This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010D0183
2010/183/: Council Decision of 16 March 2010 amending Decision 2009/459/EC providing Community medium-term financial assistance for Romania
2010/183/: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Marzu 2010 li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien
2010/183/: Deċiżjoni tal-Kunsill tas- 16 ta’ Marzu 2010 li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien
ĠU L 83, 30.3.2010, p. 19–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 30/03/2010
30.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 83/19 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tas-16 ta’ Marzu 2010
li temeda d-Deċiżjoni 2009/459/KE li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien
(2010/183/UE)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilità li tistabbilixxi faċilità li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi tal-ħlasijiet (1) tal-Istati Membri u b’mod partikolari l-Artikolu 5, it-tieni sottopragrafu, flimkien mal-Artikolu 8 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF),
Billi:
(1) |
Bid-Deċiżjoni 2009/458/KE (2), il-Kunsill ikkonċeda assistenza reċiproka lir-Rumanija u bid-Deċiżjoni 2009/459/KE (3), il-Kunsill ipprovda assistenza finanzjarja fuq il-medda medja ta’ żmien lir-Rumanija. |
(2) |
L-ambitu u l-intensità tar-reċessjoni ekonomika li qed taffettwa lir-Rumanija titlob għal reviżjoni tal-kundizzjonijiet tal-politika ekonomika previsti għall-għoti tal-ħlasijiet bin-nifs tal-assistenza finanzjarja bil-ħsieb li jittieħed kont tal-impatt tat-tnaqqis ikbar milli mistenni tal-PGD reali. |
(3) |
Id-Deċiżjoni 2009/459/KE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 2009/459/KE hija b’dan emendata kif ġej:
(1) |
Fl-Artikolu 3(5), il-punt (a) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
(2) |
Fl-Artikolu 3(5), il-punt (b) għandu jiġi sostitwit b’dan li ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Rumanija.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kunsill
Il-President
E. SALGADO
(2) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 6.
(3) ĠU L 150, 13.6.2009, p. 8.