This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0361
Council Regulation (EC) No 361/2008 of 14 April 2008 amending Regulation (EC) No 1234/2007 establishing a common organisation of agricultural markets and on specific provisions for certain agricultural products (Single CMO Regulation)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008 ta' l- 14 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ( Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS )
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 361/2008 ta' l- 14 ta' April 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli ( Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS )
ĠU L 121, 7.5.2008, p. 1–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(HR)
In force: This act has been changed. Current consolidated version: 14/05/2008
7.5.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 121/1 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 361/2008
ta' l-14 ta' April 2008
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1234/2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta' swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (“Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 36 u 37 tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,
Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew,
Billi:
(1) |
Għall-finijiet tas-simplifikazzjoni ta’ l-ambjent regolatorju tal-politika agrikola komuni (PAK), ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (“ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS”) (1) imħassar u sostitwit minn att legali waħdieni, ir-regolamenti kollha li kien adotta l-Kunsill sa mill-introduzzjoni tal-PAK fil-qafas ta’ l-istabbiliment ta’ organizzazzjonijiet komuni tas-swieq għall-prodotti agrikoli u għal gruppi ta’ prodotti. |
(2) |
Kif ġie spjegat fil-premessa 7 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, dak l-att ta’ simplifikazzjoni ma kellux iwassal biex jinxteħtu dubji dwar deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu maż-żmien fil-PAK u li, għalhekk, ma kienx qed jipprevedi li jipprovdi għall-ebda strument ġdid jew miżura ġdida. Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, għalhekk jirrifletti d-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu sal-waqt meta l-Kummissjoni pproponiet it-test għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. |
(3) |
B’mod parallel man-negozjati li saru fi ħdan il-Kunsill dwar l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, il-Kunsill innegozja u adotta wkoll serje ta’ deċiżjonijiet dwar linji politiċi f’diversi setturi. Dan huwa l-każ fir-rigward tas-setturi taz-zokkor, taż-żrieragħ, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib. |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 318/2006 ta' l-20 ta' Frar 2006 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-swieq tas-settur taz-zokkor (2) kien emendat prinċipalment sabiex jinkiseb bilanċ strutturali tas-suq ikkonċernat. Dawk l-emendi ġew adottati u ppubblikati ftit biss qabel il-pubblikazzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. |
(5) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1947/2005 tat-23 ta' Novembru 2005 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq taż-żrieragħ (3) kien emendat fl-istess żmien meta kien adottat ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dik l-emenda temmet il-possibbiltà li l-Finlandja tagħti għajnuna nazzjonali għaż-żrieragħ u għaż-żrieragħ taċ-ċereali u, sabiex il-bdiewa fil-Finlandja jingħataw l-opportunità li jħejju għal stiwazzjoni mingħajr għajnuna nazzjonali, tipprevedi perijodu transitorju addizzjonali u finali li matulu l-Finlandja tista’ tagħti għajnuna nazzjonali għall-produzzjoni taż-żrieragħ u taż-żrieragħ taċ-ċereali, ħlief iż-żrieragħ tal-ħaxix ta’ l-għalf. |
(6) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1255/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib (4), kien emendat ftit qabel l-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS fejn introduċa diversi emendi għall-iskemi ta’ intervent pubbliku u ta’ ħażna privata rigward il-butir u t-trab tal-ħalib xkumat, irrevoka l-possibbiltà li l-forzi militari jixtru l-butir bi prezzijiet imnaqqsa u stabbilixxa għajnuna b’rata fissa għall-kategoriji kollha tal-ħalib ipprovdut lill-istudenti fi stabbilimenti edukattivi. Barra minn hekk, ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2597/97 tat-18 ta' Diċembru 1997 li jiddetta regoli addizzjonali dwar l-organizzazzjoni komuni fis-suq tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għall-ħalib tax-xorb (5) kien emendat ukoll fl-istess żmien tar-Regolament (KE) Nru 1255/1999 biex b’hekk ippermetta l-kummerċjalizzazzjoni, bħala ħalib tax-xorb, ta’ prodotti b’kontenut ta’ xaħam li mhux dawk li qabel kienu previsti f’dak ir-Regolament. |
(7) |
Dawk l-emendi jeħtieġ li jiġu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS sabiex ikun żgurat li dawk id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi qed jinżammu fis-setturi konċernati mill-applikazzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. |
(8) |
B’mod parallel man-negozjati u għall-adozzjoni tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, il-Kunsill innegozja u adotta wkoll riforma tal-poltika fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati. Għal dak il-għan, ġie adottat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1182/2007 tas-26 ta' Settembru 2007 li jistabbilixxi regoli speċifiċi rigward is-settur tal-frott u l-ħaxix (6). Kif ġie spjegat fil-premessa 8 tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS, dawk id-dispożizzjonijiet biss taż-żewġ setturi msemmija hawn fuq li ma kinux huma stess suġġetti għal xi riforma tal-politika, kienu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS mill-bidu u li d-dispożizzjonijiet sostantivi li kienu suġġetti għal emendi tal-linji politiċi għandhom jiġu inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS ladarba jidħol fis-seħħ. Peress li dak huwa l-każ, is-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati issa għandhom ikunu għalkollox inkorporati fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS bħala mod kif jiġu introdotti d-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu fir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 fir-rigward ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq għall-prodotti ta’ dawn iż-żewġ setturi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. |
(9) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 700/2007 tal-11 ta’ Ġunju 2007 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ l-annimali bovini ta’ età ta’ 12-il xahar jew anqas (7) introduċa regoli ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni għall-prodotti konċernati. L-għan tar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS kien li jamalgama r-regoli eżistenti kollha fil-kuntest ta’ l-organizzazzjoni komuni tas-swieq f’qafas legali waħdieni u li jissostitwixxi l-metodi settorjali b’metodu orizzontali. Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS jinkludi regoli ta’ kummerċjalizzazzjoni għad-diversi setturi u għalhekk huwa adattat biex jinkorpora r-regoli l-ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni intorodotti mir-Regolament (KE) Nru 700/2007 fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. |
(10) |
L-inkorporazzjoni ta' dawn id-dispożizzjonijiet fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha ssegwi l-istess approċċ bħal dak segwit għar-Regolament Waħdieni dwar l-OKS meta dan kien ġie adottat, jiġifieri billi ma jinxteħtux dubji fuq id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi li ttieħdu meta dawk id-dispożizzjonijiet kienu ġew adottati mill-Kunsill u fuq il-motivazzjoni għal dawk id-deċiżjonijiet dwar linji politiċi kif espressa fil-premessi rispettivi tar-Regolamenti rispettivi. |
(11) |
Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għalhekk għandu jiġi emendat kif meħtieġ. |
(12) |
L-emendi għandhom japplikaw mhux aktar tard mill-istess dati minn meta jibda japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għas-setturi konċernati skond l-Artikolu 204(2) tiegħu. Rigward is-setturi taż-żrieragħ, taċ-ċanga u tal-vitella, u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, l-Artikolu 204(2) jipprevedi l-1 ta’ Lulju 2008 bħad-data minn meta japplika r-Regolament Waħdieni dwar l-OKS. Dan ir-Regolament, għalhekk, għandu jipprevedi wkoll l-1 ta’ Lulju 2008 bħad-data ta’ applikazzjoni għal dawn is-setturi. |
(13) |
Rigward il-ftit dispożizzjonijiet fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS li diġà ġew previsti għas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, dawn kienu japplikaw, skond l-Artikolu 204(2) ta’ dak ir-Regolament mill-1 ta’ Jannar 2008. L-emendi rispettivi previsti f’dan ir-Regolament għalhekk jistgħu jibdew japplikaw mill-istess data bħal dawk għas-setturi taż-żrieragħ, taċ-ċanga u tal-vitella u tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2008. |
(14) |
