This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0184
2010/184/CFSP: Political and Security Committee Decision ATALANTA/1/2010 of 5 March 2010 amending Political and Security Committee Decision ATALANTA/2/2009 on the acceptance of third States’ contributions to the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta) and Political and Security Committee Decision ATALANTA/3/2009 on the setting up of the Committee of Contributors for the European Union military operation to contribute to the deterrence, prevention and repression of acts of piracy and armed robbery off the Somali coast (Atalanta)
2010/184/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/1/2010 tal- 5 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
2010/184/CFSP: Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/1/2010 tal- 5 ta’ Marzu 2010 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
ĠU L 83, 30.3.2010, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force
30.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ ATALANTA/1/2010
tal-5 ta’ Marzu 2010
li temenda d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 dwar l-aċċettazzjoni ta’ kontributi ta’ Stati terzi għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 dwar l-istabbiliment tal-Kumitat ta’ Kontributuri għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)
(2010/184/PESK)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/2/2009 (2) u d-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà ATALANTA/3/2009 (3), u l-addendum magħha (4),
Billi:
(1) |
Fis-16 ta’ Diċembru 2008 l-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE żamm Konferenza dwar il-Ħolqien ta’ Forza. |
(2) |
Wara l-offerta mill-Ukraina li tikkontribwixxi għall-operazzjoni Atalanta, ir-rakkomandazzjoni mill-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-parir mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, il-kontribut mill-Ukraina għandu jiġi aċċettat. |
(3) |
Skont l-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tipparteċipax fl-elaborazzjoni u fl-implementazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li jkollhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/2/2009 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 1
Kontribuzzjonijiet ta’ Stati Terzi
Wara l-Konferenzi dwar il-Ħolqien u l-Forniment ta’ Forzi, il-kontributi tan-Norveġja, il-Kroazja, il-Montenegro u l-Ukraina għandhom jiġu aċċettati għall-operazzjoni militari tal-UE bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)”.
Artikolu 2
L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà Atalanta/3/2009 huwa sostitwit bit-test li jinsab fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
C. FERNÁNDEZ-ARIAS
(1) ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33.
(2) ĠU L 109, 30.4.2009, p. 52.
(4) ĠU L 119, 14.5.2009, p. 40.
ANNESS
“ANNESS
LISTA TA’ STATI TERZI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 2(1)
— |
Norveġja |
— |
Kroazja |
— |
Montenegro |
— |
Ukraina”. |