Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008R0718

    Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 718/2008 ta' l- 24 ta' Lulju 2008 li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 40/2008 fir-rigward ta' l-opportunitajiet u l-kondizzjonijiet assoċjati applikabbli għal ċerti stokkijiet ta' ħut

    ĠU L 198, 26.7.2008, p. 8–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2008/718/oj

    26.7.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 198/8


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 718/2008

    ta' l-24 ta' Lulju 2008

    li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 40/2008 fir-rigward ta' l-opportunitajiet u l-kondizzjonijiet assoċjati applikabbli għal ċerti stokkijiet ta' ħut

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta’ l-20 ta’ Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni dwar is-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1559/2007 tas-17 ta’ Diċembru 2007 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-irkupru tat-Tonn fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 7 tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2015/2006 (3) jistabbilixxi, għall-2007 u l-2008, il-possibbiltajiet tas-sajd miftuħa għall-bastimenti tal-Komunità rigward ċerti stokkijiet ta' ħut li jgħixu fil-baħar fond.

    (2)

    Id-deskrizzjonijiet ta' ċerti żoni tas-sajd f'dak ir-Regolament għandhom ikunu ċċarati sabiex ikun żgurat li ssir l-identifikazzjoni korretta taż-żona li fiha jista' jsir is-sajd għal kwota.

    (3)

    Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni sħiħa tal-pjan pluriennali għall-irkupru ta' l-istokkijiet tat-tonn aħmar fl-Atlantiku tal-Lvant u fil-Mediterran, kif stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1559/2007, għandhom jiġu adottati ċerti miżuri f'dan ir-Regolament, u, partikolarment, li jiġi stabbilit u mqassam bejn l-Istati Membri kkonċernati n-numru ta' bastimenti awtorizzati li jistadu għat-tonn inqas mid-daqs minimu fl-Atlantiku, kif ukoll il-qabda totali permessa tiegħu.

    (4)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 40/2008 (4) jistabbilixxi, għall-2008, l-opportunitajiet ta' sajd u l-kondizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċerti stokkijiet ta' ħut u gruppi ta' stokkijiet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għal bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn huma meħtieġa limiti ta' qbid. Il-koordinati għal ċerti żoni ristretti għas-sajd kienu indikati b'mod impreċiż għal żewġ żoni tas-sajd u għandhom jiġu kkoreġuti.

    (5)

    Il-limiti ta' qbid għall-merluzz fiż-żoni ICES VIIb-k, VIII, IX u X u fl-ilmijiet Komunitarji taż-żona COPACE 34.1.1 huma proviżorjament stabbiliti fl-Anness IA għar-Regolament (KE) Nru 40/2008. B'segwitu għal valutazzjoni xjentifika ġdida ta' l-istat ta' dan l-istokk mill-Kunsill Internazzjonali għall-Esplorazzjoni tal-Baħar (ICES), għandu jiġi stabbilit l-ammont totali ta' qbid definittiv ammissibbli għal dan l-istokk.

    (6)

    F'dak ir-Regolament ċerti kwoti u noti tal-qiegħ kienu indikati b'mod impreċiż għal ċerti speċijiet u għandhom jiġu kkoreġuti.

    (7)

    Wara l-konsultazzjonijiet bejn il-Komunità u l-Islanda fl-10 ta' April 2008, intlaħaq ftehim dwar il-kwoti tal-capelin għall-bastimenti Islandiżi li jistgħu jinqabdu qabel it-30 ta' April 2008 mill-kwota Komunitarja li ġiet allokata skond il-Ftehim tagħha mal-Gvern tad-Danimarka u l-Gvern Lokali tal-Groenlandja u l-kwoti tar-redfish għall-bastimenti Komunitarji li jistgħu jistadu fiż-Żona Ekonomika Esklussiva ta' l-Islanda bejn Lulju u Diċembru. Dan l-arranġament għandu jiġi implimentat fil-liġi Komunitarja.