L-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 1152/2007 tipprevedi li ċerti emendi introdotti minn dak ir-Regolament fis-settur tal-ħalib għandhom japplikaw biss mill-1 ta’ Settembru 2008. L-istess data ta’ applikazzjoni għandha tkun prevista għall-emendi konċernati fil-kuntest ta’ dan ir-Regolament. |
(15) |
Rigward is-settur taz-zokkor, ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS japplika mill-1 ta’ Ottobru 2008 skond il-punt (c) tat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 204(2) ta’ dak ir-Regolament. Id-dispożizzjonijiet previsti f’dan ir-Regolament għal dak is-settur, għalhekk, għandhom jibdew japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2008. |
(16) |
Ir-regolamenti li ġejjin fis-settur tal-frott u tal-ħaxix m'għadhomx japplikaw u għalhekk fl-interessi taċ-ċertezza legali dawn għandhom jitħassru: Ir-Regolament (KEE) Nru 449/69 tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 1969 dwar ir-rimbors ta' għajnuna mogħtija mill-Istati Membri lil organizzazzjonijiet tal-produtturi tal-frott u tal-ħaxix (8), ir-Regolament (KEE) Nru 1467/69 tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 1969 dwar l-importazzjonijiet ta' frott taċ-ċitru li joriġinaw mill-Marokk (9), ir-Regolament (KEE) Nru 2511/69 tal-Kunsill tad-9 ta' Diċembru 1969 li jistabbilixxi miżuri speċjali għat-titjib tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-frott taċ-ċitru tal-Komunità (10), ir-Regolament (KEE) Nru 2093/70 tal-Kunsill ta' l-20 ta' Ottubru 1970 li jistabbilixxi regoli ġenerali għall-applikazzjoni ta' l-Artikoli 6 u 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2517/69 li jistabbilixxi ċerti miżuri għar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott tal-Komunità (11), ir-Regolament (KEE) Nru 846/72 tal-Kunsill ta' l-24 ta' April 1972 li jipprevedi miżuri speċjali għall-aġġudikazzjoni ta' kuntratti għall-ipproċessar ta' tadam li kien suġġett ta' miżuri ta' intervent (12), ir-Regolament (KEE) Nru 1252/73 tal-Kunsill ta' l-14 ta' Mejju 1973 dwar l-importazzjonijiet tal-frott taċ-ċitru li joriġinaw minn Ċipru (13), ir-Regolament (KEE) Nru 155/74 tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 1973 dwar l-importazzjonijiet tal-frott taċ-ċitru li joriġinaw mil-Libanu (14), ir-Regolament (KEE) Nru 1627/75 tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 1975 dwar l-importazzjonijiet ta' lumi frisk li joriġinaw mill-Iżrael (15), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 794/76 tas-6 ta' April 1976 li jistabbilixxi miżuri ulterjuri għar-riorganizzazzjoni tal-produzzjoni tal-frott tal-Komunità (16), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1180/77 tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Turkija (17), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 10/81 ta' l-1 ta' Jannar 1981 li jiffissa, fir-rigward tal-frott u tal-ħaxix ir-regoli ġenerali għall-implimentazzjoni ta' l-Att ta' Adeżjoni 1979 (18), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 40/81 ta' l-1 ta' Jannar 1981 li jiffissa l-prezzijiet bażiċi u l-prezzijiet tax-xiri applikabbli fil-Greċja għall-pastard u t-tuffieħ (19), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3671/81 tal-15 ta' Diċembru 1981 dwar l-importazzjonijiet fil-Komunità ta' ċerti prodotti agrikoli li joriġinaw mit-Turkija (20), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1603/83 ta' l-14 ta' Ġunju 1983 li jistabbilixxi miżuri speċjali għar-rimi ta' għeneb u tin imnixxfin mill-ħsad ta' l-1981 li kienu qed jinżammu minn aġenziji tal-ħżin (21), Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 790/89 ta' l-20 ta' Marzu 1989 li jiffissa l-livell ta' l-għajnuna addizzjonali b'rata waħda għat-twaqqif ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-ammont massimu applikat sabiex jgħin it-titjib fil-kwalità u l-bejgħ fis-suq fis-settur tat-tkabbir tal-ġewż u l-locust-bean (22), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3650/90 tal-11 ta' Diċembru 1990 dwar miżuri għat-tisħiħ ta' l-applikazzjoni ta' l-istandards komuni tal-kwalità għall-frott u l-ħaxix fil-Portugal (23), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 525/92 tad-25 ta' Frar 1992 dwar kumpens temporanju minħabba l-konsegwenzi tas-sitwazzjoni fil-Jugoslavja rigward it-trasport ta' xi frott u ħaxix frisk mill-Greċja (24), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3438/92 tat-23 ta' Novembru 1992 li jistabbilixxi miżuri speċjali għat-trasport ta' ċertu frott u ħaxix frisk li joriġinaw mill-Greċja (25), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3816/92 tat-28 ta' Diċembru 1992 li jipprovdi, fis-settur tal-frott u ħaxix, għall-abolizzjoni tal-mekkaniżmu ta’ kumpens fil-kummerċ bejn Spanja u l-Istati Membri u miżuri alleati (26), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 742/93 tas-17 ta' Marzu 1993 li jipprovdi, fis-settur tal-frott u ħaxix, l-abolizzjoni tal-mekkaniżmu ta' kumpens fil-kummerċ bejn il-Portugall u l-Istati Membri l-oħrajn (27), ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 746/93 tas-17 ta' Marzu 1993 dwar l-għoti ta’ għajnuna biex tinkoraġġixxi l-formazzjoni u tiffaċilita l-operazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif previst fir-Regolamenti (KEE) Nru 1035/72 u (KEE) Nru 1360/78 fil-Portugall (28), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 399/94 tal-21 ta' Frar 1994 dwar miżuri speċifiċi għall-għeneb imnixxef (29), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2241/2001 tal-15 ta' Novembru 2001 li jemenda d-dazju komuni awtonomu tat-tariffa tad-dwana għat-tewm li huwa skond il-kodiċi tan-NM 0703 20 00 (30), ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 545/2002 tat-18 ta' Marzu 2002 li jestendi l-finanzjament tal-pjanijiet għat-titjib fil-kwalità u fid-dħul fis-suq ta’ promozzjoni ta’ ċertu lewż u żerriegħa tal-ħarrub approvat taħt it-Titolu IIa tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 u li jipprovdi għal għajnuna speċifika għall-ġellewż (31), |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 huwa b'dan emendat kif ġej:
1) |
l-Artikolu 1 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
2) |
fl-Artikolu 3, għandu jiżdied il-paragrafu li ġej: “Għall-prodotti tas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, jekk ikun meħtieġ, is-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni għandhom jiġu ffissati mill-Kummissjoni.”; |
3) |
għandu jitħassar il-punt (c) ta' l-Artikolu 6(2); |
4) |
L-Artikolu 8(1)(e)(ii) jinbidel b’dan li ġej:
|
5) |
l-Artikolu 10(1)(f) għandu jinbidel b’dan li ġej:
|
6) |
l-Artikolu 15 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 15 Butir 1. Għall-butir, l-intervent pubbliku għandu jkun miftuħ matul il-perijodu bejn l-1 ta’ Marzu u l-31 ta’ Awissu. 2. Fejn il-kwantitajiet offruti għall-intervent matul il-perijodu stabbilit fil-paragrafu 1 jaqbżu t-30 000 tunnellata, il-Kummissjoni tista’ tissospendi x-xiri b’intervent pubbliku. F’dak il-każ, ix-xiri jista’ jitwettaq abbażi ta’ proċedura ta’ tfigħ ta’ offerti skond speċifikazzjonijiet li jiġu ddeterminati mill-Kummissjoni.”; |
7) |
l-Artikolu 22 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 22 Butir Mingħajr preġudizzju għall-iffissar tal-prezz ta' intervent permezz ta' proċedura ta' offerti fil-każ imsemmi fl-Artikolu 15(2), il-prezz ta' intervent għall-butir għandu jkun 90 % tal-prezz ta' referenza.”; |
8) |
fl-Artikolu 23, għandu jitħassar it-tieni paragrafu. |
9) |
fl-Artikolu 26 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
10) |
l-Artikolu 28 (a) għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
11) |
l-Artikolu 29 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 29 Kondizzjonijiet u livell ta’ għajnuna għall-butir L-ammont ta’ għajnuna għall-butir għandu jiġi ffissat mill-Kummissjoni fid-dawl ta’ l-ispejjeż tal-ħażna u t-tendenzi probabbli fil-prezzijiet għal butir frisk u għal butir mill-ħażniet. Fejn, fiż-żmien tat-tneħħija mill-ħażna, tkun seħħet bidla negattiva fis-suq mhux mistennija fiż-żmien tat-tqegħid fil-ħażna, l-għajnuna tista' tiżdied.”; |
12) |
l-Artikolu 31 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
13) |
l-Artikolu 35 għandu jitħassar. |
14) |
fl-Artikolu 50, il-paragrafi 5 u 6 għandhom jiġu sostitwiti b'dan li ġej: “5. L-impriżi taz-zokkor li ma ffirmawx kuntratti ta’ konsenja ta’ qabel iż-żriegħ bil-prezz minimu għall-pitravi tal-kwota għal kwantità ta' pitravi ekwivalenti għaz-zokkor tal-kwota li għandhom, aġġustata, skond kif ikun il-każ, bil-koeffiċjent għall-irtirar preventiv iffissat skond l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 52(2), għandhom ikunu meħtieġa jħallsu ta' l-inqas il-prezz minimu għall-pitravi ta' kwota għall-pitravi kollha li huma jipproċessaw f'zokkor. 6. Ftehim fi ħdan il-kummerċ, suġġetti għall-approvazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat jistgħu jidderogaw mill-paragrafi 3, 4 u 5.”; |
15) |
