitkellmu matul is-seduta ta’ smigħ f'isem dik il-Parti u ta’ rappreżentanti jew konsulenti oħra li jkunu sejrin jattendu s-seduta ta’ smigħ. |
28. |
Is-seduti ta’ smigħ tal-bordijiet tal-arbitraġġ għandhom ikunu miftuħa għall-pubbliku, sakemm il-Partijiet ma jiddeċiedux mod ieħor. Jekk il-Partijiet jiddeċiedu li s-seduta ta’ smigħ tkun magħluqa għall-pubbliku, parti mis-seduta ta’ smigħ tista' xorta tkun miftuħa għall-pubbliku jekk il-bord tal-arbitraġġ, fuq talba mill-Partijiet, jiddeċiedi li jsir hekk. Madankollu, il-bord tal-arbitraġġ għandu jiltaqa' f'seduta magħluqa meta s-sottomissjoni u l-argumenti ta’ xi Parti jkun fihom informazzjoni kummerċjali kunfidenzjali. |
29. |
Il-bord tal-arbitraġġ għandu jmexxi s-seduta ta’ smigħ kif ġej:
|
30. |
Il-bord tal-arbitraġġ jista' jindirizza mistoqsijiet liż-żewġ Partijiet fi kwalunkwe waqt tas-seduta tas-smigħ. |
31. |
Il-bord tal-arbitraġġ għandu jagħmel arranġamenti, għat-tlestija u t-twassil lill-Partijiet, mill-aktar fis possibbli, tat-traskrizzjoni ta’ kull seduta ta’ smigħ. |
32. |
Kull Parti tista' tipprovdi sottomissjoni supplimentari bil-miktub fir-rigward ta’ kwalunkwe kwistjoni li tkun qamet matul is-seduta ta’ smigħ fi żmien għaxart ijiem (10) tax-xogħol mis-seduta ta’ smigħ. |
Mistoqsijiet bil-miktub
33. |
Il-bord tal-arbitraġġ jista' fi kwalunkwe waqt tal-proċedimenti jindirizza mistoqsijiet bil-miktub lil xi waħda mill-Partijiet jew lit-tnejn li huma. Iż-żewġ Partijiet għandhom jirċievu kopja tal-mistoqsijiet kollha magħmula mill-bord tal-arbitraġġ. |
34. |
Kull Parti għandha wkoll tipprovdi lill-Parti l-oħra kopja tar-risposta tagħha bil-miktub għall-mistoqsijiet li l-bord tal-arbitraġġ ikun għamel. Kull Parti għandha tingħata l-opportunità li tipprovdi kummenti bil-miktub dwar it-tweġiba mogħtija mill-Parti l-oħra sa ħamest ijiem tax-xogħol minn meta din tkun waslet. |
Il-kunfidenzjalità
35. |
Il-Partijiet għandhom iżommu l-kunfidenzjalità tas-seduti tas-smigħ tal-bord tal-arbitraġġ meta s-seduti ta’ smigħ jittellgħu fil-magħluq, skont ir-Regola 28. Kull Parti għandha tqis bħala kunfidenzjali kull informazzjoni mressqa mill-Parti l-oħra quddiem il-bord tal-arbitraġġ li dik il-Parti tkun iddefiniet bħala kunfidenzjali. Meta Parti tissottometti verżjoni kunfidenzjali tas-sottomissjonijiet tagħha bil-miktub lill-bord tal-arbitraġġ, din jeħtieġilha wkoll, fuq talba tal-Parti l-oħra, tipprovdi sommarju mhux kunfidenzjali tal-informazzjoni li tinsab fis-sottomissjonijiet li jista' jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, mhux aktar tard minn 15-il jum wara li tkun saret it-talba jew is-sottomissjoni, skont liema minnhom isseħħ l-aħħar. Xejn f'dawn ir-regoli ma jżomm lil xi Parti milli tiżvela lill-pubbliku stqarrijiet dwar il-pożizzjonijiet tagħha nfisha. |
Kuntatti ex parte
36. |
Il-bord tal-arbitraġġ m'għandux jiltaqa' ma’ xi Parti jew jikkuntattjaha fl-assenza tal-Parti l-oħra. |
37. |
L-ebda membru tal-bord tal-arbitraġġ m'għandu jiddiskuti kwalunkwe aspett tas-suġġett tal-proċedimenti ma’ Parti waħda jew maż-żewġ Partijiet fl-assenza tal-arbitri l-oħra. |
