Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0322

    2010/322/CFSP: Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/322/PESK tat- 8 ta’ Ġunju 2010 li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo, il-EULEX KOSOVO

    ĠU L 145, 11.6.2010, p. 13–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/322/oj

    11.6.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 145/13


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2010/322/PESK

    tat-8 ta’ Ġunju 2010

    li temenda u testendi l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK dwar il-Missjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Istat tad-Dritt fil-Kosovo (1), il-EULEX KOSOVO

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28 u l-Artikolu 43(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fl-4 ta’ Frar 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK (2). Dik l-Azzjoni Konġunta tapplika sal-14 ta’ Ġunju 2010.

    (2)

    Fid-9 ta’ Ġunju 2009, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2009/445/PESK (3), li emendat l-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK billi żiedet l-ammont ta’ referenza finanzjarja li jkopri n-nefqa tal-Missjoni sal-iskadenza tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK.

    (3)

    Fit-28 ta’ Mejju 2010, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda l-estensjoni tal-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għal perijodu ta’ sentejn u l-estensjoni tal-ammont ta’ referenza finanzjarja ta’ EUR 265 000 000 sal-14 ta’ Ottubru 2010.

    (4)

    L-istruttura tal-kmand u l-kontroll tal-EULEX KOSOVO għandha tkun mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet kuntrattwali tal-Kap tal-Missjoni lejn il-Kummissjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit.

    (5)

    Il-EULEX KOSOVO ser tiġi kondotta fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u tista’ tkun ta’ dannu għall-objettivi tal-politika estera u ta’ sigurtà komuni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat.

    (6)

    L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK għandha tiġi emendata kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Azzjoni Konġunta 2008/124/PESK hija b’dan emendata kif ġej:

    1.

    L-Artikolu 7(2) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:

    “2.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) u l-awtorità ġenerali tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (RGħ), għandu jeżerċita l-kmand u l-kontroll tal-EULEX KOSOVO fil-livell strateġiku.”.

    2.

    Il-paragrafi 3, 4 u 5 tal-Artikolu 9 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “3.   Persunal ċivili internazzjonali u persunal lokali jista’ wkoll jiġi reklutat mill-EULEX KOSOVO, kif meħtieġ, fuq bażi kuntrattwali, jekk il-funzjonijiet meħtieġa ma jkunux ipprovduti mill-persunal sekondat mill-Istati Membri. B’mod eċċezzjonali, f’każijiet debitament ġustifikati, meta ma jkunux disponibbli applikazzjonijiet kwalifikati mill-Istati Membri, ċittadini minn Stati terzi parteċipanti jistgħu jiġu reklutati fuq bażi kuntrattwali, kif adatt.

    4.   Il-persunal kollu għandu jwettaq dmirijietu u jaġixxi fl-interess tal-Missjoni. Il-persunal kollu għandu jirrispetta l-prinċipji tas-sigurtà u l-istandards minimi stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/264/KE tad-19 ta’ Marzu 2001 li tadotta r-regolamenti tal-Kunsill rigward is-sigurtà (*).

    (*)  ĠU L 101, 11.4.2001, p. 1.”"

    3.

    Il-paragrafi 2, 3 u 4 tal-Artikolu 11 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “2.   Taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u r-RGħ, il-KPS għandu jeżerċita l-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EULEX KOSOVO.

    3.   Kif stabbilit ukoll fl-Artikolu 7, il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili, taħt il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-KPS u l-awtorità ġenerali tar-RGħ, għandu jkun il-kmandant tal-EULEX KOSOVO fil-livell strateġiku u, għaldaqstant, għandu jipprovdi lill-Kap tal-Missjoni b’istruzzjonijiet u b’konsulenza u appoġġ tekniku.

    4.   Il-Kmandant tal-Operazzjoni Ċivili għandu jirrapporta lill-Kunsill permezz tar-RGħ.”.

    4.

    Il-paragrafi 1 sa 2 tal-Artikolu 12 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.   Il-KPS għandu jeżerċita, taħt ir-responsabbiltà tal-Kunsill u r-RGħ, il-kontroll politiku u d-direzzjoni strateġika tal-EULEX KOSOVO.

