Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009R0423

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 423/2009 tal- 20 ta’ Mejju 2009 dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin għas-subperjodu ta' Mejju 2009 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

    ĠU L 125, 21.5.2009, p. 67–68 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/423/oj

    21.5.2009   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 125/67


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 423/2009

    tal-20 ta’ Mejju 2009

    dwar il-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni tar-ross fil-kuntest tal-kwoti tariffarji miftuħin għas-subperjodu ta' Mejju 2009 bir-Regolament (KE) Nru 1529/2007

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1),

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1529/2007 tal-21 ta’ Diċembru 2007 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta' kwoti għas-snin 2008 u 2009 għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-Istati AKP li huma parti mir-reġjun CARIFORUM u mill-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej (Overseas Countries and Territories, OCT) (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Għas-sena 2009, ir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 fetaħ u pprovda għall-ġestjoni ta' kwota tariffarja annwali għall-importazzjoni ta' 250 000 tunnellata ross, espressa fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Istati li huma parti mir-reġjun CARIFORUM (numru tas-serje 09.4220), kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 25 000 tunnellata ross, espressa fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Antilli Olandiżi u minn Aruba (numru tas-serje 09.4189) u kwota tariffarja għall-importazzjoni ta' 10 000 tunnellata ross, espressa fl-ekwivalenti ta' ross imqaxxar, li joriġina mill-Pajjiżi u t-Territorji extra-Ewropej (OCT) l-anqas żviluppati (numru tas-serje 09.4190).

    (2)

    Is-subperjodu tax-xahar ta’ Mejju huwa t-tieni subperjodu għal dawn il-kwoti, imsemmija fl-Artikolu 1(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007.

    (3)

    Mill-komunikazzjoni li saret skont l-Artikolu 6(a) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007, jirriżulta li għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220, 09.4189 u 09.4190, l-applikazzjonijiet imressqa matul l-ewwel sebat ijiem tax-xogħol tax-xahar ta' Mejju 2009, skont l-Artikolu 2(1) tal-istess Regolament, jirrappreżentaw kwantità ekwivalenti ta' ross imqaxxar iżgħar minn [jew daqs] dik disponibbli.

    (4)

    Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu ffissati, għall-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220, 09.4189 u 09.4190, il-kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu tal-kwoti li jmiss, skont l-Artikolu 4(1) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-kwantitajiet totali disponibbli fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4220, 09.4189 u 09.4190, imsemmija fir-Regolament (KE) Nru 1529/2007 għas-subperjodu ta' wara, huma stabbiliti fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 20 ta’ Mejju 2009.

    Għall-Kummissjoni

    Jean-Luc DEMARTY

    Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1.

    (2)  ĠU L 348, 31.12.2007, p. 155.


    ANNESS

    Kwantitajiet li għandhom jiġu allokati għas-subperjodu tax-xahar ta' Mejju 2009 u l-kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu ta' wara, b'applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007

    Oriġini/Prodott

    Nru tas-serje

    Koeffiċjent ta' allokazzjoni għas-subperjodu għax-xahar ta' Mejju 2009

    Kwantitajiet totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Settembru 2009 (kg)

    Pajjiżi li jagħmlu parti mir-reġjun CARIFORUM (l-Artikolu 1(1)(b), tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

    il-kodiċijiet tan-NM 1006 , għajr il-kodiċi tan-NM 1006 10 10

    09.4220

     (2)

    130 197 633

    OCT (l-Artikolu 1(2)(a) u (b) tar-Regolament (KE) Nru 1529/2007)

    il-kodiċi tan-NM 1006

     

     

     

    a)

    L-Antilli Olandiżi u Aruba:

    09.4189

     (2)

    21 500 000

    b)

    l-OCT l-anqas żviluppati:

    09.4190

     (1)

    10 000 000


    (1)  l-applikazzjonijiet ikopru kwantitajiet anqas minn dawk disponibbli jew daqshom: għaldaqstant, l-applikazzjonijiet kollha huma aċċettabbli.

    (2)  l-ebda applikazzjoni ta' koeffiċjent tal-allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.


    Top