Sottomissjonijiet amicus curiae
38. |
Sakemm il-Partijiet ma jkunux qablu mod ieħor sa ħamest ijiem mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, l-istess bord jista' jirċievi sottomissjonijiet bil-miktub mhux mitluba, dejjem jekk dawn isiru fi żmien għaxart ijiem (10) mid-data tat-twaqqif tal-bord tal-arbitraġġ, u li jkunu konċiżi u f'kull każ mhux itwal minn 15-il faċċata ttajpjata, inklużi kwalunkwe annessi, u li jkunu direttament rilevanti għall-kwistjoni fattwali li jkun qiegħed jikkunsidra l-bord tal-arbitraġġ. |
39. |
Is-sottomissjoni għandha tinkludi deskrizzjoni tal-persuna li tkun qiegħda tagħmel is-sottomissjoni, sew naturali jew ġuridika, inkluża n-natura tal-attivitajiet tagħha u s-sorsi ta’ finanzjament, u tispeċifika n-natura tal-interess li dik l-istess persuna jkollha fil-proċediment tal-arbitraġġ. Din għandha tinkiteb bil-lingwi magħżula mill-Partijiet skont ir-Regoli 42 u 43 ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura. |
40. |
Fid-deċiżjoni tiegħu, il-bord tal-arbitraġġ għandu jelenka s-sottomissjonijiet kollha li jkun irċieva li jkunu konformi mar-regoli msemmija qabel. Il-bord tal-arbitraġġ m'għandu l-ebda obbligu li jindirizza, fid-deċiżjoni tiegħu, l-argumenti mressqa f'sottomissjonijiet bħal dawn. Kull sottomissjoni li jikseb il-bord tal-arbitraġġ skont din ir-regola għandha tiġi sottomessa lill-Partijiet għall-kummenti tagħhom. |
Każijiet urġenti
41. |
F'każijiet ta’ urġenza msemmija f'dan il-Ftehim, il-bord tal-arbitraġġ, wara li jikkonsulta lill-Partijiet, għandu jaġġusta l-limiti ta’ żmien imsemmija f'dawn ir-regoli skont kif ikun jixraq u għandu jinnotifika lill-Partijiet dwar aġġustamenti bħal dawn. |
It-traduzzjoni u l-interpretazzjoni
42. |
Matul il-konsultazzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 6(2) ta’ dan il-Ftehim, u mhux aktar tard mil-laqgħa msemmija fir-Regola 9(b) ta’ dawn ir-Regoli ta’ Proċedura, il-Partijiet għandhom jagħmlu l-almu tagħhom sabiex jilħqu qbil fuq lingwa ta’ ħidma komuni għall-proċedimenti quddiem il-bord tal-arbitraġġ. |
43. |
Jekk il-Partijiet ma jirnexxielhomx jaqblu dwar lingwa ta’ ħidma komuni, kull Parti għandha tagħmel l-arranġamenti u tħallas għall-ispejjeż tat-traduzzjoni tas-sottomissjonijiet bil-miktub tagħha għal-lingwa magħżula mill-Parti l-oħra. |
44. |
Il-Parti li fil-konfront tagħha jsir l-ilment għandha tagħmel l-arranġamenti għall-interpretazzjoni tas-sottomissjonijiet bil-fomm għal-lingwi magħżula mill-Partijiet. |
45. |
Id-deċiżjonijiet tal-bord tal-arbitraġġ għandhom jiġu nnotifikati bil-lingwa jew lingwi magħżula mill-Partijiet. |
46. |
Kwalunkwe Parti tista' tipprovdi kummenti dwar kull verżjoni tradotta ta’ xi dokument li jkun tħejja skont dawn ir-regoli. |
Kalkolu tal-limiti ta' żmien
47. |
Meta, minħabba l-applikazzjoni tar-Regola 7 ta’ dawn ir-Regoli ta’ proċedura, xi Parti tirċievi dokument f'data differenti minn dik meta l-Parti l-oħra tkun irċeviet l-istess dokument, kull perjodu ta’ żmien li jinħadem abbażi tad-data tal-wasla ta’ dak id-dokument għandu jiġi kkalkulat mill-aħħar data li fiha jkun wasal dak id-dokument. |