    2.   Il-Kunsill b’dan jawtorizza lill-KPS sabiex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti għal dan il-fini, f’konformità mat-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tat-Trattat. Din l-awtorizzazzjoni għandha tinkludi s-setgħat ta’ emenda tal-OPLAN u l-linja ta’ kmand. Din għandha tinkludi wkoll is-setgħat li jittieħdu deċiżjonijiet sussegwenti rigward il-ħatra tal-Kap tal-Missjoni. Il-Kunsill, fuq ir-rakkomandazzjoni tar-RGħ, għandu jiddeċiedi dwar l-objettivi u t-terminazzjoni tal-EULEX KOSOVO.”.

    5.

    L-Artikolu 13(4) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.   Għandhom jiġu stabbiliti arranġamenti dettaljati rigward il-parteċipazzjoni ta’ Stati terzi fi ftehim li għandu jiġi konkluż f’konformità mal-Artikolu 37 tat-Trattat u l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Fejn l-UE u Stat terz jikkonkludu ftehim li jistabbilixxi qafas għall-parteċipazzjoni ta’ tali Stat terz fl-operazzjonijiet tal-UE ta’ maniġġar ta’ kriżijiet, id-dispożizzjonijiet ta’ tali ftehim għandhom japplikaw fil-kuntest tal-EULEX KOSOVO.”.

    6.

    Il-paragrafi 1 u 2 tal-Artikolu 16 huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa tal-EULEX KOSOVO sal-14 ta’ Ottubru 2010 għandu jkun ta’ EUR 265 000 000.

    L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-perijodi sussegwenti għall-EULEX KOSOVO għandu jiġi deċiż mill-Kunsill.

    2.   In-nefqa kollha għandha tiġi ġestita f’konformità mar-regoli u l-proċeduri applikabbli għall-baġit ġenerali tal-UE.”.

    7.

    L-Artikolu 17 huwa mħassar.

    8.

    L-Artikolu 18 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 18

    Rilaxx ta’ informazzjoni klassifikata

    1.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti, in-NATO/KFOR u lil partijiet terzi oħrajn, assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta, informazzjoni klassifikata tal-UE u dokumenti ġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO sal-livell tal-klassifikazzjoni rilevanti rispettivament għal kull wieħed minnhom, f’konformità mad-Deċiżjoni 2001/264/KE. Għandhom jitfasslu arranġamenti tekniċi lokali biex dan jiġi ffaċilitat.

    2.   Fil-każ ta’ ħtieġa operattiva speċifika u immedjata, ir-RGħ għandu wkoll ikun awtorizzat jirrilaxxa lill-awtoritajiet lokali kompetenti informazzjoni u dokumenti klassifikati tal-UE sal-livell ‘RESTREINT UE’ ġġenerati għall-finijiet tal-EULEX KOSOVO, f’konformità mad-Deċiżjoni 2001/264/KE. Fil-każijiet l-oħrajn kollha, tali informazzjoni u dokumenti għandhom jiġu rilaxxati lill-awtoritajiet lokali kompetenti f’konformità mal-proċeduri adatti għal-livell ta’ kooperazzjoni ta’ dawk l-awtoritajiet mal-UE.

    3.   Ir-RGħ għandu jkun awtorizzat jirrilaxxa lin-Nazzjonijiet Uniti, in-NATO/KFOR, lil Stati terzi oħrajn assoċjati ma’ din l-Azzjoni Konġunta u lill-awtoritajiet lokali rilevanti, dokumenti tal-UE mhux klassifikati relatati mad-deliberazzjonijiet tal-Kunsill fir-rigward tal-EULEX KOSOVO koperti bl-obbligu tas-segretezza professjonali f’konformità mal-Artikolu 6(1) tar-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (**).

    (**)  Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/937/EU, tal-1 ta’ Diċembru 2009 li tadotta r-Regoli ta’ Proċedura tal-Kunsill (ĠU L 325, 11.12.2009, p. 35).”"

    9.

    L-Artikolu 19 huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Artikolu 19

    Rieżami

    Il-Kunsill għandu jevalwa, mhux aktar tard minn 6 xhur wara l-iskadenza ta’ din l-Azzjoni Konġunta jekk il-EULEX KOSOVO għandhiex tiġi estiża.”

    10.

    L-Artikolu 20, it-tieni paragrafu, huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Għandha tiskadi fl-14 ta’ Ġunju 2012.”

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, it-8 ta’ Ġunju 2010.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    E. SALGADO


    (1)  Skont ir-Riżoluzzjoni 1244 (1999) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti.

    (2)  ĠU L 42, 16.2.2008, p. 92.

    (3)  ĠU L 148, 11.6.2009, p. 33.


    Top