l-Artikolu 52 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 52 Irtirar taz-zokkor 1. Sabiex ikun ippreservat il-bilanċ strutturali tas-suq f'livell ta' prezzijiet li huwa viċin il-prezz ta' referenza, jekk jitqiesu l-impenji tal-Komunità li jirriżultaw minn ftehim konkluż skond l-Artikolu 300 tat-Trattat, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tirtira mis-suq, għal sena ta’ kummerċjalizzazzjoni partikolari, dawk il-kwantijiet ta' zokkor jew ta’ isoglukożju prodotti skond kwoti li jaqbżu l-limitu kkalkulat skond il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. 2. Il-limitu ta' rtirar imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandu jkun ikkalkulat, għal kull impriża li jkollha kwota, billi l-kwota tagħha tiġi multiplikata b’koeffiċjent, li għandu jkun iffissat mill-Kummissjoni sas-16 ta’ Marzu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni preċedenti, abbażi tat-tendenzi mistennija tas-suq. Għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009, dak il-koeffiċjent għandu jkun applikat għall-kwota wara r-rinunzji skond ir-Regolament (KE) Nru 320/2006 mogħtija mhux aktar tard mill-15 ta’ Marzu 2008. Abbażi tat-tendenzi aġġornati tas-suq, sal-31 ta’ Ottubru tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kkonċernata, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi jew li tagħmel aġġustamenti, jew fil-każ fejn ma ttieħdet l-ebda deċiżjoni bħal din skond l-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, sabiex jiġi ffissat koeffiċjent. 3. Kull impriża pprovduta bi kwota għandha taħżen sal-bidu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, bi spejjeż għaliha, iz-zokkor prodott skond kwota lil hinn mil-limitu kkalkulat skond il-paragrafu 2. Il-kwantitajiet ta' zokkor jew isoglukożju rtirati matul sena ta' kummerċjalizzazzjoni għandhom ikunu ttrattati bħala l-ewwel kwantitajiet prodotti skond kwota għas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni li jkun imiss. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn jitqiesu t-tendenzi mistennija tas-suq taz-zokkor, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tqis, għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni attwali u/jew ta’ wara, iz-zokkor jew l-isoglukożju rtirat kollu jew parti minnu bħala:
4. Jekk il-provvista taz-zokkor fil-Komunità ma tkunx adegwata, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li ċerta kwantità ta’ zokkor irtirat tista' tinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel tmiem il-perijodu ta’ rtirar. 5. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jiġi ttrattat bħala l-ewwel produzzjoni taz-zokkor tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-koltivaturi tal-pitravi għandhom jiġu mħallsa l-prezz minimu ta’ dik is-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat isir zokkor industrijali jew jiġi esportat skond il-punti (a) u (b) tal-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu, ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 49 dwar il-prezz minimu m’għandhomx japplikaw. Fil-każ fejn iz-zokkor irtirat jinbiegħ fis-suq Komunitarju qabel tmiem il-perijodu ta’ ritrar skond il-paragrafu 4, il-koltivaturi tal-pitravi għandhom jiġu mħallsa l-prezz minimu tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni kurrenti.”; |
16) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 52a Irtirar taz-zokkor fis-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010 1. Bħala deroga mill-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament, għall-Istati Membri li l-kwota nazzjonali taz-zokkor tnaqqsitilhom minħabba r-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-koeffiċjent għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010 permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness VIIc ma' dan ir-Regolament. 2. Impriża li, skond l-Artikolu 3(1)(a) jew (b) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, tirrinunzja, b’effett mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ wara, il-kwota totali assenjata liha, għandha fuq it-talba tagħha, ma tkunx suġġetta għall-applikazzjoni tal-koeffiċjenti li jissemmew fl-Artikolu 52(2) ta’ dan ir-Regolament. Dik it-talba m’għandhiex titressaq qabel it-tmiem tas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar.”; |
17) |
l-Artikolu 59 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 59 Ġestjoni tal-kwota 1. Il-Kummissjoni għandha taġġusta l-kwoti stabbiliti fl-Anness VI sat-30 ta’ April 2008 għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u sat-28 ta' Frar 2009 u 2010 rispettivament għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2009/2010 u 2010/2011. L-aġġustamenti għandhom jirriżultaw mill-applikazzjoni tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu u mill-applikazzjoni ta' l-Artikolu 58 ta' dan ir-Regolament, u ta’ l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006. 2. Jekk jitqiesu r-riżultati ta’ l-iskema ta’ ristrutturazzjoni prevista fir-Regolament (KE) Nru 320/2006, u sat-28 ta' Frar 2010, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi l-persentaġġ komuni meħtieġ biex jitnaqqsu l-kwoti eżistenti għaz-zokkor u għall-isoglukożju għal kull Stat Membru jew għal kull reġjun bil-għan li jiġu evitati żbilanċi fis-suq fis-snin ta' kummerċjalizzazzjoni mis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni 2010/2011. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw kif meħtieġ il-kwota ta' kull impriża. Bħala deroga mill-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-Istati Membri li l-kwota nazzjonali tagħhom tnaqqsitilhom minħabba r-rinunzji tal-kwota skond l-Artikoli 3 u 4a(4) tar-Regolament (KE) Nru 320/2006, il-Kummissjoni għandha tiffissa l-persentaġġ permezz ta’ l-applikazzjoni ta’ l-Anness VIIa ma' dan ir-Regolament. Stati Membri bħal dawn għandhom jaġġustaw, għal kull impriża fit-territorju tagħhom li jkollha kwota, il-persentaġġ skond l-Anness VIIb ma' dan ir-Regolament. L-ewwel u t-tieni subparagrafi ta’ dan il-paragrafu m’għandhomx japplikaw għar-reġjuni l-aktar imbiegħda li jissemmew fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat.”; |
18) |
l-Artikolu 60 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
19) |
l-Artikolu 64(c) għandu jinbidel b'dan li ġej:
|
20) |
fl-Artikolu 101, il-punti (b) sa (e) għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
21) |
l-Artikolu 102(3) għandu jinbidel b'dan li ġej: “3. L-għajnuna Komunitarja għandha tkun ta’ EUR 18,15/100 kg għall-ħalib kollu. L-ammonti ta' għajnuna għal prodotti eliġibbli oħra tal-ħalib għandhom ikunu determinati b'kont meħud tal-komponenti tal-ħalib tal-prodott ikkonċernat.”; |
22) |
is-Sezzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-Kapitolu IV tat-Titolu I tal-Parti II: “Sezzjoni IVa Għajnuniet fis-settur tal-frott u tal-Ħaxix Subsezzjoni I Gruppi ta' produtturi Artikolu 103a Għajnuna lil gruppi ta’ produtturi 1. Waqt il-perijodu transitorju permess skond l-Artikolu 125e, l-Istati Membri jistgħu jagħtu lill-gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix li ġew ifformati sabiex jiġu rikonoxxuti bħala organizzazzjoni ta’ produtturi:
2. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi rimborsata mill-Komunità skond ir-regoli li għandhom jiġu adottati mill-Kummissjoni dwar il-finanzjament ta’ tali miżuri, inklużi l-limiti u l-limiti massimi u l-grad ta’ finanzjament Komunitarju. 3. L-għajnuna msemmija fil-paragrafu 1(a) għandha tkun iddeterminata għal kull grupp ta’ produtturi abbażi tal-produzzjoni kummerċjalizzata tiegħu u għall-ewwel, għat-tieni, għat-tielet, għar-raba’ u għall-ħames sena għandha tammonta għal:
Dawk ir-rati perċentwali jistgħu jiġu mnaqqsa f'relazzjoni mal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata li taqbeż il-limitu. Jista' jiġi applikat limitu massimu għall-għajnuna pagabbli fi kwalunkwe sena partikolari lil grupp ta' produtturi. Subsezzjoni II Fondi operattivi u programmi operattivi Artikolu 103b Fondi operattivi 1. L-organizzazzjonijiet tal-produturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jistgħu jistabbilixxu fond operattiv. Il-fond għandu jkun iffinanzjat permezz ta’:
2. Il-fondi operattivi għandhom jintużaw biss sabiex ikunu ffinanzjati programmi operattivi approvati mill-Istati Membri skond l-Artikolu 103g. Artikolu 103c Fondi operattivi 1. Il-programmi operattivi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandu jkollhom żewġ objettivi jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 122(c) jew mill-objettivi li ġejjin:
2. Il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kriżijiet għandhom ikunu relatati ma' l-evitar u l-ittrattar ta' kriżijiet fis-swieq tal-frott u l-ħaxix u għandhom ikopru f’dan il-kuntest:
Il-miżuri ta’ prevenjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet, inkluż kwalunkwe ħlas lura ta’ kapital u ta’ imgħax kif jissemma fit-tielet subparagrafu, m’għandhomx jinkludu aktar minn terz tan-nefqa taħt il-programm operattiv. Sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri ta' prevenzjoni u ġestjoni ta' kriżijiet, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jistgħu jieħdu self fuq termini kummerċjali. F’dan il-każ, il-ħlas lura tal-kapital u ta’ l-imgħax fuq dan is-self jista’ jifforma parti mill-programm operattiv u għalhekk jista’ jkun eliġibbli għal għajnuna finanzjarja Komunitarja skond l-Artikolu 103d. Kwalunkwe azzjoni speċifika taħt il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kriżijiet għandha tkun iffinanzjata jew b’self bħal dan, jew direttament, imma mhux bit-tnejn. 3. L-Istati Membri għandhom jagħmlu mod li:
L-azzjonijiet ambjentali għandhom jirrispettaw ir-rekwiżiti għal ħlasijiet agriambjentali stabbiliti fl-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 39(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 ta’ l-20 ta’ Settembru 2005 dwar appoġġ għal żvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (**). Fejn mill-inqas 80 % tal-membri produtturi ta’ organizzazzjoni tal-produtturi jkunu suġġetti għal impenn agriambjentali identiku wieħed jew aktar skond dik id-dispożizzjoni, kull wieħed minn dawk l-impenji għandu jgħodd bħala azzjoni ambjentali kif jissemma fil-punt (a) ta’ l-ewwel subparagrafu. L-appoġġ għal azzjonijiet ambjentali msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jkopri l-ispejjeż addizzjonali u d-dħul mitluf li jirriżultaw mill-azzjoni. 4. Fil-Bulgarija u fir-Rumanija, il-paragrafu 3 għandu japplika biss mill-1 ta’ Jannar 2011. 5. L-investimenti li jżidu l-pressjoni ambjentali għandhom ikunu permessi biss f’sitwazzjonijiet fejn ikunu ġew stabbiliti salvagwardji effettivi sabiex jitħares l-ambjent minn dawn il-pressjonijiet. Artikolu 103d Assistenza finanzjarja Komunitarja 1. L-għajnuna finanzjarja Komunitarja għandha tkun daqs l-ammont tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a) hekk kif tħallsu effettivament imma għandha tkun limitata għal 50 % tan-nefqa effettiva li saret. 2. L-assistenza finanzjarja Komunitarja għandha jkollha limitu massimu ta’ 4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi. Madankollu, dak il-persentaġġ jista’ jiġi miżjud għal 4,6 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata sakemm dak l-ammont li jeċċedi l-4,1 % tal-valur tal-produzzjoni kkummerċjalizzata jintuża biss għal miżuri ta’ prevenzjoni u ta’ ġestjoni tal-kriżijiet. 3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, il-persentaġġ previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 60 % għal programm operattiv jew għal parti minn programm operattiv fejn jissodisfa ta’ l-inqas waħda mill-kondizzjonijiet li ġejjin:
4. Il-persentaġġ previst fil-paragrafu 1 għandu jkun ta’ 100 % fil-każ ta’ rtirar mis-suq ta’ frott u ta’ ħaxix li m’għandux jeċċedi 5 % tal-volum tal-produzzjoni kkummerċjalizzata ta’ kull organizzazzjoni tal-produtturi u li wieħed jiddisponi minnhom permezz ta’:
Artikolu 103e Assistenza finanzjarja nazzjonali 1. F’reġjuni ta’ l-Istati Membri fejn il-grad ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix ikun partikolarment baxx, l-Istati Membri jistgħu jiġu awtorizzati mill-Kummissjoni, fuq talba debitament sostanzjata, biex iħallsu lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi għajnuna finanzjarja nazzjonali ekwivalenti għal massimu ta’ 80 % tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jissemmew fl-Artikolu 103b(1)(a). Din l-assistenza għandha tkun addizzjonali għall-fond operattiv. F’reġjuni ta’ Stati Membri fejn l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jikkummerċjalizzaw inqas minn 15 % mill-valur tal-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix u li l-produzzjoni tal-frott u tal-ħaxix tagħhom tirrappreżenta ta’ l-inqas 15 % tal-produzzjoni agrikola totali tagħhom, l-assistenza msemmija fl-ewwel subparagrafu tista’ tiġi rimborżata mill-Komunità fuq talba ta’ l-Istat Membru konċernat. 2. Bħala deroga mill-Artikolu 180 ta’ dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat m’għandhomx japplikaw għall-assistenza finanzjarja nazzjonali awtorizzata skond il-paragrafu 1. Artikolu 103f Qafas nazzjonali u strateġija nazzjonali għal programmi operattivi 1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu qafas nazzjonali sabiex ifasslu l-kondizzjonijiet ġenerali relatati ma’ l-azzjonijiet li jissemmew fl-Artikolu 103c(3). Dan il-qafas għandu jipprevedi, b’mod partikolari, li tali azzjonijiet għandhom jissodisfaw il-ħtiġiet xierqa tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 inklużi dawk fl-Artikolu 5 tiegħu dwar il-komplementarjetà, il-konsistenza u l-konformità. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw il-qafas propost tagħhom lill-Kummissjoni li tista’ teħtieġ modifiki fi żmien tliet xhur jekk issib li l-proposta ma tagħtix il-possibbiltà li jintlaħaqu l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-Trattat u fis-sitt programm Komunitarju ta’ azzjoni ambjentali (*****). L-investimenti f’azjendi individwali appoġġati minn programmi operattivi għandhom ukoll jirrispettaw dawk l-objettivi. 2. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu strateġija nazzjonali għal programmi operattivi sostenibbli fis-suq tal-frott u l-ħaxix. Tali strateġija għandha tipprevedi l-elementi li ġejjin:
L-istrateġija nazzjonali għandha tintegra wkoll il-qafas nazzjonali msemmi fil-paragrafu 1. 3. Il-paragrafi 1 u 2 m'għandhomx japplikaw għall-Istati Membri li m'għandhomx organizzazzjoniji tal-produtturi rikonoxxuti. Artikolu 103g Approvazzjoni ta’ programmi operattivi 1. L-abbozzi tal-programmi operattivi għandhom ikunu ppreżentati lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, li għandhom japprovawhom jew jiċħduhom jew jitolbu l-modifika tagħhom b'mod konformi mad-dispożizzjonijiet ta’ din is-subsezzjoni. 2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi għandhom jikkomunikaw lill-Istati Membri l-ammont stmat tal-fond operattiv għal kull sena u għalhekk għandhom iressqu raġunijiet xierqa ibbażati fuq stimi tal-programmi operattivi, fuq in-nefqa għas-sena attwali u possibbilment in-nefqa għas-snin preċedenti u, jekk ikun meħtieġ, fuq il-kwantitajiet ta’ produzzjoni stmati għas-sena ta’ wara. 3. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-organizzazzjoni tal-produtturi jew lill-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi bl-ammont stmat ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja b'mod konformi mal-limiti stabbiliti fl-Artikolu 103d. 4. Il-ħlasijiet ta’ assistenza finanzjarja Komunitarja għandhom isiru abbażi tan-nefqa li ssir għall-iskemi koperti mill-programm operattiv. Ħlasijiet bil-quddiem jistgħu jsiru fir-rigward ta’ l-istess skemi suġġetti għall-għoti ta’ garanzija jew sigurtà. 5. L-organizzazzjoni tal-produtturi għandha tinnotifika lill-Istat Membru bl-ammont finali tan-nefqa għas-sena ta’ qabel, akkumpanjat mid-dokumenti ġustifikattivi meħtieġa, sabiex tkun tista’ tirċievi l-bilanċ ta’ l-assistenza finanzjarja Komunitarja. 6. Programmi operattivi u l-finanzjament tagħhom minn produtturi u organizzazzjonijiet tal-produtturi min-naħa waħda u minn fondi Komunitarji min-naħa l-oħra għandu jkollhom durata minima ta’ tlieta snin u durata massima ta' ħames snin. Artikolu 103h Regoli implimentattivi Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ din is-sezzjoni, partikolarment:
(*) ĠU L 265, 26.9.2006, p. 1." (**) ĠU L 277, 21.10.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 146/2008 (ĠU L 46, 21.2.2008, p. 1)." (***) ĠU L 198, 22.7.1991, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 123/2008 (ĠU L 38, 13.2.2008, p. 3)." (****) ĠU L 189, 20.7.2007, p. 1." (*****) Deċiżjoni Nru 1600/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2002 li tniżżel is-Sitt Programm ta’ Azzjoni tal-Komunità Ambjentali (ĠU L 242, 10.9.2002, p. 1).”;" |
23) |
l-Artikolu 113 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
24) |
għandhom jiddaħħlu l-Artikoli li ġejjin: “Artikolu 113a Rekwiżiti addizzjonali għall-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix 1. Il-prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix intiżi biex jinbiegħu friski lill-konsumatur, jistgħu jiġu kummerċjalizzati biss jekk ikunu tajbin, ġusti u ta’ kwalità li jistgħu jiġu kummerċjalizzati u jekk ikun indikat il-pajjiż ta’ l-oriġini. 2. L-istandards tal-kummerċjalizzazzjoni msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu u fil-punti (b) u (c) ta' l-Artikolu 113(1) għandhom japplikaw fl-istadji kollha tal-kummerċjalizzazzjoni inklużi l-importazzjoni u l-esportazzjoni sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Kummissjoni. 3. Id-detentur ta’ prodotti tas-settur tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati koperti mill-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni ma jistax jesponi tali prodotti jew joffrihom għall-bejgħ, jew iwassalhom jew jikkummerċjalizzahom bi kwalunkwe mod ieħor fil-Komunità ħlief f’konformità ma’ dawk l-istandards u għandu jkun responsabbli għall-iżgurar ta' tali konformità. 