Proċeduri oħra
48. |
Dawn ir-Regoli ta’ proċedura huma applikabbli wkoll għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) ta’ dan il-Ftehim. Madankollu, il-limiti ta’ żmien stabbiliti f'dawn ir-Regoli ta’ proċedura għandhom jiġu aġġustati skont il-limiti ta’ żmien speċjali stipulati għall-adozzjoni ta’ deċiżjoni mill-bord tal-arbitraġġ f'dawk il-proċeduri l-oħra. |
49. |
F'każ li l-bord oriġinali, jew xi wħud mill-membri tiegħu, ma jkunux jistgħu jiltaqgħu mill-ġdid għall-proċeduri stabbiliti skont l-Artikolu 10(2), 11(2), 12(3) u 13(2) ta’ dan il-Ftehim, għandhom japplikaw il-proċeduri stipulati fl-Artikolu 6 ta’ dan il-Ftehim. Il-limitu ta’ żmien għan-notifika tad-deċiżjoni għandu jiġi estiż għal 15-il jum. |
ANNESS II
KODIĊI TAL-KONDOTTA GĦALL-MEMBRI TAL-BORDIJIET TAL-ARBITRAĠĠ U L-MEDJATURI
Definizzjonijiet
1. |
F’din il-Kodiċi tal-Kondotta:
|
Responsabbiltajiet lejn il-proċess
2. |
Kull kandidat u kull membru għandu jevita kondotta mhux xierqa u l-impressjoni ta’ kondotta mhux xierqa, għandu jkun independenti u imparzjali, għandu jevita kunflitti ta’ interess diretti jew indiretti u għandu josserva l-ogħla standards ta’ kondotta sabiex jinżammu l-integrità u l-imparzjalità tal-mekkaniżmu li jwassal għas-soluzzjoni tat-tilwim. Il-membri preċedenti għandhom josservaw l-obbligi stabbiliti fl-Artikoli 15, 16, 17 u 18 ta’ din il-Kodiċi tal-Kondotta. |
Obbligi dwar x’għandu jiġi żvelat
3. |
Qabel ma tiġi kkonfermata l-għażla ta’ xi membru tal-bord tal-arbitraġġ skont dan il-Ftehim, kandidat għandu jiżvela kwalunkwe interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet li għandhom imnejn jolqtu l-indipendenza jew l-imparzjalità tiegħu jew tagħha jew li jafu b’mod raġonevoli joħolqu impressjoni ta’ kondotta mhux xierqa jew ta’ xaqlib lejn xi naħa fil-proċediment. Għal dan il-għan, kandidat għandu jagħmel l-isforzi raġonevoli kollha sabiex isir konxju ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni u kwistjoni ta’ dan it-tip. |
4. |
Kandidat jew membru għandhom jikkomunikaw biss affarijiet marbuta mal-ksur attwali jew potenzjali ta’ din il-Kodiċi tal-Kondotta lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi” sabiex dawn jiġu kkunsidrati mill-Partijiet. |
5. |
Wara li jintgħażel, membru għandu jibqa’ jagħmel kull sforz raġonevoli biex isir konxju ta’ kwalunkwe interess, relazzjoni jew kwistjoni msemmija fl-Artikolu 3 ta’ din il-Kodiċi tal-Kondotta u għandu jiddikjarahom. L-obbligu li dawn ikunu ddikjarati huwa dover kontinwu li jirrikjedi li l-membri kollha jiddikjaraw interessi, relazzjonijiet jew kwistjonijiet li jistghu jfeġġu waqt kull stadju tal-proċediment. Membru għandu jiżvela interessi, relazzjonijiet u kwistjonijiet ta’ dan it-tip billi jinforma bil-miktub lis-sottokumitat “l-industrija, il-kummerċ, u s-servizzi”, sabiex dawn jiġu kkunsidrati mill-Partijiet. |
Id-dmirijiet tal-membri
6. |
