Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0804

    2008/804/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas- 17 ta' Ottubru 2008 li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil, il-Montenegro u s-Serbja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6024) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU L 277, 18.10.2008, p. 36–37 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (HR)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 30/09/2018; Impliċitament imħassar minn 32018R0659

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/804/oj

    18.10.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 277/36


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tas-17 ta' Ottubru 2008

    li temenda d-Deċiżjoni 2004/211/KE fir-rigward tad-dħul tal-Brażil, il-Montenegro u s-Serbja fil-lista ta' pajjiżi terzi u partijiet tagħhom li minnhom huma awtorizzati l-importazzjonijiet ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 6024)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/804/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 90/426/KEE tas-26 ta' Ġunju 1990 dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-moviment u l-importazzjoni ta' equidae (1) minn pajjiżi terzi, u b'mod partikolari l-Artikoli 12(1) u 4, u l-fażi introduttorja tal-Artikolu 19 u l-punti (i) u (ii) tal-Artikolu 19 tagħha,

    Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta' Lulju 1992, li tistabbilixxi l-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta' annimali, semen, ova u embrijoni li mhumiex suġġetti għall-ħtiġijiet tas-saħħa tal-annimali kif stabbiliti fir-regoli speċifiċi tal-Komunità msemmija fl-Anness A(I) tad-Direttiva 90/425/KEE (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 17(3)(a) tagħha,

    Billi:

    (1)

    Id-Direttiva 90/426/KEE tistipula kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali għall-importazzjoni fil-Komunità tal-equidae ħajjin. Hija tipprevedi li importazzjonijiet ta' equidae fil-Komunità huma awtorizzati biss minn pajjiżi terzi jew partijiet tat-territorji tagħhom, li ilhom ħielsa mill-glanders għal perjodu ta' mill-inqas sitt xhur.

    (2)

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/211/KE tas-6 ta' Jannar 2004 li tistabbilixxi l-lista ta' pajjiżi terzi u ta' partijiet mit-territorju tagħhom li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tal-ispeċi ekwina (3) tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi, jew partijiet minnhom fejn tapplika r-reġjonalizzazzjoni, li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' equidae ħajjin u ta' semen, ova u embrijoni tagħhom, u tindika l-kondizzjonijiet l-oħra applikabbli għal importazzjonijiet bħal dawn. Il-lista hija stipulata fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

    (3)

    L-enċefalomjelite ekwina tal-Veneżwela u l-glanders iseħħu f'partijiet tat-territorju tal-Brażil u għalhekk importazzjonijiet ta' equidae, u bħala konsegwenza s-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom, huma permessi biss għall-partijiet tat-territorju ħielsa mill-mard ta' dak il-pajjiż deskritti bħala “BR-1” fil-kolonna 4 tal-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE. L-Istat ta' São Paulo huwa inkluż ukoll f'dik il-lista.

    (4)

    F'Settembru 2008, il-Brażil innotifika lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) bil-konferma ta' każ ta' glanders f'żiemel fis-subborgi tal-Istat ta' São Paulo. Minħabba li dak l-Istat ma għadux ħieles mill-glanders, għandu jitħassar mil-lista stipulata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE.

    (5)

    Minkejja dan, fid-dawl tal-informazzjoni u l-garanziji mogħtija mill-Brażil, huwa possibbli li għal perjodu ta' żmien jiġi permess minn parti tat-territorju tal-Istat ta' São Paulo d-dħul mill-ġdid ta' żwiemel irreġistrati wara esportazzjoni temporanja skont ir-rekwiżiti tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/195/KEE tat-2 ta' Frar 1993 dwar is-saħħa tal-annimali u l-kondizzjonijiet tagħhom u ċ-ċertifikazzjoni veterinarja tagħhom għad-dħul mill-ġdid ta’ żwiemel irreġistrati għat-tiġrija, il-kompetizzjoni u l-okkażjonijiet kulturali wara esportazzjoni temporanja (4).

    (6)

    Barra dan, il-lista stipulata fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tieħu inkunsiderazzjoni s-separazzjoni tat-territorji doganali tal-Montenegro u s-Serbja u dawk iż-żewġ pajjiżi terzi għandhom jiġu elenkati separatament, biex b'hekk jippermettu l-importazzjoni tal-equidae ħajjin, is-semen, l-ova u l-embrijuni tagħhom kemm mill-Montenegro kif ukoll mis-Serbja taħt l-istess kondizzjonijiet addizzjonali kif speċifikat bħalissa għas-“Serbja u l-Montenegro” f'dak l-Anness.

    (7)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni 2004/211/KE għandha tiġi emendata skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti tal-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2004/211/KE jiġi emendat kif ġej:

    (1)

    l-entrata għall-Brażil tinbidel b'dan li ġej:

    “BR

    Il-Brażil

    BR-0

    Il-pajjiż kollu

     

    BR-1

    L-Istati ta':

    Rio Grande do Sul, Santa Catarina, Paraná, Mato Grosso do Sul, Goiás, Minas Gerais, Rio de Janeiro, Espíritu Santo, Rodónia, Mato Grosso

    D

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

     

    BR-2

    Sociedade Hipica Paulista, l-ajruport Viracopos u l-awtorotta bejn iż-żewġ postijiet fl-Istat ta' São Paulo

    D

    X

    Valida sal-15.11.2008”

    (2)

    l-entrata li ġejja għall-Montenegro tiddaħħal bejn l-entrata għall-Marokk u l-entrata għall-ex Repubblika Jugożlava tal-Maċedonja:

    “ME

    Il-Montenegro

    ME-0

    Il-pajjiż kollu

    B

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X”

     

    (3)

    l-entrata li ġejja għas-Serbja tiddaħħal bejn l-entrata għall-Qatar u l-entrata għar-Russja:

    “RS

    Is-Serbja

    RS-0

    Il-pajjiż kollu

    B

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X

    X”

     

    (4)

    l-entrata għas-Serbja u l-Montenegro titħassar.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 17 ta’ Ottubru 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 224, 18.8.1990, p. 42.

    (2)  ĠU L 268, 14.9.1992, p. 54.

    (3)  ĠU L 73, 11.3.2004, p. 1.

    (4)  ĠU L 86, 6.4.1993, p. 1.


    Top