4. B'segwitu għat-tieni subparagrafu ta’ l-Artikolu 113(3) u mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 194, partikolarment dwar l-applikazzjoni konsistenti fl-Istati Membri tal-kontrolli ta’ konformità, l-Istati Membri, fir-rigward tas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, għandhom jikkontrollaw selettivament, abbażi ta’ analiżi tar-riskju, jekk il-prodotti konċernati jikkonformawx ma’ l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni rispettivi. Dawn il-kontrolli għandhom ikunu iffokati fuq l-istadju ta' qabel it-tluq miż-żoni ta' produzzjoni meta l-prodotti jkunu qed jiġu ppakkjati jew mgħobbija. Għall-prodotti minn pajjiżi terzi, il-kontrolli għandhom isiru qabel ir-rilaxx għal ċirkolazzjoni libera. Artikolu 113b Kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas 1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 42(1)(a) u (2) u l-punt A ta’ l-Anness V, il-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIa, partikolarment id-deskrizzjonijiet ta’ bejgħ li għandhom jintużaw stabbiliti fil-punt III tiegħu, għandhom japplikaw għal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas maqtula fi jew wara l-1 ta’ Lulju 2008, kemm jekk prodott fil-Komunità kif ukoll jekk importat minn pajjiżi terzi. Madanakollu, il-laħam minn annimali li għandhom 12-il xahar jew inqas u maqtula qabel l-1 ta’ Lulju 2008 jista’ jkompli jkun kummerċjalizzat mingħajr ma jissodisfa l-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Anness XIa. 2. Il-kondizzjonijiet msemmijin fil-paragrafu 1 m’għandhomx japplikaw għal-laħam ta’ annimali bovini li għalihom ġiet irreġistrata denominazzjoni protetta ta’ l-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta skond ir-Regolament (KE) Nru 510/2006 ta' l-20 ta' Marzu 2006 dwar il-protezzjoni ta' indikazzjonijiet ġeografiċi u denominazzjonijiet ta’ l-oriġini għall-prodotti agrikoli u affarijiet ta' l-ikel (******), qabel id-29 ta’ Ġunju 2007. (******) ĠU L 93, 31.3.2006, p. 12. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).”;" |
25) |
l-Artikolu 121 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
26) |
l-Artikolu 122 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
27) |
l-Artikolu 123 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
28) |
is-Sezzjoni li ġejja għandha tiddaħħal fil-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Parti II: “Sezzjoni Ia Regoli li jikkonċernaw l-organizzazzjonijiet tal-produtturi u dawk interprofessjonali u l-gruppi tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix Subsezzjoni I Regoli ta’ assoċjazzjoni u u rikonoxximent ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi Artikolu 125a Regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi 1. Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandhom jeħtieġu li l-membri produtturi tagħha, b’mod partikolari:
2. Minkejja l-paragrafu 1(c), fejn l-organizzazzjoni tal-produtturi tawtorizza dan u fejn dan ikun konformi mat-termini u mal-kondizzjonijiet stabbiliti mill-organizzazzjoni tal-produtturi, il-membri produtturi:
3. Ir-regoli ta’ assoċjazzjoni ta’ organizzazzjoni tal-produtturi għandhom ukoll jipprevedu:
4. Fi kwistjonijiet ekonomiċi, l-organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix għandhom jitqiesu bħala li jaġixxu f’isem u għan-nom tal-membri tagħhom. Artikolu 125b Rikonoxximent 1. L-Istati Membri għandhom jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix l-entitajiet ġuridiċi kollha jew il-partijiet kollha definiti b’mod ċar ta’ entitajiet ġuridiċi li japplikaw għal tali rikonoxximent, sakemm:
2. L-Istati Membri għandhom:
Subsezzjoni II Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi u ta' Gruppi tal-produtturi Artikolu 125c Assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix Fuq l-inizjattiva ta’ organizzazzjonijiet rikonoxxuti tal-produtturi għandha tkun ifformata assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix u din tista’ twettaq kwalunkwe waħda mill-attivitajiet ta’ organizzazzjoni tal-produtturi li tissemma f’dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu, fuq talba, assoċjazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi, fejn:
L-Artikolu 125a(4) għandu japplika mutatis mutandis. Artikolu 125d Esternalizzazzjoni L-Istati Membri jistgħu jippermettu li organizzazzjoni rikonoxxuta tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix jew assoċjazzjoni rikonoxxuta ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi f’dak is-settur tista’ testernalizza (outsource) kwalunkwe waħda mill-attivitajiet tagħha, inkluż lil kumpaniji sussidjarji, sakemm tipprovdi biżżejjed evidenza lill-Istat Membru li dan il-mod huwa mod xieraq kif jintlaħqu l-objettivi ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi jew ta’ l-assoċjazzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi kkonċernata. Artikolu 125e Gruppi ta’ produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix 1. Fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, jew fir-reġjuni l-aktar imbiegħda tal-Komunità kif jissemma fl-Artikolu 299(2) tat-Trattat, jew fil-Gżejjer iżgħar ta’ l-Eġew kif jissemma fl-Artikolu 1(2) tar-Regolament (KE) Nru 1405/2006 jistgħu jiġu fformati gruppi ta’ produtturi bħala entità ġuridika jew parti minn entità ġuridika ddefinita b'mod ċar, fuq l-inizjattiva ta’ bdiewa li jkunu koltivaturi ta’ prodott wieħed jew aktar tas-settur tal-frott u tal-ħaxix u/jew ta’ tali prodotti maħsuba biss għall-ipproċessar, bil-għan li tkun rikonoxxuta bħala organizzazzjoni tal-produtturi. Gruppi ta’ produtturi bħal dawn jistgħu jingħataw perijodu transitorju biex jissodisfaw il-kondizzjonijiet għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni ta’ produtturi skond l-Artikolu 122. Sabiex jikkwalifikaw, dawk il-gruppi ta’ produtturi għandhom jippreżentaw pjan ta’ rikonoxximent maqsum f’fażijiet lill-Istat Membru rilevanti, li l-aċċettazzjoni tiegħu għandha timmarka l-bidu tal-perijodu transitorju msemmi fit-tieni subparagrafu u għandha tikkostitwixxi rikonoxximent preliminari. Il-perijodu transitorju m'għandux ikun ta' aktar minn ħames snin. 2. Qabel l-aċċettazzjoni tal-pjan ta' rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni dwar l-intenzjonijiet tagħhom u l-implikazzjonijiet finanzjarji probabbli tagħhom. Subsezzjoni III Estensjoni tar-regoli għall- produtturi f’żona ekonomika Artikolu 125f Estensjoni tar-regoli 1. F’każijiet fejn organizzazzjoni tal-produtturi fis-settur tal-frott u tal-ħaxix li topera f’żona ekonomika speċifika, rigward prodott speċifiku, titqies bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni u tal-produtturi f’dik iż-żona, l-Istat Membru konċernat, fuq talba ta’ l-organizzazzjoni tal-produtturi, jista’ jagħmel ir-regoli li ġejjin obbligatorji għall-produtturi stabbiliti f’dik iż-żona ekonomika li ma jappartjenux għall-organizzazzjoni tal-produtturi:
2. Għall-finijiet ta’ din is-subsezzjoni, ‘żona ekonomika’ tfisser żona ġeografika magħmula minn reġjuni ta’ produzzjoni ħdejn xulxin jew qrib xulxin fejn il-kondizzjonijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni huma omoġeni. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni lista ta’ żoni ekonomiċi. Fi żmien xahar min-notifika, il-Kummissjoni għandha tapprova l-lista jew, wara konsultazzjoni ma' l-Istat Membru kkonċernat, għandha tiddeċiedi dwar l-emendi li dan ta' l-aħħar għandu jagħmel fiha. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-lista approvata bil-metodi li hija tikkunsidra xierqa. 3. Organizzazzjoni tal-produtturi għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva skond it-tifsira tal-paragrafu 1 meta l-membri tagħha jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-produtturi fiż-żona ekonomika li fiha hija topera u hija tkopri mill-inqas 60 % tal-volum tal-produzzjoni ta’ dik iż-żona. Mingħajr preġudizzju għall-paragrafu 5, meta jiġu kkalkulati dawn il-persentaġġi m’għandhomx jitqiesu l-produtturi jew il-produzzjoni ta’ prodotti organiċi koperti, sal-31 ta' Diċembru 2008, mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u, mill-1 ta' Jannar 2009, mir-Regolament (KE) Nru 834/2007. 4. Ir-regoli li għandhom ikunu obbligatorji għall-produtturi kollha f'żona ekonomika speċifika:
5. Ir-regoli jistgħu ma jkunux obbligatorji għall-produtturi ta’ prodotti organiċi koperti, sal-31 ta' Diċembru 2008, mir-Regolament (KEE) Nru 2092/91 u, mill-1 ta' Jannar 2009, mir-Regolament (KE) Nru 834/2007 ħlief jekk tali miżura ma tkunx ġiet miftiehma minn ta’ l-inqas 50 % ta’ tali produtturi fiż-żona ekonomika fejn topera l-organizzazzjoni tal-produtturi u dik l-organizzazzjoni tkopri ta’ l-inqas 60 % ta’ tali produzzjoni ta’ dik iż-żona. Artikolu 125g Notifika L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni bir-regoli li jkunu rrendu obbligatorji għall-produtturi kollha f’żona ekonomika speċifika skond l-Artikolu 125f(1). Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawn ir-regoli permezz tal-metodi li hija tikkunsidra xierqa. Artikolu 125h Tħassir ta’ l-estensjoni tar-regoli Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru skond l-Artikolu 125f(1):
Artikolu 125i Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ produtturi li mhumiex membri Fejn jiġi applikat l-Artikolu 125f(1), l-Istat Membru konċernat jista’ jiddeċiedi, meta jeżamina bir-reqqa l-evidenza ppreżentata, li l-produtturi li mhumiex membri għandhom ikunu responsabbli lejn l-organizzazzjoni tal-produtturi għall-parti tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji mħallsa mill-produtturi membri, sakemm dawn jintużaw biex ikopru:
