EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010D0319

2010/319/: Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 22 ta' Marzu 2010 dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA)

ĠU L 145, 11.6.2010, p. 1–1 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2010/319/oj

11.6.2010   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 145/1


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-22 ta' Marzu 2010

dwar l-iffirmar, f'isem l-Unjoni Ewropea, ta’ Protokoll għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA)

(2010/319/UE)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 207 flimkien mal-Artikolu 218(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Ftehim Ewro-Mediterranju li jwaqqaf assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom min-naħa waħda, u l-Istat ta' Iżrael min-naħa l-oħra (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni”), (1) daħal fis-seħħ fl-20 ta' Novembru 1995.

(2)

L-Artikolu 47 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni jipprevedi, fejn xieraq, il-konklużjoni ta' Ftehim Ewropew ta' valutazzjoni tal-konformità, u l-Artikolu 55 tal-istess Ftehim jipprevedi l-użu tal-aqwa tentattivi għall-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Partijiet.

(3)

Il-Protokoll għall-Ftehim ta' Assoċjazzjoni dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (CAA) (minn issa 'l quddiem “il-Protokoll”), inizjalat fi Brussell fl-24 ta' Ġunju 2009, għandu jkun iffirmat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-iffirmar tal-Protokoll tal-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Istat tal-Iżrael, min-naħa l-oħra, dwar il-Valutazzjoni tal-Konformità u l-Aċċettazzjoni tal-Prodotti Industrijali (minn issa 'l quddiem imsejjaħ “il-Protokoll” (2)), huwa b'dan approvat f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill huwa b'dan awtorizzat biex jaħtar il-persuna awtorizzata biex tiffirma l-Protokoll, f'isem l-Unjoni, soġġett għall-konklużjoni tiegħu.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-adozzjoni tagħha.

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Marzu 2010.

Għall-Kunsill

Il-President

M. Á. MORATINOS


(1)  ĠU L 147, 21.6.2000, p. 3.

(2)  Il-Protokoll għandu jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali iktar ’il quddiem.


Top