Meta persuna tinħatar membru din għandha twettaq id-dmirijiet tagħha b’mod sħiħ u bla dewmien matul il-proċediment, u b’mod ġust u serju. |
7. |
Membru għandu jikkunsidra biss dawk il-kwistjonijiet li jitqajmu waqt il-proċediment u li jitqiesu neċessarji biex tittieħed deċiżjoni u m’għandu jiddelega dan id-dover lil ebda persuna oħra. |
8. |
Membru għandu jieħu l-passi kollha xierqa sabiex jiżgura li l-assistent u l-persunal tiegħu jkunu konxji mill-Artikoli 2, 3, 4, 5, 16, 17 u 18 ta’ din il-Kodiċi tal-Kondotta u josservawhom. |
9. |
Membru m’għandux jagħmel kuntatti ex parte dwar il-proċediment. |
L-indipendenza u l-imparzjalità tal-membri
10. |
Membru għandu jkun indipendenti u imparzjali u jevita li joħloq impressjoni ta’ kondotta mhux xierqa jew imxaqilba lejn xi naħa jew oħra u m’għandux jiġi influwenzat minn interess personali, pressjoni esterna, konsiderazzjonijiet politiċi, fama pubblika, u lealtà lejn xi Parti jew biża’ mill-kritika. |
11. |
Membru m’għandux jidħol, direttament jew indirettament, għal xi obbligu jew jaċċetta xi benefiċċju li jista’ b’xi mod itellef, jew jidher li jtellef, it-twettiq xieraq tad-doveri tiegħu. |
12. |
Membru m’għandux jinqeda bil-pożizzjoni tiegħu fuq il-bord tal-arbitraġġ għall-aġevolment ta’ xi interessi personali jew privati u għandu jevita azzjonijiet li jagħtu l-impressjoni li ħaddieħor jinsab f’pożizzjoni speċjali li jinfluwenzah. |
13. |
Membru m’għandux iħalli r-relazzjonijiet jew ir-responsabbiltajiet finanzjarji, kummerċjali, professjonali, familjari jew soċjali jinfluwenzaw l-imġiba jew il-ġudizzju tiegħu. |
14. |
Membru għandu jevita li jidħol f’xi relazzjoni jew jakkwista xi interess finanzjarju li aktarx jaffettwa l-imparzjalità tiegħu jew li jista’ raġonevolment jagħti l-impressjoni ta’ kondotta mhux xierqa jew ta’ xaqlib lejn xi naħa jew oħra. |
L-obbligazzjonijiet tal-membri preċedenti
15. |
Il-membri kollha preċedenti għandhom jevitaw azzjonijiet li jistgħu jagħtu l-impressjoni li kienu jxaqilbu lejn xi naħa jew oħra fit-twettiq ta’ dmirijiethom jew li bbenefikaw mid-deċiżjoni tal-bord tal-arbitraġġ. |
Kunfidenzjalità
16. |
Ebda membru jew membru preċedenti ma għandu fi kwalunkwe ħin jiżvela jew juża informazzjoni mhux pubblika relatata ma’ xi proċediment jew miksuba matul proċediment ħlief għall-iskopijiet tal-proċediment innifsu u m’għandu, f’ebda każ, jiżvela jew juża informazzjoni ta’ dan it-tip biex jikseb vantaġġ personali jew vantaġġ għal oħrajn jew biex jaffettwaw ħażin l-interessi ta’ ħaddieħor. |
17. |
Membru qatt m’għandu jiżvela deċiżjoni ta’ bord tal-arbitraġġ jew partijiet minnha qabel ma din tiġi ppubblikata skont dan il-Ftehim. |
18. |
Membru jew membru preċedenti qatt m’għandu jiżvela d-deliberazzjonijiet ta’ bord tal-arbitraġġ, jew l-opinjoni ta’ xi membru. |
Spejjeż
19. |
Kull membru għandu jżomm dokumentat u jagħti kont finali tal-ħin iddedikat għall-proċedura u tal-ispejjeż tiegħu jew tagħha. |
Medjaturi
20. |
Id-dixxiplini mfissra f’din il-Kodiċi tal-Kondotta kif japplikaw għall-membri jew il-membri preċedenti għandhom japplikaw, mutatis mutandis, għall-medjaturi. |