    (8)

    Il-Ftehim stabbilit bejn il-Komunità Ewropea, il-Gżejjer Faroe, il-Groenlandja, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Federazzjoni Russa f’Copenhagen fit-13 u l-14 ta’ Frar 2008 rigward il-ġestjoni tar-redfish fil-Baħar Irminger u l-ilmijiet kontigwi fiż-Żona tal-Konvenzjoni tan-NEAFC għandu jiġi implimentat fil-liġi Komunitarja. Peress li l-Ftehim huwa applikabbli għall-2008 kollha, il-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tiegħu għandhom japplikaw retroattivament mill-1 ta' Jannar 2008.

    (9)

    Il-konklużjonijiet tal-Kumitat Konġunt UE/Groelandja li ltaqa’ fis-27 ta’ Novembru 2007 f’Nuuk, u l-laqgħa teknika tat-12 ta’ Frar 2008 f'Copenhagen rigward is-sehem ta’ redfish tal-KE fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni ICES V u XIV, għandhom jiġu implimentati fil-liġi Komunitarja. Peress li l-ftehim konkluż mal-Groenlandja huwa marbut mal-Ftehim tan-NEAFC dwar il-ġestjoni tar-redfish fil-Baħar ta' Irminger, il-miżuri adottati għall-implimentazzjoni tal-konklużjonijiet tal-laqgħa tal-Kumitat Konġunt UE/Groenlandja għandhom ukoll japplikaw retroattivament mill-1 ta’ Jannar 2008.

    (10)

    Skond ir-Rekord Maqbul tal-konklużjonijiet tal-konsultazzjonijiet dwar is-sajd bejn il-Komunità Ewropea u n-Norveġja tas-26 ta’ Novembru 2007, il-Komunità għandha twettaq provi dwar miżuri tekniċi matul l-2008, għall-irkaptu rmunkat sabiex jitnaqqas il-proporzjon, fl-għadd tal-qabda ta’ merluzz li jintremew għal massimu ta' 10 %. Dan l-arranġament għandu jiġi implimentat fil-liġi Komunitarja.

    (11)

    Sabiex tiġi żgurata ċertezza lis-sajjieda kkonċernati u sabiex ikunu jistgħu jippjanaw l-attivitajiet tagħhom għal dan l-istaġun tas-sajd malajr kemm jista' jkun, huwa imperattiv li tingħata deroga għall-perijodu ta' sitt ġimgħat imsemmi fil-paragrafu 1(3) tal-Protokoll dwar ir-Rwol tal-Parlamenti Nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

    (12)

    Ir-Regolamenti (KE) Nru 2015/2006 u (KE) Nru 40/2008 għandhom għalhekk jiġu emendati kif jixraq,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006

    Il-parti 2 ta' l-Anness mar-Regolament (KE) Nru 2015/2006 hija emendata skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Emendi għar-Regolament (KE) Nru 40/2008

    Ir-Regolament (KE) Nru 40/2008 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    Fl-Artikolu 30(1), il-punt (a) jinbidel b'dan li ġej:

    “(a)

    Iż-żona ta' restrizzjoni għas-sajd fil-baħar fond imsejħa ‘Lophelia reef 'il barra minn Capo Santa Maria di Leuca’

    39° 27,72′ N, 18° 10,74′ E

    39° 27,80′ N, 18° 26,68′ E

    39° 11,16′ N, 18° 32,58′ E

    39° 11,16′ N, 18° 04,28′ E”

    (2)

    L-Artikoli li ġejjin għandhom jiżdiedu wara l-Artikolu 82:

    “Artikolu 82a

    Għadd massimu ta' bastimenti li jistadu għat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant

    1.   L-għadd massimu ta' bastimenti Komunitarji għat-tonn bil-konz u l-qasba awtorizzati biex jistadu għat-tonn ta' daqs minimu ta' 8 kg jew ta' 75 cm fl-Atlantiku tal-Lvant, u t-tqassim bejn l-Istati Membri ta' dan l-għadd massimu għandhom ikunu ffissati kif ġej:

    Spanja

    63

    Franza

    44

    KE

    107

    2.   L-għadd massimu ta' bastimenti Komunitarji bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku awtorizzati biex jistadu, bħala sajd inċidentali, it-tonn ta' daqs minimu ta' 8 kg jew ta' 75 cm fl-Atlantiku tal-Lvant u t-tqassim bejn l-Istati Membri ta' dan l-għadd massimu għandhom ikunu ffissati kif ġej:

    Franza

    107

    KE

    107

    Artikolu 82b

    Limiti ta' qbid tat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant

    1.   Fil-limiti ta' qbid previsti fl-Anness ID, il-limitu ta' qbid tat-tonn ta' bejn 8 kg jew 75 cm u 30 kg jew 115 cm għall-bastimenti Komunitarji awtorizzati msemmija fl-Artikolu 82a u t-tqassim ta' dan il-limitu ta' qbid bejn l-Istati Membri għandhom ikunu ffissati kif ġej (f'tunnellati):

    Spanja

    1 117,07  (*)

    Franza

    504

    KE

    1 621,07

    2.   Fil-limiti ta' qbid previsti fil-paragrafu 1, il-limitu ta' qbid tat-tonn li jiżen mill-inqas 6,4 kg jew li hu twil mill-inqas 70 cm għall-bastimenti għat-tonn bil-konz ta' tul ta' mhux aktar minn 17-il metru fost il-bastimenti Komunitarji msemmija fl-Artikolu 82a u t-tqassim ta' dan il-limitu ta' qbid bejn l-Istati Membri għandhom ikunu ffissati kif ġej (f'tunnellati):

    Franza

    45  (**)

    KE

    45  (**)

    Artikolu 82c

    Limiti ta' qbid tat-tonn fl-Atlantiku tal-Lvant applikabbli għas-sajd kostali fuq skala żgħira

    Fil-limiti ta' qbid previsti fl-Anness ID, il-limitu ta' qbid tat-tonn ta' bejn 8 kg u 30 kg allokati lis-sajd kostali fuq skala żgħira ta' ħut frisk fl-Atlantiku tal-Lvant, u t-tqassim ta' dan il-limitu ta' qbid bejn l-Istati Membri għandhom ikunu ffissati kif ġej (f'tunnellati):

    Spanja

    263,21

    Franza

    61,01

    KE

    324,22 ”

    (3)

    L-Annessi IA, IB, III u XIV tar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huma emendati skond l-l-Anness II ta' dan ir-Regolament.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Madankollu, l-Artikolu 2, rigward l-emendi stipulati fl-Anness II, il-punti 2(b) u 2(c) ta’ dan ir-Regolament għandom japplikau mill-1 ta’ Jannar 2008.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, 24 ta’ Lulju 2008.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. HORTEFEUX


    (1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 865/2007 (ĠU L 192, 24.7.2007, p. 1).

    (2)  ĠU L 340, 22.12.2007, p. 8.

    (3)  ĠU L 384, 29.12.2006, p. 28. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1541/2008 (ĠU L 157, 17.6.2008, p. 23).

    (4)  ĠU L 19, 23.1.2008, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni Nru 641/2008 (ĠU L 178, 5.7.2008, p. 17).

    (*)  Inkluż massimu ta' 80 tunnellata ta' qabdiet inċidentali għall-bastimenti bil-qasba.

    (**)  Din il-kwantità tista' tiġi modifikata mill-Kummissjoni sa massimu ta' 200 tunnellata.


    ANNESS I

    Il-Parti 2 ta' l-Anness għar-Regolament (KE) Nru 2015/2006 hija emendata kif ġej:

    L-annotazzjoni dwar l-ispeċi ta' Orange roughy fl-ilmijiet Komunitarji u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' żoni ta' ICES I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XI, XII u XIV għandha tinbidel b'dan li ġej:

    “Speċi

    :

    Orange roughy

    Hoplostethus atlanticus

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-KE u ilmijiet li ma jaqgħux taħt is-sovranità jew il-ġurisdizzjoni ta' pajjiżi terzi ta' żoni ICES I, II, III, IV, V, VIII, IX, X, XII u XIV

    Sena

    2007

    2008

     

    Spanja

    4

    3

     

    Franza

    23

    15

     

    L-Irlanda

    6

    4

     

    Il-Portugall

    7

    5

     

    Ir-Renju Unit

    4

    3

     

    Il-KE

    44

    30 ”