Artikolu 125j Estensjoni tar-regoli ta'assoċjazzjonijijiet ta' organizzazzjonijiet tal-produtturi Għall-finijiet ta’ din is-subsezzjoni, kwalunkwe referenza għal organizzazzjonijiet tal-produtturi għandha tiġi interpretata wkoll bħala referenza għal assoċjazzjonijiet rikonoxxuti ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi. Subsezzjoni IV Organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-frott u tal-ħaxix Artikolu 125k Rikonoxximent u rtirar tar-rikonoxximent 1. Jekk ikunu ġġustifikati mill-istrutturi ta’ l-Istat Membru, l-Istati Membri jistgħu jirrikonoxxu bħala organizzazzjonijiet interprofessjonali fis-settur tal-frott u l-ħaxix, l-entitajiet ġuridiċi kollha stabbiliti fit-territorju tagħhom li jagħmlu applikazzjoni xierqa, bil-kondizzjoni li:
2. Qabel ma jikkonċedu r-rikonoxximent, l-Istati Membri għandhom javżaw lill-Kummissjoni dwar l-organizzazzjonijiet interprofessjonali li jkunu applikaw għal rikonoxximent, filwaqt li jipprovdu t-tagħrif kollu rilevanti dwar ir-rappreżentattività u l-attivitajiet varji tagħhom, flimkien ma’ kull tagħrif ieħor meħtieġ għall-valutazzjoni. Il-Kummissjoni tista' toġġezzjona għal rikonoxximent f'limitu ta' żmien ta' xahrejn wara n-notifika. 3. L-Istati Membri għandhom:
4. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi t-termini u l-kondizzjonijiet li dwarhom u l-frekwenza li biha l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni dwar l-attivitajiet ta’ l-organizzazzjonijiet interprofessjonali. Bħala riżultat tal-kontrolli, il-Kummissjoni tista’ titlob lil Stat Membru biex jirtira r-rikonoxximent. 5. Ir-rikonoxximent għandu jikkostitwixxi awtorizzazzjoni sabiex jitwettqu l-attivitajiet elenkati fl-Artikolu 123(3)(c), suġġetta għat-termini ta’ dan ir-Regolament. 6. Il-Kummissjoni għandha tippubblika lista ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali rikonoxxuti, bil-metodi li tqis li huma xierqa, fejn tindika l-isfera jew iż-żona ekonomika ta’ l-attivitajiet tagħhom u l-attivitajiet imwettqa fit-tifsira ta’ l-Artikolu 125 l. L-irtirar tar-rikonoxximent għandu wkoll jiġi ppubblikat. Artikolu 125l Estensjoni tar-regoli 1. F’każijiet fejn organizzazzjoni interprofessjonali li tkun qed topera f’reġjun speċifiku jew f’reġjuni speċifiċi ta’ Stat Membru titqies bħala rappreżentattiva tal-produzzjoni ta’ jew tal-kummerċ fi jew ta’ l-ipproċessar ta’ prodott partikolari, l-Istat Membru kkonċernat, fuq talba ta’ dik l-organizzazzjoni interprofessjonali, jista’ jagħmel wħud mill-ftehim, deċiżjonijiet jew prattika miftiehma li kien hemm qbil dwarhhom fi ħdan dik l-organizzazzjoni obbligatorji għal perijodu limitat għal operaturi oħra li joperaw fir-reġjun jew fir-reġjuni in kwistjoni, kemm jekk individwi jew gruppi, li ma jappartjenux għall-organizzazzjoni. 2. Organizzazzjoni interprofessjonali għandha tiġi kkunsidrata rappreżentattiva fis-sens tal-paragrafu 1 meta hija tkun tirrappreżenta mill-inqas żewġ terzi tal-produzzjoni jew tal-kummerċ fi jew l-ipproċessar tal-prodott jew prodotti kkonċernati fir-reġjun jew reġjuni kkonċernati ta’ Stat Membru. Meta l-applikazzjoni għall-estensjoni tar-regoli tagħha għal operaturi oħrajn tkopri aktar minn reġjun wieħed, l-organizzazzjoni interprofessjonali għandha turi livell minimu ta’ rappreżentanza għal kull waħda mill-fergħat li hija tirraggruppa f’kull waħda mir-reġjuni kkonċernati. 3. Ir-regoli li għalihom tista' tintalab estensjoni għal operaturi oħrajn:
Madankollu, il-kondizzjoni msemmija fil-punt (b) ta’ l-ewwel subparagrafu m’għandhiex tapplika jekk ir-regoli kkonċernati huma dawk elenkati fil-punti 1, 3 u 5 ta’ l-Anness XVIa. F’dan il-każ, l-estensjoni tar-regoli ma tistax tapplika għal aktar minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni. 4. Ir-regoli msemmijin fil-punti (a)(ii), (iv) u (v) tal-paragrafu 3 m’għandhomx ikunu għajr dawk stabbiliti fl-Anness XVIa. Ir-regoli li jissemmew fil-punt (a)(ii) tal-paragrafu 3 m’għandhomx japplikaw għal prodotti li kienu prodotti barra mir-reġjun speċifiku jew mir-reġjuni speċifiċi li jissemmew fil-paragrafu 1. Artikolu 125m Notifika u tħassir ta’ l-estensjoni tar-regoli 1. Skond l-Artikolu 125l(1), l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw minnufih lill-Kummissjoni r-regoli li huma jkunu rrendew obbligatorji għall-operaturi kollha f’reġjuni jew reġjuni. Il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk ir-regoli bil-metodi li hija tikkunsidra xierqa. 2. Qabel ma r-regoli jiġu ppubblikati, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 195 bi kwalunkwe notifika ta’ l-estensjoni tal-ftehim interprofessjonali. 3. Il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi li Stat Membru għandu jħassar estensjoni tar-regoli deċiżi minn dak l-Istat Membru fil-każijiet li jissemmew fl-Artikolu 125h. Artikolu 125n Kontribuzzjonijiet finanzjarji ta’ produtturi li mhumiex membri F’każijiet fejn ir-regoli għal prodott wieħed jew aktar jiġu estiżi u fejn attività waħda jew aktar minn dawk li jissemmew fl-Artikolu 125l(3)(a) jiġu segwiti minn organizzazzjoni rikonoxxuta interprofessjonali u jkunu fl-interess ekonomiku ġenerali ta’ dawk il-persuni li l-attivitajiet tagħhom huma relatati ma’ prodott wieħed jew aktar mill-prodotti kkonċernati, l-Istat Membru li jkun ta r-rikonoxximent jista’ jiddeċiedi li l-individwi jew il-gruppi li ma jkunux membri ta’ l-organizzazzjoni interprofessjonali iżda li jibbenefikaw minn dawk l-attivitajiet għandhom iħallasu lill-organizzazzjoni il-kontribuzzjonijiet finanzjarji kollha jew parti minnhom li jħallsu l-membri tagħha sakemm tali kontribuzzjonijiet jkunu maħsuba biex ikopru spejjeż li saru direttament sabiex jitwettqu l-attivitajiet in kwistjoni.”; |
29) |
fl-Artikolu 127 għandu jiddaħħal il-punt li ġej:
|
30) |
fl-Artikolu 130 għandhom jiddaħħlu l-punti li ġejjin:
|
31) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 140a Sistema ta’ prezzijiet ta’ dħul għas-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati 1. Jekk l-applikazzjoni tar-rata ta' dazju tat-tariffa doganali komuni tkun tiddependi fuq il-prezz tad-dħul tal-konsenja importata, il-korrettezza ta' dan il-prezz għandha tkun verifikata bl-użu ta' rata fissa ta' valur ta' importazzjoni kkalkolat mill-Kummissjoni, skond il-prodott u l-oriġini, abbażi tal-medja ppeżata tal-prezzijiet tal-prodott fis-suq rappreżentativ ta' l-importazzjoni ta' l-Istati Membri, jew fi swieq oħrajn, meta xieraq Madankollu, il-Kummissjoni tista’ tadotta dispożizzjonijiet speċifiċi biex tivverifika l-prezz ta’ dħul ta’ prodotti li ġew importati primarjament għall-ipproċessar. 2. Meta l-prezz iddikjarat ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni jkun ogħla mill-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa, miżjud b’marġni stabbilit mill-Kummissjoni li ma jistax jaqbeż il-valur b’rata fissa b’aktar minn 10 %, għandha tkun meħtieġa l-preżentazzjoni ta’ sigurtà daqs id-dazju fuq l-importazzjoni li ġie determinat abbażi tal-valur ta’ l-importazzjoni b’rata fissa. 3. Jekk il-prezz ta’ dħul tal-konsenja in kwistjoni ma jiġix iddikjarat fi żmien l-iżdoganar, ir-rata tad-dazju tat-tariffa doganali komuni li għandha tiġi applikata għandha tiddependi fuq il-valur ta’ importazzjoni b’rata fissa jew wieħed għandu jasal għaliha bl-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-leġiżlazzjoni doganali skond kondizzjonijiet li għandhom jiġu determinati mill-Kummissjoni.”; |
32) |
fl-Artikolu 141 (1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: 1. “Għall-importazzjonijiet ta' prodott wieħed jew aktar tas-setturi taċ-ċereali, tar-ross, taz-zokkor, tal-frott u tal-ħaxix, tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati, taċ-ċanga u tal-vitella, tal-ħalib u tal-prodotti tal-ħalib, tal-laħam tal-majjal, tal-laħam tan-nagħaġ u tal-laħam tal-mogħoż, tal-bajd, tat-tjur u tal-banana għandu japplika dazju addizzjonali fuq l-importazzjoni bir-rata tad-dazju stabbilita fl-Artikoli 135 sa 140a, sabiex jiġu evitati jew newtralizzati effetti negattivi fis-suq Komunitarju li jistgħu jirriżultaw minn dawk l-importazzjonijiet, jekk:”; |
33) |
Fl-Artikolu 153(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: “1. Ħtieġa tradizzjonali ta’ provvista taz-zokkor biex jiġi raffinat ġiet iffissata għall-Komunità għal 2 424 735 tunnellata għal kull sena ta’ kummerċjalizzazzjoni, espressi f’zokkor abjad.”; |
34) |
fl-Artikolu 160(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: 1. “Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar attiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar attiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, iz-zokkor, iż-żejt taż-żebbuġa u ż-żjut tal-mejda, il-frott u l-ħaxix, il-frott u l-ħaxix ipproċessati, iċ-ċanga u l-vitella, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż, il-bajd, il-laħam tat-tjur u l-alkoħol etiliku agrikolu. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċevietha.”; |
35) |
il-punti li ġejjin għandhom jiddaħħlu fl-Artikolu 161(1):
|
36) |
