EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R1154

Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1154/2009 tas- 27 ta’ Novembru 2009 li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw f’Iżrael

ĠU L 313, 28.11.2009, p. 52–56 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/1154/oj

28.11.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 313/52


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 1154/2009

tas-27 ta’ Novembru 2009

li jemenda ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 fir-rigward ta’ kwoti tariffarji Komunitarji għal ċerti prodotti agrikoli u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw f’Iżrael

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 747/2001 tad-9 ta’ April 2001 li jipprovdi għall-amministrazzjoni ta’ tariffa ta’ kwoti tal-Komunità u ta’ kwantitajiet ta’ referenza għall-prodotti eliġibbli għal preferenzi bis-saħħa ta’ ftehim ma ċerti pajjiżi tal-Mediterran u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1981/94 u (KE) Nru 934/95 (1), u partikolarment l-Artikolu 5(1)(b) tiegħu,

Billi:

(1)

Fl-2008 ġie konkluż Ftehim fil-forma ta’ Skambju ta’ Ittri bejn il-Komunità Ewropea u l-Istat ta’ Iżrael rigward miżuri ta’ liberalizzazzjoni reċiproċi fir-rigward ta’ prodotti agrikoli, prodotti agrikoli pproċessati kif ukoll ta’ ħut u prodotti tal-ħut, is-sostituzzjoni tal-Protokolli 1 u 2 u tal-Annessi u l-emendi għall-Ftehim Ewro-Mediterranju li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Istat ta’ Iżrael, min-naħa l-oħra, minn issa “l quddiem imsejjaħ ‘il-Ftehim”, li ġie approvat bid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/855/KE (2).

(2)

Il-Ftehim jistabbilixxi kwoti tariffarji ġodda għal prodotti agrikoli, u prodotti agrikoli pproċessati li joriġinaw f’Iżrael kif ukoll bidliet fil-kwoti tariffarji eżistenti stabbiliti għal prodotti bħal dawn fir-Regolament (KE) Nru 747/2001. Barra minn dan, m’għadux jipprovdi għal xi konċessjoni tariffarja mogħtija fi ħdan kwantitajiet ta’ referenza.

(3)

Biex jiġu implimentati d-dispożizzjonijiet tal-kwoti tariffarji l-ġodda, il-bidliet għall-kwoti tariffarji eżistenti u t-terminazzjoni ta’ kwantitajiet ta’ referenza, għandu jiġi emendat kif xieraq ir-Regolament (KE) Nru 747/2001.

(4)

Sabiex jiġu kkalkulati l-kwoti tariffarji għall-ewwel sena tal-applikazzjoni, għandha ssir dispożizzjoni, f’konformità mal-Ftehim, biex il-volumi tal-kwoti tariffarjii li għalihom il-perjodu tal-kwota jibda qabel id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim jitnaqqsu proporzjonalment skont dik il-parti tal-perjodu li tkun għaddiet qabel dik id-data.

(5)

Peress li l-Ftehim jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2010, dan ir-Regolament għandu japplika minn dik id-data.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness VII għar-Regolament (KE) Nru 747/2001 jinbidel bit-test stipulat fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Huwa għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2010.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Novembru 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 109, 19.4.2001, p. 2.

(2)  Ara paġna 81 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.


ANNESS

“ANNESS VII

IŻRAEL

Minkejja r-regoli għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, il-kliem użat fid-deskrizzjoni tal-prodotti għandu jitqies biss bħala wieħed ta’ valur indikattiv, bl-iskema preferenzjali tkun determinata, fi ħdan il-kuntest ta’ dan l-Anness, permezz tal-kopertura tal-kodiċi tan-NM kif jeżistu dakinhar tal-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament. Fejn ex kodiċi NM huma indikati, l-iskema preferenzjali għandha tiġi stabbilita bl-applikazzjoni tal-kodiċi NM u d-deskrizzjoni li tikkorrispondi meħudin flimkien.

Kwoti Tariffarji

Nru tas-serje

Kodiċi NM

Subdiviżjoni tat-TARIC

Deskrizzjoni tal-prodotti

Perjodu tal-kwota

Il-volum tal-kwota(tunnellati metriċi piż nett), sakemm mhux indikat mod ieħor)

Id-dazju fuq il-kwota

09.1361

0105 12 00

 

Dundjani ħajjin, li ma jiżnux aktar minn 185 g

Mill-1.1 sal-31.12

129 920 unità

Eżenzjoni

09.1302

0404 10

 

Xorrox u xorrox modifikat, kemm jekk ikkonċentrat jew ikollu zokkor jew materja oħra li tagħti ħlewwa miżjuda kif ukoll jekk le