     


    ANNESS II

    L-Annessi għar-Regolament (KE) Nru 40/2008 huma emendati kif ġej:

    1)

    Fl-Anness I A

    a)

    L-entrata dwar l-ispeċi merluzz fiż-żoni VIIb-k, VIII, IX u X fl-ilmijiet tal-KE taż-żona COPACE 34.1.1 għandha tinbidel b'dan li ġej:

    “Speċi

    :

    Merluzz

    Gadus morhua

    Żona

    :

    VIIb-k, VIII, IX u X; ilmijiet tal-KE taż-żona COPACE 34.1.1

    COD/7X7A34

    Belġju

    217

    TAC Analitiku

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika.

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 għandu japplika.”

    Franza

    3 725

    Irlanda

    797

    Olanda

    31

    Renju Unit

    404

    KE

    5 174

    TAC

    5 174

    b)

    L-entrata li tikkonċerna l-ispeċi Stokkafixx fl-ilmijiet tal-KE ta' II, IVa, V, VIa fit-Tramuntana ta' 56°30′N, Vib u VII fil-Punent ta' 12°W tinbidel b’dan li ġej:

    ‘Speċi

    :

    Stokkafixx

    Micromesistius poutassou

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-KE ta' II, IVa, V, VIa fit-Tramuntana ta' 56°30′ N, Vib u VII fil-Punent ta' 12° W

    WHB/24A567

    Norveġja

    196 269  (1)  (2)

    TAC Analitiku

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

    Gżejjer Faroe

    31 000  (3)  (4)

    TAC

    1 266 282

    2)

    Fl-Anness IB:

    a)

    L-entrata dwar l-ispeċi Capelin fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

    ‘Speċi

    :

    Capelin

    Mallotus villosus

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-Groenlandja ta' V u XIV

    CAP/514GRN

    L-Istati Membri kollha

    0

     

    KE

    23 716  (5)  (6)

     

    TAC

    Mhux rilevanti

     

    b)

    L-entrata dwar l-ispeċi Redfish fl-ilmijiet tal-KE u dawk internazzjonali taż-żoni ICES V u l-ilmijiet internazzjonali taż-żoni ICES XII u XIV għandha tinbidel b'dan li ġej:

    ‘Speċi

    :

    Redfish

    Sebastes spp.

    Żona

    :

    Ilmijiet tal-KE u ilmijiet internazzjonali taż-żona V; l-ilmijiet internazzjonali ta' XII u XIV

    RED/51214.

    Estonja

    210  (7)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

    Ġermanja

    4 266  (7)

    Spanja

    749  (7)

    Franza

    398  (7)

    Irlanda

    1  (7)

    Latvja

    76  (7)

    Olanda

    2  (7)

    Polonja

    384  (7)

    Portugall

    896  (7)

    Renju Unit

    10  (7)

    KE

    6 992  (7)

    TAC

    46 000

    c)

    L-entrata dwar l-ispeċi Redfish fl-ilmijiet tal-Groenlandja taż-żoni V u XIV ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

    ‘Speċi

    :

    Redfish

    Sebastes spp.

    Żona

    :

    L-ilmijiet tal-Groenlandja ta' V u XIV

    RED/514GRN

    Ġermanja

    4 248

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

    Franza

    22

    Renju Unit

    30

    KE

    8 000  (8)  (9)

    TAC

    Mhux rilevanti

    d)

    L-annotazzjoni dwar l-ispeċi Redfish fl-ilmijiet ta' l-Iżlanda fiż-żona Va ta' l-ICES għandha tinbidel b'dan li ġej:

    ‘Speċi

    :

    Redfish

    Sebastes spp.

    Żona

    :

    L-ilmijiet ta' l-Iżlanda ta' Va

    RED/05A-IS

    Belġju

    100  (10)  (11)

    L-Artikolu 3 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96 ma japplikax.

    L-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 847/96 japplika.