fl-Artikolu 174(1), l-ewwel subparagrafu għandu jinbidel b'dan li ġej: 1. “Fejn is-suq Komunitarju huwa mfixkel jew jista' jkun imfixkel minn ftehim ta' proċessar passiv, il-Kummissjoni tista' tissospendi fuq talba ta' Stat Membru jew b'inizjattiva tagħha stess l-użu sħiħ jew parzjali ta' ftehim ta' proċessar passiv għas-setturi tal-prodotti taċ-ċereali, ir-ross, il-frott u l-ħaxix, il-frott u l-ħaxix ipproċessati, iċ-ċanga u l-vitella, il-laħam tal-majjal, il-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż u l-laħam tat-tjur. Jekk il-Kummissjoni tirċievi talba minn Stat Membru, għandha tieħu deċiżjoni fir-rigward tagħha fi żmien ħamest ijiem ta’ xogħol wara li tkun irċevietha.” |
37) |
l-Artikolu 175 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 175 Applikazzjoni ta' l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat Ħlief kif previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, l-Artikoli 81 sa 86 tat-Trattat u d-dispożizzjonijiet implimentattivi tagħhom għandhom, suġġetti għall-Artikoli 176 sa 177 ta’ dan ir-Regolament, japplikaw għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika kollha msemmijin fl-Artikoli 81(1) u 82 tat-Trattat li għandhom x’jaqsmu mal-produzzjoni jew il-kummerċ tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.”; |
38) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 176a Ftehim u prattika miftiehma fis-settur tal-frott u tal-ħaxix 1. L-Artikolu 81(1) tat-Trattat m’għandux japplika għall-ftehim, deċiżjonijiet u prattika miftiehma ta’ organizzazzjonijiet interprofessjonali bil-għan li jwettqu l-attivitajiet li jissemmew fl-Artikolu 123(3)(c) ta’ dan ir-Regolament. 2. Il-paragrafu 1 għandu japplika biss sakemm:
3. Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattika miftiehma ma jistgħux jidħlu b'effett qabel ma jgħaddi l-perijodu msemmi fil-paragrafu 2(b). 4. Il-ftehim, id-deċiżjonijiet u l-prattika miftiehma li ġejjin, ikun xi jkun il-każ, għandhom jiġu ddikjarati inkompatibbli mar-regoli Komunitarji:
5. Jekk, wara l-iskadenza tal-perijodu ta’ xahrejn li jissemma fil-paragrafu 2(b), il-Kummissjoni ssib li l-kondizzjonijiet biex jiġi applikat il-paragrafu 1 ma ġewx sodisfatti, għandha tadotta Deċiżjoni li tiddikjara li l-Artikolu 81(1) tat-Trattat japplika għall-ftehim, għad-deċiżjoni jew għall-prattika miftiehma in kwistjoni. Dik id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni m’għandhiex tapplika qabel id-data tan-notifika tagħha lill-organizzazzjoni interprofessjonali kkonċernata, ħlief jekk l-organizzazzjoni interprofessjonali tkun tat informazzjoni mhux korretta jew abbużat mill-eżenzjoni prevista fil-paragrafu 1. 6. Fil-każ ta’ ftehim pluriennali, in-notifika għall-ewwel sena għandha tkun valida għas-snin sussegwenti tal-ftehim. Madanakollu, f’dak il-każ, il-Kummissjoni, fuq inizjattiva tagħha stess jew fuq talba ta’ Stat Membru ieħor, tista’ toħroġ sejba ta’ inkompatibbiltà fi kwalunkwe ħin.”; |
39) |
l-Artikolu 179 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 179 Regoli implimentattivi fir-rigward ta’ ftehim u ta’ prattika miftiehma fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tat-tabakk Il-Kummissjoni tista’ tadotta r-regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikoli 176a, 177 u 178, inklużi r-regoli li jikkonċernaw in-notifika u l-pubblikazzjoni.”; |
40) |
l-Artikolu 180 għandu jinbidel b'dan li ġej: “Artikolu 180 Applikazzjoni ta' l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat Ħlief kif previst mod ieħor f'dan ir-Regolament, u b'mod partikolari bl-eċċezzjoni ta' l-għajnuna mill-Istat imsemmija fl-Artikolu 182 ta' dan ir-Regolament, l-Artikoli 87, 88 u 89 tat-Trattat għandhom japplikaw għall-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k) u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) ta' dan ir-Regolament.” |
41) |
l-Artikolu 182 għandu jiġi emendat kif ġej:
|
42) |
fl-Artikolu 184, għandu jiżdied il-punt li ġej:
|
43) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu li ġej: “Artikolu 203a Regoli transitorji fis-setturi tal-frott u tal-ħaxix u tal-frott u tal-ħaxix ipproċessati 1. L-iskemi ta’ għajnuna stabbiliti fir-Regolamenti (KE) Nru 2201/96 u (KE) Nru 2202/96 tat-28 ta' Ottubru 1996 li jintroduċi skema Komunitarja ta' għajnuna għal produtturi ta' ċertu frott taċ-ċitru (*******) u li ġew aboliti bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom jibqgħu applikabbli fir-rigward ta' kull wieħed mill-prodotti kkonċernati għas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni għal dak il-prodott li tintemm fl-2008. 2. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta' l-organizzazzjonijiet tal-produtturi li diġà huma rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta' dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament għandhom ikomplu jiġu rikonoxxuti taħt dan ir-Regolament. Fejn ikun meħtieġ, sal-31 ta’ Diċembru 2010 huma għandhom jagħmlu adattamenti għar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament. L-organizzazzjonijiet tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi diġà rikonoxxuti taħt ir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 għandhom ikomplu jiġu rikonxxuti taħt dan ir-Regolament. 3. Fuq talba ta’ organizzazzjoni tal-produtturi, programm operattiv approvat taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 qabel id-data ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1182/2007:
L-Artikolu 103d(3)(e) u (f) għandu japplika għal programmi operattivi mressqa fl-2007 imma li għadhom ma ġewx approvati fid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament li mill-bqija jissodisfaw il-kriterji ta’ dawk il-punti. 4. Il-gruppi tal-produtturi li ngħataw rikonoxximent preliminari taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dak ir-rikonoxximent preliminari taħt dan ir-Regolament. Il-pjani ta' rikonoxximent aċċettati taħt ir-Regolament (KE) Nru 2200/96 għandhom ikomplu jibbenefikaw minn dik l-aċċettazzjoni taħt dan ir-Regolament. Madankollu, il-pjani għandhom ikunu modifikati, jekk ikun meħtieġ, sabiex il-grupp tal-produtturi jkun jista' jissodisfa l-kriterji għal rikonoxximent bħala organizzazzjoni tal-produtturi stabbiliti fl-Artikolu 125b ta’ dan ir-Regolament. Fejn għandhom x’jaqsmu tali gruppi ta’ produtturi fl-Istati Membri li ssieħbu fl-Unjoni Ewropea fl-1 ta’ Mejju 2004 jew wara, ir-rati ta’ l-għajnuna stabbiliti fl-Artikolu 103a(3)(a) għandhom japplikaw għal pjani ta’ rikonoxximent mid-data ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament. 5. Il-kuntratti li jissemmew fl-Artikolu 3(2) tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 li jkopru aktar minn sena waħda ta’ kummerċjalizzazzjoni ta’ l-iskema ta’ l-għajnuna għall-ipproċessar tal-frott ta’ ċitru li huma relatati mas-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li tibda fl-1 ta’ Ottubru 2008 jew ma’ snin sussegwenti ta’ kummerċjalizzazzjoni, bil-ftehim taż-żewġ partijiet, jistgħu jiġu emendati jew mitmuma sabiex jittieħed kont tat-tħassir ta’ dak ir-Regolament bir-Regolament (KE) Nru 1182/2007 u l-abolizzjoni konsegwenzjali ta’ l-għajnuna. M'għandhom jiġu applikati l-ebda penalitajiet taħt dak ir-Regolament jew ir-regoli ta' implimentazzjoni tiegħu għall-partijiet ikkonċernati bħala riżultat ta' tali emenda jew terminazzjoni. 6. Fejn Stat Membru jagħmel użu mill-arranġament transitorju skond l-Artikolu 68b jew l-Artikolu 143bc tar-Regolament (KE) Nru 1782/2003, ir-regoli adottati skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2201/96 jew skond l-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 2202/96 dwar il-karatteristiċi minimi tal-materja prima provduta għall-ipproċessar u r-rekwiżiti minimi tal-kwalità għall-prodotti lesti għandhom jibqgħu japplikaw fir-rigward tal-materja prima maħsuda fit-territorju tiegħu. 7. Sakemm jiġu adottati standards ġodda ta’ kummerċjalizzazzjoni fir-rigward tal-frott u tal-ħaxix f'konformità ma' l-Artikoli 113 u 113a, għandhom ikomplu japplikaw l-istandards ta’ kummerċjalizzazzjoni mfassla skond ir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96 u (KE) Nru 2201/96. 8. Il-Kummissjoni tista’ tadotta l-miżuri meħtieġa sabiex tiffaċilita t-transizzjoni mill-arranġamenti previsti fir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96n (KE) Nru 2202/96 u (KE) Nru 1182/2007 għald awk stabbiliti f’dan ir-Regolament, inklużi dawk previsti fil-paragrafi (1) sa (7) ta’ dan l-Artikolu. (*******) ĠU L 297, 21.11.1996, p. 49. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1933/2001 (ĠU L 262, 2.10.2001, p. 6).”;" |
44) |
l-Annessi għandhom jiġu emendati kif ġej:
|
Artikolu 2
Emendi għar-Regolament (KE) Nru 1184/2006
L-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 1184/2006 għandu jinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 1
Dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi r-regoli li għandhom jiġu applikati fir-rigward ta' l-applikabbiltà ta' l-Artikoli 81 sa 86 u ċerti dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 88 tat-Trattat fir-rigward tal-produzzjoni, jew il-kummerċ tal-prodotti elenkati fl-Anness I għat-Trattat bl-eċċezzjoni tal-prodotti msemmijin fil-punti (a) sa (k), u l-punti (m) sa (u) ta' l-Artikolu 1(1) u fl-Artikolu 1(3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 (********).
