This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32011R0528
Commission Implementing Regulation (EU) No 528/2011 of 30 May 2011 concerning the authorisation of endo-1,4-β-xylanase produced by Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) as a feed additive for weaned piglets and pigs for fattening (holder of authorisation Danisco Animal Nutrition) Text with EEA relevance
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat- 30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) Test b’relevanza għaż-ŻEE
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 528/2011 tat- 30 ta’ Mejju 2011 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition) Test b’relevanza għaż-ŻEE
ĠU L 143, 31.5.2011, p. 10–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/03/2019
31.5.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 143/10 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 528/2011
tat-30 ta’ Mejju 2011
li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna (id-detentur tal-awtorizzazzjoni Danisco Animal Nutrition)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq [dwar] l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali, (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ din l-awtorizzazzjoni. |
(2) |
B’konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588). L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mill-partikolaritajiet u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni ta’ endo-1, 4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) bħala addittiv fl-għalf għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna, biex tiġi kklassifikata fil-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”. |
(4) |
L-użu ta’ din il-preparazzjoni kienet awtorizzata għal 10 snin għat-tiġieġ għas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-papri u d-dundjani għas-simna bir-Regolament tal-Kummissioni (KE) Nru 9/2010 (2). |
(5) |
Tressqet dejta ġdida bħala sostenn għall-applikazzjoni għall-awtorizzazjoni ta’ endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) għall-ħnienes miftuma u għall-ħnieżer għas-simna. L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet fl-opinjoni tagħha tal-1 ta’ Frar 2011 (3) li, skont il-kundizzjonijiet proposti tal-użu, l-endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) ma għandhiex effetti mhux mixtieqa fuq saħħet l-annimali, saħħet il-bniedem jew fuq l-ambjent, u li l-użu tagħha jista’ jtejjeb il-prestazzjoni żooteknika. L-Awtorità tqis li wara t-tqegħid fis-suq ma hemmx bżonn ta’ ħtiġijiet speċifiċi ta’ monitoraġġ. Ivverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf ippreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza għall-Addittivi fl-Għalf imwaqqaf permezz tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(6) |
Il-valutazzjoni tal-endo-1,4-β-ksilanażi (EC 3.2.1.8) prodotta minn Trichoderma reesei (ATCC PTA 5588) turi li l-kondizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, l-użu ta’ din il-preparazzjoni, għandu jiġi awtorizzat kif speċifikat fl-Anness ma’ dan ir-Regolament. |
(7) |
Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi żootekniċi” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jtejbu d-diġestibilità”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta’ Mejju 2011.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(3) EFSA Journal 2011; 9(2):2008.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
L-isem tad-detentur tal-awtorizzazzjoni |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħra |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||
Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 % |
|||||||||||||||||||||
Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: sustanzi li jtejbu d-diġestibilità |
|||||||||||||||||||||
4a11 |
Danisco Animal Nutrition |
Endo-1,4-β-ksilanażi EC 3.2.1.8 |
|
Ħnienes (miftuma) u ħnieżer għas-simna |
|
2 000 U |
— |
|
l-20 ta' Ġunju 2021 |
(1) 1 U huwa l-ammont ta’ enżima li jillibera 0.5 μmol ta’ zokkor ta’ riduzzjoni (espress bħala ekwivalenti ta’ ksilożju) minn substrat tal-arabinoksilan mgħaqqad mal-ħafur b’pH ta’ 5.3 u b’50 C f’minuta waħda.
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju ta’ Referenza: http://irmm.jrc.ec.europa.eu/EURLs/EURL_feed_additives/Pages/index.aspx