    Ġermanja

    1 690  (10)  (11)

    Franza

    50  (10)  (11)

    Renju Unit

    1 160  (10)  (11)

    KE

    3 000  (10)  (11)

    TAC

    Mhux rilevanti

    3)

    Fl-Anness III:

    a)

    Punt ġdid għandu jiddaħħal wara l-punt 9:

    “9a.   Tnaqqis tar-rimi tal-merluzz fil-baħar tat-Tramuntana

    1.

    L-Istati Membri li għandhom kwota tal-merluzz għandhom iwettqu provi matul l-2008, għall-irkaptu rmunkat sabiex jitnaqqas il-proporzjon, fl-għadd tal-qabda ta’ merluzz li jintremew għal 10 % jew inqas.

    2.

    L-Istati Membri għandhom jagħmlu r-riżultati tal-provi previsti fil-punt 9a.1 disponibbli lill-Kummissjoni qabel il-31 ta’ Diċembru 2008.”

    b)

    Fil-punt 13.1 il-koordinati ta’ “Hatton Bank” għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

     

    “Hatton Bank:

    59° 26′ N, 14° 30′ W

    59° 12′ N, 15° 08′ W

    59° 01′ N, 17° 00′ W

    58° 50′ N, 17° 38′ W

    58° 30′ N, 17° 52′ W

    58° 30′ N, 18° 22′ W

    58° 03′ N, 18° 22′ W

    58° 03′ N, 17° 30′ W

    57° 55′ N, 17° 30′ W

    57° 45′ N, 19° 15′ W

    58° 30′ N, 18° 45′ W

    58° 47′ N, 18° 37′ W

    59° 05′ N, 17° 32′ W

    59° 16′ N, 17° 20′ W

    59° 22′ N, 16° 50′ W

    59° 21′ N, 15° 40′ W”

    4)

    Fl-Anness XIV:

    Fit-test li jirriproduċi l-appendiċi 3 tar-Riżoluzzjoni GFMC/31/2007/2, il-koordinati ġeografiċi għas-Sub-Żona Ġeografika GFCM (GSA) numru 2 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:

    “36° 05′ N 3° 20′ W

    36° 05′ N 2° 40′ W

    35° 45′ N 2° 40′ W

    35° 45′ N 3° 20′ W”


    (1)  Għandhom jinqatgħu mil-limiti tal-qbid tan-Norveġja stabbiliti skond l-arranġament ta' l-Istati Kostali.

    (2)  Il-qabda fiż-żona IV m'għandhiex taqbeż id-49 067 tunnellata.

    (3)  Għandhom jinqatgħu mil-limiti tal-qbid tal-Gżejjer Faroe stabbiliti skond l-arranġament ta' l-Istati Kostali.

    (4)  Jista' jiġi mistad ukoll fiż-żona VI b. Il-qabda fiż-żona IV m'għandhiex taqbeż is-7 750 tunnellata.’

    (5)  Li minnhom 23 716 tunnellata huma allokati lill-Iżlanda.

    (6)  Għandhom jiġu mistada qabel it-30 ta’ April 2008.’

    (7)  Mhux aktar minn 65 % tal-kwota tista' tittieħed fit-Tramuntana ta’ 59o N u fil-Lvant ta’ 36o W matul il-perijodu mill-1 ta’ April sal-15 ta’ Lulju 2008. Mhux aktar minn 30 % tal-limiti tal-qbid jistgħu jittieħdu fit-Tramuntana ta’ 59o N u fil-Lvant ta’ 36o W matul il-perijodu mill-1 ta’ April sa l-10 ta’ Mejju 2008.’

    (8)  Jista' jinqabad biss bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku. Is-sajd jista' jsir mil-Lvant jew mill-Punent. Il-kwota tista' tiġi wżata fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC bil-kondizzjoni li l-kondizzjonijiet ta' rappurtar tal-Groenlandja jiġu sodisfatti.

    (9)  3 500 tunnellata li jinqabdu bix-xbieki tat-tkarkir pelaġiku huma allokati lin-Norveġja u 200 tunnellata huma allokati lill-Gżejjer Faroe. ’

    (10)  Inklużi l-qabdiet inċidentali inevitabbli (qabdiet inċidentali ta’ merluzz mhumiex permessi).

    (11)  Li għandhom jiġu mistada bejn Lulju u Diċembru.’


    Top