Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32011R0321

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 321/2011 tal- 1 ta’ April 2011 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tar-restrizzjoni tal-użu ta’ Bisfenol A fil-fliexken tal-plastik għat-tisqija tat-trabi Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 87, 2.4.2011, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2011/321/oj

    2.4.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 87/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 321/2011

    tal-1 ta’ April 2011

    li jemenda r-Regolament (UE) Nru 10/2011 fir-rigward tar-restrizzjoni tal-użu ta’ Bisfenol A fil-fliexken tal-plastik għat-tisqija tat-trabi

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1935/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' Ottubru 2004 dwar materjali u oġġetti maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li jħassar id-Direttivi 80/590/KEE u 89/109/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 18(3) tiegħu,

    Wara li kkonsultat mal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva tal-Kummissjoni 2011/8/UE (2) emendat id-Direttiva 2002/72/KE (3) dwar materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba sabiex jiġu f'kuntatt ma' oġġetti tal-ikel li tillimita l-użu ta’ Bisfenol A (2,2-bis(4-idrossifenil)propan) fil-fliexken għat-tisqija tat-trabi tal-polikarbonat.

    (2)

    Mill-1 ta’ Mejju 2011, id-Direttiva 2002/72/KE se tiġi sostitwita bir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 10/2011 tal-14 ta’ Jannar 2011 dwar il-materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba li jiġu f’kuntatt mal-ikel (4).

    (3)

    Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 ma fihx ir-restrizzjonijiet li jikkonċernaw il-Bisfenol A li ddaħħlu fid-Direttiva 2002/72/KE permezz tad-Direttiva 2011/8/UE.

    (4)

    Ir-Regolament (UE) Nru 10/2011 għalhekk għandu jiġi emendat biex jirrifletti r-restrizzjonijiet tal-użu ta’ Bisfenol A.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 10/2011, l-annotazzjoni dwar is-sustanza numru 151, bl-isem “2,2-bis(4-idrossifenil)propan”, fil-kolonna 10 (“Restrizzjonijiet u speċifikazzjonijiet”), għandu jiddaħħal it-test li ġej:

    “Ma għandux jintuża għall-manifattura tal-fliexken għat-tisqija tat-trabi (*) tal-polikarbonat (**).

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2011 biex jipprojbixxi l-manifattura ta’ materjali u oġġetti tal-plastik maħsuba biex jiġu f'kuntatt mal-ikel u li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    Għandu japplika mill-1 ta’ Ġunju 2011 biex jipprojbixxi t-tqegħid fis-suq u l-importazzjoni fl-Unjoni ta’ materjali u oġġetti tal-plastik li mhumiex konformi ma’ dan ir-Regolament.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ April 2011.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 338, 13.11.2004, p. 4.

    (2)  ĠU L 26, 29.1.2011, p. 11.

    (3)  ĠU L 220, 15.8.2002, p. 18.

    (4)  ĠU L 12, 15.1.2011, p. 1.


    Top