Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32010R0261

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 261/2010 tal- 25 ta’ Marzu 2010 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

    ĠU L 80, 26.3.2010, p. 36–39 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2010/261/oj

    26.3.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 80/36


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 261/2010

    tal-25 ta’ Marzu 2010

    li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 fir-rigward tal-aġġustament tat-tariffi tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini għar-rata tal-inflazzjoni

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 tal-10 ta’ Frar 1995 dwar il-miżati li għandhom jitħallsu lill-Aġenzija Ewropea għall-Evalwazzjoni tal-Prodotti Mediċinali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Skont l-Artikolu 67(3) tar-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri Komunitarji għall-awtorizzazzjoni u s-sorveljanza ta’ prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem u veterinarju u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (2), jistipula li d-dħul tal-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (minn hawn ’il quddiem “l-Aġenzija”) għandu jikkonsisti f’kontribuzzjoni mill-Komunità u fit-tariffi mħallsa minn intrapriżi lill-Aġenzija. Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 jistabbilixxi l-kategoriji u l-livelli ta’ dawn it-tariffi.

    (2)

    L-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 jeħtieġ li t-tariffi tal-Aġenzija jiġu aġġornati kull sena b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni.

    (3)

    Dawn it-tariffi għalhekk għandhom jiġu aġġornati b’referenza għar-rata ta’ inflazzjoni tal-2009. Ir-rata tal-inflazzjoni fl-Unjoni, kif ippubblikata mill-Uffiċċju tal-Istatistika tal-Komunitajiet Ewropej (Eurostat), kienet 1 % fl-2009.

    (4)

    Għal raġunijiet ta’ sempliċità, il-livelli aġġustati tat-tariffi għandhom jiġu aġġustati lejn l-eqreb EUR 100.

    (5)

    Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

    (6)

    Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2010.

    (7)

    Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 297/95 l-aġġornament għandu jsir b’effett mill-1 ta’ April 2010. Għalhekk hu xieraq li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ bħala kwistjoni urġenti u japplika minn din id-data,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Ir-Regolament (KE) Nru 297/95 hu emendat kif ġej:

    (1)

    l-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) hu emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 251 600” hija mibdula għal “EUR 254 100”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 25 200” hija mibdula għal “EUR 25 500”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (ii)

    il-punt (b) hu emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 97 600” hija mibdula għal “EUR 98 600”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 162 600” hija mibdula għal “EUR 164 200”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 9 700” hija mibdula għal “EUR 9 800”;

    fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (iii)

    il-punt (c) hu emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 75 500” hija mibdula għal “EUR 76 300”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 18 900 sa EUR 56 600” hija mibdula għal “EUR 19 100 sa EUR 57 200”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (b)

    il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    l-ewwel subparagrafu tal-punt (a) hu emendat kif ġej:

    “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (ii)

    il-punt (b) hu emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 75 500” hija mibdula għal “EUR 76 300”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 18 900 sa EUR 56 600” hija mibdula għal “EUR 19 100 sa EUR 57 200”.

    (c)

    Fil-paragrafu 3, “EUR 12 500” hija mibdula għal “EUR 12 600”.

    (d)

    Fil-paragrafu 4, “EUR 18 900” hija mibdula għal “EUR 19 100”.

    (e)

    Fil-paragrafu 5, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (f)

    Il-Paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 90 200” hija mibdula għal “EUR 91 100”;

    (ii)

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 22 500 sa EUR 67 600” hija mibdula għal “EUR 22 700 sa EUR 68 300”.

    (2)

    Fl-Artikolu 4, “EUR 62 800” hija mibdula għal “EUR 63 400”.

    (3)

    l-Artikolu 5 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    Il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    il-punt (a) hu emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 125 800” hija mibdula għal “EUR 127 100”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 12 500” hija mibdula għal “EUR 12 600”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”;

    ir-raba’ subparagrafu hu emendat kif ġej:

    “EUR 62 800” hija mibdula għal “EUR 63 400”.

    “EUR 6 300” hi mibdula għal “EUR 6 400”.

    (ii)

    il-punt (b) hu emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 62 800” hija mibdula għal “EUR 63 400”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 106 300” hija mibdula għal “EUR 107 400”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 12 500” hija mibdula għal “EUR 12 600”;

    fir-raba’ subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”;

    il-ħames subparagrafu hu emendat kif ġej:

    “EUR 31 400” hija mibdula għal “EUR 31 700”.

    “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (iii)

    il-punt (c) hu emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 31 400” hija mibdula għal “EUR 31 700”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 7 800 sa EUR 23 500” hija mibdula għal “EUR 7 900 sa EUR 23 700”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (b)

    Il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fil-punt (a), “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”;

    (ii)

    il-punt (b) hu emendat kif ġej:

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 37 700” hija mibdula għal “EUR 38 100”;

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 9 400 sa EUR 28 300” hija mibdula għal “EUR 9 500 sa EUR 28 600”;

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (c)

    Fil-paragrafu 3, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (d)

    Fil-paragrafu 4, “EUR 18 900” hija mibdula għal “EUR 19 100”.

    (e)

    Fil-paragrafu 5, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    (f)

    Il-paragrafu 6 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fl-ewwel subparagrafu, “EUR 30 100” hija mibdula għal “EUR 30 400”;

    (ii)

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 7 500 sa EUR 22 500” hija mibdula għal “EUR 7 600 sa EUR 22 700”.

    (4)

    Fl-Artikolu 6, “EUR 37 700” hija mibdula għal “EUR 38 100”.

    (5)

    l-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    fl-ewwel paragrafu, “EUR 62 800” hija mibdula għal “EUR 63 400”;

    (b)

    fit-tieni paragrafu, “EUR 18 900” hija mibdula għal “EUR 19 100”.

    (6)

    L-Artikolu 8 huwa emendat kif ġej:

    (a)

    il-Paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 75 500” hija mibdula għal “EUR 76 300”;

    (ii)

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 37 700” hija mibdula għal “EUR 38 100”;

    (iii)

    fir-raba’ subparagrafu, “EUR 18 900 sa EUR 56 600” hija mibdula għal “EUR 19 100 sa EUR 57 200”;

    (iv)

    fil-ħames subparagrafu, “EUR 9 400 sa EUR 28 300” hija mibdula għal “EUR 9 500 sa EUR 28 600”.

    (b)

    Il-Paragrafu 2 huwa emendat kif ġej:

    (i)

    fit-tieni subparagrafu, “EUR 251 600” hija mibdula għal “EUR 254 100”;

    (ii)

    fit-tielet subparagrafu, “EUR 125 800” hija mibdula għal “EUR 127 100”;

    (iii)

    fil-ħames subparagrafu, “EUR 2 700 sa EUR 216 800” hija mibdula għal “EUR 2 700 sa EUR 219 000”;

    (iv)

    fis-sitt subparagrafu, “EUR 108 500” hi mibdula għal “EUR 109 600”.

    (c)

    Fil-paragrafu 3, “EUR 6 300” hija mibdula għal “EUR 6 400”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal applikazzjonijiet validi li huma pendenti fl-1 ta’ April 2010.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Għandu japplika mill-1 ta’ April 2010.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2010.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    José Manuel BARROSO


    (1)  ĠU L 35, 15.2.1995, p. 1.

    (2)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


    Top