Mill-1.1 sal-31.12

1 300

Eżenzjoni

09.1306

0603 11 00

0603 12 00

0603 13 00

0603 14 00

0603 19 10

0603 19 90

 

Fjuri maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip li jkun adattat għall-bukketti jew għall-għanijiet ornamentali

Mill-1.1 sal-31.12

22 196

Eżenzjoni

09.1341

0603 19 90

 

Fjuri oħrajn maqtugħa friski u blanzuni tal-fjuri ta’ tip li jkun adattat għall-bukketti jew għall-għanijiet ornamentali

Mill-1.11 sal-15.4

7 840

Eżenzjoni

09.1300

0701 90 50

 

Patata ġdida, friska jew imkessħa

Mill-1.1 sal-30.6

33 936

Eżenzjoni

09.1304

ex 0702 00 00

07

Cherry tomatoes, friski jew imkessħin

Mill-1.1 sal-31.12

28 000

Eżenzjoni (1)

09.1342

ex 0702 00 00

99

Tadam, frisk jew imkessaħ, minbarra cherry tomatoes

Mill-1.1 sal-31.12

5 000

Eżenzjoni (1)

09.1368

0707 00 05

 

Ħjar, frisk jew imkessaħ

Mill-1.1 sal-31.12

1 000

Eżenzjoni (1)

09.1303

0709 60 10

 

Bżar ħelu, frisk jew imkessaħ

Mill-1.1 sal-31.12

17 248

Eżenzjoni

09.1353

0710 40 00

2004 90 10

 

Sweetcorn, iffriżat

Mill-1.1 sal-31.12

10 600

70 % tad-dazju speċifiku

09.1354

0711 90 30

2001 90 30

2005 80 00

 

Sweetcorn, mhux iffriżat

Mill-1.1 sal-31.12

5 400

70 % tad-dazju speċifiku

09.1369

0712 90 30

 

Tadam imqadded, sħiħ, imqatta’, imfelli, imfarrak jew fi trab, iżda mhux ipproċessat aktar

Mill-1.1 sal-31.12

1 200

Eżenzjoni

09.1323

0805 10 20

 

Larinġ, frisk

Mill-1.1 sal-31.12

224 000

Eżenzjoni (1)  (2)

ex 0805 10 80

10

09.1370

ex 0805 20 10

05

Klementini, mandolin u wilkings, frisk

Mill-1.1 sal-31.12

40 000

Eżenzjoni (1)

ex 0805 20 50

07 , 37

09.1371

ex 0805 20 10

05

Klementini, mandolin u wilkings, frisk

Mill-15.3 sal-30.9

15 680

Eżenzjoni (1)

ex 0805 20 50

07 , 37

09.1397

0807 19 00

 

Bettieħ frisk, għajr id-dulliegħ

Mill-1.1 sal-31.5.2010

15 000

Eżenzjoni

Għal kull perjodu sussegwenti mill-1.8 sal-31.5.

30 000

09.1398

0810 10 00

 

Frawli, frisk

Mill-1.1 sal-30.4.2010

3 333

Eżenzjoni

Għal kull perjodu sussegwenti mill-1.11 sat-30.4

5 000

09.1372

1602 31 19

 

Laħam ipproċessat jew ippreservat, ġewwieni tal-laħam jew demm tad-dundjani, li jkollu 57 % jew aktar fil-piż ta’ laħam jew ġewwieni tat-tjur, minbarra laħam tad-dundjan mhux imsajjar b’mod esklussiv

Mill-1.1 sal-31.12

5 000

Eżenzjoni

1602 31 30

 

Laħam ipproċessat jew ippreservat, ġewwieni tal-laħam jew demm tad-dundjani, li jkollu 25 % jew iktar imma mhux inqas minn 57 % fil-piż ta’ laħam jew ġewwieni tat-tjur

09.1373

1602 32 19

 

Laħam ipproċessat jew ippreservat, ġewwieni tal-laħam jew demm tal-fargħun tal-ispeċi Gallus domesticus, li jkollu 57 % jew iktar fil-piż ta’ laħam jew ġewwieni tat-tjur, minbarra laħam mhux imsajjar

Mill-1.1 sal-31.12

2 000

Eżenzjoni

1602 32 30

 

Laħam ipproċessat jew ippreservat, ġewwieni tal-laħam jew demm tal-fargħun tal-ispeċi Gallus domesticus, li jkollu 25 % jew iktar imma inqas minn 57 % fil-piż ta’ laħam jew ġewwieni tat-tjur

09.1374

1704 10 90

 

Chewing gum kemm jekk miksi biz-zokkor kif ukoll jekk le, li ma jkollux kawkaw, ikollu 60 % jew aktar fil-piż ta’ sukrożju (inkluż zokkor invertit imfisser bħala sukrożju)

