Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0750

    Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 750/2008 tat- 30 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 414/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħażniet privati ta’ xi ġobnijiet fiż-żmien tal-ħażniet 2008/2009

    ĠU L 202, 31.7.2008, p. 44–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 27/08/2008; Impliċitament imħassar minn 32008R0826

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/750/oj

    31.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 202/44


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 750/2008

    tat-30 ta' Lulju 2008

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 414/2008 li jistabbilixxi regoli dettaljati għat-tħaddim tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja għall-ħażniet privati ta’ xi ġobnijiet fiż-żmien tal-ħażniet 2008/2009

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunitajiet Ewropej,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 43 tiegħu, flimkien ma’ l-Artikolu 4,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 414/2008 (2), fl-Anness tiegħu, jistipula l-lista tal-ġobnijiet eliġibbli għall-għajnuna finanzjarja għall-ħżin privat fil-perjodu ta’ ħżin 2008/2009.

    (2)

    L-awtoritajiet tar-Rumanija talbu li jipparteċipaw fl-iskema ta’ ħżin privat għal ċerti ġobnijiet fil-perjodu ta’ ħżin 2008/2009.

    (3)

    Abbażi tat-talba tar-Rumanija u tal-qagħda attwali tas-suq tal-ġobnijiet li jinħażnu fit-tul, l-Anness tar-Regolament (KE) Nru 414/2008 għandu jinkludi xi ġobnijiet Rumeni li jinħażnu fit-tul li l-qagħda tagħhom fis-suq tista’ tibbenifika mill-ħżin privat, għal kwantità li tista’ tistabbilizza s-suq tal-ġobon.

    (4)

    Ir-Regolament (KE) Nru 414/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (5)

    Il-miżuri pprovduti f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’ Ġestjoni għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness għar-Regolament (KE) Nru 414/2008 għandu jiġi mibdul bit-test imniżżel fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 30 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Mariann FISCHER BOEL

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 510/2008 (ĠU L 149, 7.6.2008, p. 61).

    (2)  ĠU L 125, 9.5.2008, p. 17.


    ANNESS

    “ANNESS

    Kategoriji ta’ ġobnijiet

    Kwantitajiet eliġibbli għall-għajnuna

    Staġjonatura minima għall-ġobnijiet

    Data tad-dħul fil-ħażna

    Data tat-tneħħija mill-ħażna

    Ġobnijiet Franċiżi li jinħażnu fit-tul:

    ġobnijiet Beaufort u Comté b’denominazzjoni ta’ l-oriġini protetta

    Emmental grand cru tal-“Label Rouge”

    Ġobnijiet Emmental u Gruyère ta’ klassi A jew B

    16 000 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Ġermaniżi li jinħażnu fit-tul:

    Emmentaler/Bergkäse, “Markenkäse” jew “Klasse fein”

    1 000 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Irlandiżi li jinħażnu fit-tul:

     

    Ġobon Irlandiż li jinħażen fit-tul

     

    Emmental, grad speċjali

    900 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Awstrijaċi li jinħażnu fit-tul:

    1. Güteklasse, Emmentaler/Bergkäse/Alpkäse

    1 700 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Finlandiżi li jinħażnu fit-tul:

    ‘I luokka’

    1 700 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Żvediżi li jinħażnu fit-tul:

    ‘Västerbotten/Prästost/Svecia/Grevé’

    1 700 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Pollakki li jinħażnu fit-tul:

    ‘Podlaski/Piwny/Ementalski/Ser Corregio/Bursztyn/Wielkopolski’

    3 000 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Sloveni li jinħażnu fit-tul:

    ‘Ementalec/Zbrinc’

    200 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Litwani li jinħażnu fit-tul:

    ‘Goja/Džiugas’

    700 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Latvjani li jinħażnu fit-tul:

    ‘Rigamond, Ementāles tipa un Ekstra klases siers’

    500 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Ungeriżi li jinħażnu fit-tul:

    ‘Hajdú’

    300 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009

    Pecorino Romano

    19 000 t

    90 ġurnata, u prodotti wara l-1 ta’ Ottubru 2007

    Mill-1 ta’ Ġunju sal-31 ta’ Diċembru 2008

    Qabel il-31 ta’ Marzu 2009

    Kefalotyri u Kasseri magħmula minn ħalib tan-nagħaġ jew tal-mogħoż jew minn taħlita tat-tnejn

    2 500 t

    90 ġurnata, u prodotti wara t-30 ta’ Novembru 2007

    Mill-1 ta’ Ġunju sat-30 ta’ Novembru 2008

    Qabel il-31 ta’ Marzu 2009

    Ġobnijiet Rumeni li jinħażnu fit-tul:

    Cașcaval Dobrogea, Cașcaval Rucăr, Cașcaval Dalia, Brânza Trapist, Brânza Cedar and Emmental

    500 t

    10 ijiem

    Mill-1 ta’ Awwissu sat-30 ta’ Settembru 2008

    Mill-1 ta’ Ottubru 2008 sal-31 ta’ Marzu 2009”


    Top