Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22010D0324

    2010/324/: Deċiżjoni Nru 2/2010 tal-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE tad- 19 ta’ Marzu 2010 dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

    ĠU L 145, 11.6.2010, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2015

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/324/oj

    11.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 145/16


    DEĊIŻJONI Nru 2/2010 TAL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE

    tad-19 ta’ Marzu 2010

    dwar il-ħatra tad-Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali (ĊTA)

    (2010/324/UE)

    IL-KUMITAT TAL-AMBAXXATURI AKP-UE,

    Wara li kkunsidra l-Ftehim ta’ Sħubija AKP-KE ffirmat, li ġie ffirmat f’Kotonù fit-23 ta’ Ġunju 2000 (1), kif rivedut mill-Ftehim li jemenda l-imsemmi Ftehim ta’ Sħubija, iffirmat fil-Lussemburgu fil-25 ta’ Ġunju 2005 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tal-Anness III tiegħu,

    Billi:

    (1)

    il-mandat tad-Direttur preċedenti skada fit-28 ta’ Frar 2010;

    (2)

    fi tmiem il-proċedimenti tiegħu, kumitat konġunt ta’ selezzjoni, stabbilit miż-żewġ partijiet, ippropona l-ħatra tas-Sur Michael HAILU (Etjopja) bħala Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu Uniku

    Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe deċiżjoni sussegwenti li l-Kumitat jista’ jkollu jieħu skont il-prerogattivi tiegħu, is-Sur Michael HAILU (Etjopja) huwa b’dan maħtur Direttur taċ-Ċentru Tekniku ta’ Kooperazzjoni Agrikola u Rurali, b’effett mill-24 ta’ Mejju 2010 sat-28 ta’ Frar 2015.

    Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kumitat tal-Ambaxxaturi AKP-UE

    Il-President

    Carlos BASTARRECHE SAGÜÉS


    (1)  ĠU L 317, 15.12.2000, p. 3.

    (2)  ĠU L 209, 11.8.2005, p. 27.


    Top