Mill-1.1 sal-31.12

100

Eżenzjoni

09.1375

1806 10 20

1806 10 30

1806 10 90

1806 20

 

Trab tal-kawkaw li jkollu 5 % jew aktar fil-piż ta’ sukrożju (inkluż zokkor invertit imfisser bħala sukrożju) jew iżoglukożju imfisser bħala sukrożju

Preparazzjonijiet oħra tal-ikel li jkollhom il-kawkaw fi blokok, dadi jew kaxxi li jiżnu iktar minn 2 kg jew f’likwidu, pejst, trab, biċċiet jew f’għamliet oħra li jiġu fi kwantità f’kontejners jew f’pakketti immedjati, ta’ kontenut li jaqbeż iż-2 kg

Mill-1.1 sal-31.12

2 500

85 % tad-dazju speċifiku jew tal-element agrikolu

09.1376

1905 20 30

1905 20 90

 

Kejk tal-ġinġer u prodotti bħalu, li jkollhom fil-piż 30 % jew aktar ta’ sukrożju (inkluż zokkor invertit imfisser bħala sukrożju)

Mill-1.1 sal-31.12

3 200

70 % tad-dazju speċifiku

09.1377

2002 90 91

2002 90 99

 

Tadam, ipproċessat jew ippreservat mod ieħor minbarra bil-ħall jew bl-aċidu aċetiku, b’kontenut ta’ materja niexfa ta’ iktar minn 30 % fil-piż

Mill-1.1 sal-31.12

784

Eżenzjoni

09.1378

ex 2008 70 71

10

Flieli tal-ħawħ, moqlija fiż-żejt, mingħajr spirtu miżjud, b’kontenut ta’ zokkor li jaqbeż il-15 % tal-piż, f’pakketti immedjati ta’ kontenut nett ta’ mhux aktar minn 1 kg

Mill-1.1 sal-31.12

112

Eżenzjoni

09.1331

2009 11

2009 12 00

2009 19

 

Meraq tal-larinġ

Mill-1.1 sal-31.12

35 000

Eżenzjoni

li minnu:

09.1333

ex 2009 11 11

10

Meraq tal-larinġ f’kontenituri ta’ 2 litri jew anqas

Mill-1.1 sal-31.12

21 280

Eżenzjoni

ex 2009 11 19

10

ex 2009 11 91

10

ex 2009 11 99

11 , 19

92 , 94

ex 2009 12 00

10

ex 2009 19 11

11 , 19

ex 2009 19 19

11 , 19

ex 2009 19 91

11 , 19

ex 2009 19 98

11 , 19

09.1379

ex 2009 90 21

40

Taħlitiet ta’meraq taċ-ċitru

Mill-1.1 sal-31.12

19 656

Eżenzjoni

ex 2009 90 29

20

ex 2009 90 51

30

ex 2009 90 59

39

ex 2009 90 94

20

ex 2009 90 96

20

ex 2009 90 98

20

09.1380

2204

 

Inbid ta’ għeneb frisk, inkuż inbejjed imsaħħin; l-għeneb irid ikun differenti minn dak tal-intestatura 2009

Mill-1.1 sal-31.12

6 212 hl

Eżenzjoni (3)

09.1399

3505 20

 

Kolol ibbażati fuq lamti, jew fuq destrini jew lamti oħrajn immodifikati

Mill-1.1 sal-31.12

250

Eżenzjoni


(1)  L-eżenzjoni tapplika biss għad-dazju ad valorem.

(2)  F’din il-kwota tariffarja d-dazju speċifiku previst fil-lista Komunitarja ta’ konċessjonijiet għad-WTO għandu jitnaqqas sa żero għall-perjodu mill-1 ta’ Diċembru sal-31 ta’ Mejju, jekk il-prezz tad-dħul ma jkunx inqas minn EUR 264/tunnellata metrika, li jkun il-prezz tad-dħul miftiehem bejn il-Komunità Ewropea u Iżrael. Jekk il-prezz tad-dħul ta’ konsenja jkun 2, 4, 6 jew 8 % inqas mill-prezz tad-dħul miftiehem, id-dazji doganali speċifiċi tal-kwota għandhom ikunu ndaqs għal 2, 4, 6 jew 8 % rispettivament ta’ dan il-prezz tad-dħul miftiehem. Jekk il-prezz tad-dħul ta’ konsenja jkun inqas minn 92 % tal-prezz tad-dħul miftiehem, għandu japplika d-dazju tad-dwana speċifiku għandu japplika d-dazju tad-dwana speċifiku miftiehem fi ħdan il-WTO.

(3)  Għal most tal-għeneb skont il-kodiċi tan-NM 2204 30 92, 2204 30 94, 2204 30 96 u 2204 30 98, l-eżenzjoni tapplika biss għal dazju ad valorem.”


Top