Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0323

    2010/323/: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 10 ta’ Ġunju 2010 li jagħti deroga mir-Regolament ta’ implimentazzjoni (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam fir-rigward tal-Bulgarija u l-Ġermanja (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3617)

    ĠU L 145, 11.6.2010, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/03/2014

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/323/oj

    11.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 145/15


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tal-10 ta’ Ġunju 2010

    li jagħti deroga mir-Regolament ta’ implimentazzjoni (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam fir-rigward tal-Bulgarija u l-Ġermanja

    (notifikata bid-dokument numru C(2010) 3617)

    (It-testi bil-Bulgaru u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)

    (2010/323/UE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 li jikkonċerna l-istatistika dwar il-bhejjem u l-laħam u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE, 93/24/KEE u 93/25/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

    Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Bulgarija fl-10 ta’ Frar 2009,

    Wara li kkunsidrat it-talba li saret mill-Ġermanja fl-20 ta’ Marzu 2009,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008, il-Kummissjoni tista’ tagħti lill-Istati Membri deroga mill-implimentazzjoni ta’ dan ir-Regolament ġaladarba l-applikazzjoni tiegħu fis-sistemi statistiċi nazzjonali qiegħda teżiġi addattamenti kbar u x’aktarx li tista’ tipprovoka xi problemi prattiċi sinifikattivi.

    (2)

    Derogi bħal dawn għandhom jingħataw lill-Bulgarija u lill-Ġermanja fuq it-talba tagħhom.

    (3)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008, Stat Membru li jkun ingħata deroga sal-1 ta’ Jannar 2010 għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttivi tal-Kunsill 93/23/KEE (2), 93/24/KEE (3) u 93/25/KEE (4) sa din id-data.

    (4)

    Skont ir-Regolament (KE) Nru 1165/2008, Stat Membru li jkun ingħata deroga sal-1 ta’ Jannar 2011 għandu jkompli japplika d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/25/KEE sa din id-data.

    ADOTTAT DIN ID-DECIŻJONI:

    Artikolu 1

    1.   Il-Bulgarija u l-Ġermanja għandhom jingħataw deroga mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 għall-perjodu li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2010.

    2.   Il-Bulgarija u l-Ġermanja għandhom jingħataw deroga mill-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1165/2008 li jikkonċerna n-nagħaġ u l-mogħoż għall-perjodu li jintemm fl-1 ta’ Jannar 2011.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Bulgarija u lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja.

    Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Jannar 2009.

    Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Olli REHN

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 321, 1.12.2008, p. 1.

    (2)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 1.

    (3)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 5.

    (4)  ĠU L 149, 21.6.1993, p. 10.


    Top