This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010L0004
Commission Directive 2010/4/EU of 8 February 2010 amending, for the purpose of adaptation to technical progress, Annex III to Council Directive 76/768/EEC concerning cosmetic products (Text with EEA relevance)
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/4/UE tat- 8 ta’ Frar 2010 li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kożmetiċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Direttiva tal-Kummissjoni 2010/4/UE tat- 8 ta’ Frar 2010 li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kożmetiċi (Test b’relevanza għaż-ŻEE)
ĠU L 36, 9.2.2010, p. 21–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
No longer in force, Date of end of validity: 11/07/2013; Impliċitament imħassar minn 32009R1223
9.2.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 36/21 |
DIRETTIVA TAL-KUMMISSJONI 2010/4/UE
tat-8 ta’ Frar 2010
li temenda, għall-fini tal-adattament għall-progress tekniku, l-Anness III mad-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE rigward prodotti kożmetiċi
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 76/768/KEE tas-27 ta' Lulju 1976 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar prodotti kożmetiċi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 (2) tagħha,
Wara li kkonsultat mal-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur,
Billi:
(1) |
Bħalissa, hemm żewġ sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi li huma provviżjorjament permessi għall-użu fi prodotti kożmetiċi sal-31 ta’ Diċembru 2010 skont ir-restrizzjonijiet u l-kundizzjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness III mad-Direttiva 76/768/KEE. |
(2) |
Għal dawn iż-żewġ sustanzi taż-żebgħa tax-xagħar mhux ossidativi, HC Orange No. 2 u 2-hydroxyethylamino-5-nitroanisole, elenkati taħt in-numri ta' referenza 26 u 29 tal-Parti 2 tal-Anness III, il-Kumitat Xjentifiku dwar is-Sikurezza tal-Konsumatur (minn hawn 'il quddiem jissejjaħ KXSK) ta l-opinjonijiet finali tiegħu dwar is-sikurezza tagħhom. Il-konċentrazzjonijiet massimi awtorizzati rakkomandati mill-KXSK fil-prodott kożmetiku finali ta' 1,0 % għal HC Orange No. 2 u ta' 0,2 % għal 2-hydroxyethylamino-5-nitroanisole. Għaldaqstant, HC Orange No. 2 u 2-hydroxyethylamino-5-nitroanisole jistgħu jkunu regolati definittivament fil-Parti 1 tal-Anness III. |
(3) |
Id-Direttiva 76/768/KEE għandha għalhekk tiġi emendata skont dan. |
(4) |
Sabiex ikun żgurat progress bla xkiel għat-tqegħid fis-suq ta’ prodotti li fihom l-HC Orange No. 2 li ma jikkonformawx mar-rekwiżiti tal-ittikkettjar stipulati f’din id-Direttiva, huwa meħtieġ li jkunu previsti perjodi ta’ tranżizzjoni xierqa. |
(5) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Direttiva huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Kożmetiċi, |
ADOTTAT DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Amenda lid-Direttiva 76/768/KEE
L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE hu emendat skont l-Anness ta’ din id-Direttiva.
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sa mhux aktar tard mill-1 ta’ Settembru 2010, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex ikunu konformi ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.
L-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Direttiva, għajr l-obbligi li jikkonċernaw l-ittikkettjar stipulati fil-kolonna (f) tal-annotazzjoni 208, mill-1 ta’ Diċembru 2010.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawn il-miżuri, dawn għandhom jinkludu referenza għal din id-Direttiva jew għandhom ikunu akkumpanjati b'tali referenza fil-ħin tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu kif għandha ssir tali referenza.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Id-dispożizzjonijiet tranżizzjonali
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li wara l-1 ta’ Novembru 2011 ebda prodott kożmetiku li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi li jikkonċernaw l-ittikkettjar stabbiliti fil-kolonna (f) tal-annotazzjoni 208 tal-Parti I tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva, m’għandu jitqiegħed fis-suq mill-manifatturi mill-Unjoni jew mill-importaturi stabbiliti fi ħdan l-Unjoni.
L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li wara l-1 ta’ Novembru 2012 ebda prodott kożmetiku li jonqos milli jikkonforma mal-obbligi li jikkonċernaw l-ittikkettjar stabbiliti fil-kolonna (f) tal-annotazzjonijiet 208 tal-Parti I tal-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE, kif emendat b’din id-Direttiva, m’għandu jinbiegħ jew jingħata lill-konsumaturi finali fi ħdan l-Unjoni.
Artikolu 4
Id-dħul fis-seħħ
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak li fih tiġi pubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Artikolu 5
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Frar 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 262, 27.9.1976, p. 169.
ANNESS
L-Anness III tad-Direttiva 76/768/KEE jiġi emendat kif ġej:
(1) |
Fil-Parti 1 għandhom jiżdiedu dawn li ġejjin:
|
(2) |
Fil-Parti 2 tal-annotazzjonijiet relatati man-numri ta' referenza 26 u 29 huma mħassra. |