This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R0196
Commission Regulation (EU) No 196/2010 of 9 March 2010 amending Annex I to Regulation (EC) No 689/2008 of the European Parliament and of the Council concerning the export and import of dangerous chemicals (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 196/2010 tad- 9 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 196/2010 tad- 9 ta’ Marzu 2010 li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 60, 10.3.2010, pp. 5–8
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2014; Imħassar b' 32012R0649
|
10.3.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 60/5 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 196/2010
tad-9 ta’ Marzu 2010
li jemenda l-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta’ sustanzi kimiċi perikolużi (1), u partikolarment l-Artikolu 22(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 689/2008 jimplimenta l-Konvenzjoni ta’ Rotterdam dwar il-Proċedura għall-Kunsens Infurmat bil-Quddiem (proċedura PIC) għal Ċerti Kimiki Perikolużi u pestiċidi fil-Kummerċ Internazzjonali, minn hawn ‘il quddiem imsejħa il-“Konvenzjoni ta’ Rotterdam”, iffirmata fil-11 ta’ Settembru 1998 u approvata, f’isem il-Komunità, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2003/106/KE (2). |
|
(2) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandu jiġi emendat sabiex titqies l-azzjoni regolatorja f’dak li għandu x’jaqsam ma’ ċerti sustanzi kimiċi skont id-Direttiva tal-Kunsill 91/414/KEE tal-15 ta’ Lulju 1991 li tikkonċerna t-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (3), id-Direttiva 98/8/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 dwar it-tqegħid fis-suq tal-prodotti bijoċidali (4) u r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (5). |
|
(3) |
Ġie deċiż li s-sustanzi butralin, diniconazole-M, flurprimidol, nikotina u propachlor ma jiġux inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bir-riżultat li dawk is-sustanzi attivi jiġu pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
|
(4) |
Ġie deċiż li ma jiġux inklużi s-sustanzi anthraquinone u dicofol bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiv 91/414/KEE u biex ma jiġux inklużi s-sustanzi anthraquinone u dicofol bħala sustanzi attivi fl-Anness I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE bir-riżultat li dawk is-sustanzi attivi jiġu pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
|
(5) |
Ġie deċiż li s-sustanzi 2-Naphthyloxyacetic acid, propanil u tricyclazole ma jiġux inklużi bħala sustanzi attivi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bir-riżultat li dawk is-sustanzi attivi jiġu pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk għandhom jiġu miżjuda mal-listi ta’ kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. Minħabba li tressqu applikazzjonijiet ġodda li jeħtieġu deċiżjonijiet ġodda dwar l-inklużjoni fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, iż-żieda mal-lista ta’ kimiki li hemm fil-Parti 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 ma għandhiex tapplika sakemm jittieħdu d-deċiżjonijiet il-ġodda dwar l-istatus ta’ dawn il-kimiki. |
|
(6) |
Fir-raba’ laqgħa tagħha f’Ottubru 2008, il-Konferenza tal-Partijiet tal-Konvenzjoni ta’ Rotterdam iddeċidiet li tinkludi komposti tat-tributyltin fl-Anness III għal dik il-Konvenzjoni, bir-riżultat li l-komposti tat-tribuyltin ġew soġġetti għall-proċedura tal-PIC skont dik il-Konvenzjoni u għalhekk għandhom jiġu elenkati separatament fil-lista ta’ kimiki li hemm fil-Parti 1 u jiġu miżjuda mal-lista ta’ kimiki li hemm fil-Parti 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008. |
|
(7) |
Il-lista separata tal-komposti tat-tributyltin fil-Partijiet 1 u 3 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 teħtieġ emenda tal-annotazzjonijiet eżistenti ta’ komposti triorganostanniċi fil-Partijiet 1 u 2 tal-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 sabiex jintwera li l-komposti tat-tributyltin ma għadhomx koperti b’dawk l-annotazzjonijiet. |
|
(8) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/248/KE (6) ġie deċiż li s-sustanza attiva atrzine ma tiġix inkluża fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bir-riżultat li l-atrazine tiġi pprojbita għall-użu fil-pestiċidi, u li jiġu rtirati l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkollhom dik is-sustanza attiva mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007. Peress li skadiet id-data tal-għeluq, l-annotazzjonijiet eżistenti fil-listi ta’ kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Aness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandhom jiġu emendati sabiex jirrifflettu l-projbizzjoni tal-użu tal-atrazine. |
|
(9) |
Permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/141/KE (7) u tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/247/KE (8) ġie deċiż li s-sustanzi attivi amitraz u simazine ma jiġux inklużi fl-Anness I għad-Direttiva 91/414/KEE, bir-riżultat li dawk is-sustanzi attivi ġew ipprojbiti għall-użu fil-prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, u li jiġu rtirati l-awtorizzazzjonijiet ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti li jkollhom dawk is-sustanzi attivi mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2007. Peress li skadiet id-data tal-għeluq u peress li ġie deċiż li ma jiġux inklużi s-sustanzi amitraz u simazine bħala sustanzi attivi fl-Annessi I, IA jew IB għad-Direttiva 98/8/KE, dawk is-sustanzi attivi huma pprojbiti għall-użu fil-pestiċidi u għalhekk l-annotazzjonijiet eżistenti fil-listi ta’ kimiki li hemm fil-Partijiet 1 u 2 tal-Aness I tar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għandhom jiġu emendati sabiex jirriflettu l-projbizzjoni għall-użu ta’ dawk is-sustanzi. |
|
(10) |
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 għaldaqstant għandu jiġi emendat kif xieraq. |
|
(11) |
Sabiex ikun hemm biżżejjed żmien għall-Istati Membri u l-industrija biex jieħdu l-miżuri neċessarji, l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament għandha tiġi deferita. |
|
(12) |
Il-miżuri provduti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 133 tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006, |
ADDOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 huwa emendat skont l-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2010.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussel, id-9 ta’ Marzu 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 204, 31.7.2008, p. 1.
(3) ĠU L 230, 19.8.1991, p. 1.
(4) ĠU L 123, 24.4.1998, p. 1.
(5) ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.
(6) ĠU L 78, 16.3.2004, p. 53.
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (KE) Nru 689/2008 qed jiġi emendat kif ġej:
|
(1) |
Il-Parti 1 hija emendata kif ġej:
|
|
(2) |
Il-Parti 2 hija emendata kif ġej:
|
|
(3) |
Fil-Parti 3, l-annotazzjoni li ġejja hija miżjuda:
|