Artikolu 3
Tħassir
1. Ir-Regolamenti (KE) Nru 2200/96, (KE) Nru 2201/96, (KE) Nru 700/2007 u (KE) Nru 1182/2007 huma b'dan imħassra.
Ir-referenzi għar-Regolamenti mħassra għandhom jiġu interpretati bħala referenzi għar-Regolament (KE) Nru 1234/2007 u għandhom jinqraw skond it-tabelli rispettivi ta’ korrelazzjoni li jinsabu fl-Anness XXII ma' dak ir-Regolament.
2. Ir-Regolamenti (KEE) Nru 449/69, (KEE) Nru 1467/69, (KEE) Nru 2511/69, (KEE) Nru 2093/70, (KEE) Nru 846/72, (KEE) Nru 1252/73, (KEE) Nru 155/74, (KEE) Nru 1627/75, (KEE) Nru 794/76, (KEE) Nru 1180/77, (KEE) Nru 10/81, (KEE) Nru 40/81, (KEE) Nru 3671/81, (KEE) Nru 1603/83, (KEE) Nru 790/89, (KEE) Nru 3650/90, (KEE) Nru 525/92, (KEE) Nru 3438/92, (KEE) Nru 3816/92, (KEE) Nru 742/93, (KEE) Nru 746/93, (KE) Nru 399/94, (KE) Nru 2241/2001 u (KE) Nru 545/2002 huma b'dan imħassra.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba' jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċcjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Lulju 2008. Iżda:
(a) |
il-punti 3, 4, 5, 8, 12 u 13 ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Settembru 2008; |
(b) |
il-punti 9, 14 sa 19, 33 u 44 (b) u (c) ta’ l-Artikolu 1 għandhom japplikaw mill-1 ta’ Ottubru 2008. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fil-Lussemburgu, 14 ta' April 2008.
Għall-Kunsill
Il-President
I. JARC
(1) ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 248/2008 (ĠU L 76, 19.3.2008, p. 6).
(2) ĠU L 58, 28.2.2006, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1260/2007 (ĠU L 283, 27.10.2007, p. 1).
(3) ĠU L 312, 29.11.2005, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1247/2007 (ĠU L 282, 26.10.2007, p. 1).
(4) ĠU L 160, 26.6.1999, p. 48. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1152/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 3).
(5) ĠU L 351, 23.12.1997, p. 13. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1153/2007 (ĠU L 258, 4.10.2007, p. 6).
(6) ĠU L 273, 17.10.2007, p. 1.
(7) ĠU L 161, 22.6.2007, p. 1.
(8) ĠU L 61, 12.3.1969, p. 2. Ir-Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 3669/93 (ĠU L 338, 31.12.1993, p. 26).
(9) ĠU L 197, 8.8.1969, p. 95. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2365/70 (ĠU L 257, 26.11.1970, p. 1).
(10) ĠU L 318, 18.12.1969, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1130/89 (ĠU L 119, 29.4.1989, p. 22).
(11) ĠU L 232, 21.10.1970, p. 5.
(12) ĠU L 100, 27.4.1972, p. 3.
(13) ĠU L 133, 21.5.1973, p. 113.
(14) ĠU L 18, 22.1.1974, p. 97.
(15) ĠU L 165, 28.6.1975, p. 9.
(17) ĠU L 142, 9.6.1977, p. 10. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2008/97 (ĠU L 284, 16.10.1997, p. 17).
(20) ĠU L 367, 23.12.1981, p. 3. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1555/84 (ĠU L 150, 6.6.1984, p. 4).
(21) ĠU L 159, 17.6.1983, p. 5. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KEE) Nru 1979/85 (ĠU L 186, 19.7.1985, p. 5).
(22) ĠU L 85, 30.3.1989, p. 6. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1825/97 (ĠU L 260, 23.9.1997, p. 9).
(23) ĠU L 362, 27.12.1990, p. 22. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 1468/97 (ĠU L 200, 29.7.1997, p. 1).
(25) ĠU L 350, 1.12.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1600/96 (ĠU L 206, 16.8.1996, p. 45).
(26) ĠU L 387, 31.12.1992, p. 10. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1363/95 (ĠU L 132, 16.6.1995, p. 8).
(27) ĠU L 77, 31.3.1993, p. 8.
(28) ĠU L 77, 31.3.1993, p. 14. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 952/97 (ĠU L 142, 2.6.1997, p. 30).
(29) ĠU L 54, 25.2.1994, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 386/2005 (ĠU L 62, 9.3.2005, p. 3).
(30) ĠU L 303, 20.11.2001, p. 8.
(31) ĠU L 84, 28.3.2002, p. 1.
ANNESS I
ANNESS VIIa
KALKOLU TAL-PERSENTAĠĠ LI GĦANDU JIĠI STABBILIT SKOND IT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 59(2)
1. Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
‘persentaġġ f'livell ta' Stat Membru’ tfisser il-persentaġġ li għandu jiġi stabbilit skond il-punt 2 sabiex tiġi ddeterminata l-kwantità totali li għandha titnaqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru kkonċernat; |
(b) |
‘persentaġġ komuni’ tfisser il-persentaġġ komuni stabbilit mill-Kummissjoni skond l-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 59(2); |
(c) |
‘tnaqqis’ tfisser iċ-ċifra miksuba bid-diviżjoni tat-total tal-kwoti rinunzjati fl-Istat Membru bil-kwoti nazzjonali kif ġew iffissati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità. |
2. Il-persentaġġ fil-livell ta’ Stat Membru huwa ugwali għall-persentaġġ komuni multiplikat b’1 – [(1/0,6) × it-tnaqqis].
Fejn ir-riżultat ikun taħt iż-żero, il-persentaġġ applikabbli hu ugwali għal żero.
ANNESS VIIb
KALKOLU TAL-PERSENTAĠĠ APPLIKABBLI GĦALL-IMPRIŻI SKOND IT-TIENI SUBPARAGRAFU TA' L-ARTIKOLU 59(2)
1. Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
‘persentaġġ applikabbli’ tfisser il-persentaġġ li għandu jiġi stabbilit skond il-punt 2 u li japplika għall-kwota allokata lill-impriża kkonċernata; |
(b) |
‘persentaġġ komuni f'livell ta’ Stat Membru’ tfisser il-persentaġġ ikkalkulat għall-Istat Membru kkonċernat bħala: Qty/Σ [(1 – R/K) × Q] ma’
Σ tirreferi għas-somma tal-prodott ta’ (1 – R/K) × Q ikkalkulata għal kull impriża li jkollha kwota fit-territorju ta l-Istat Membru; meta l-prodott ikun taħt iż-żero, għandu jkun daqs żero; |
(c) |
‘rinunzja’ tfisser iċ-ċifra miksuba billi l-kwantità tal-kwoti rinunzjati mill-impriża kkonċernata tkun diviża bil-kwota tagħha hekk kif ġiet allokata skond l-Artikoli 7 u 11(1) sa (3) tar-Regolament (KE) Nru 318/2006 u l-Artikolu 60(1) sa (3) ta' dan ir-Regolament. |
(d) |
‘K’ tiġi kkalkulata f’kull Stat Membru billi t-tnaqqis totali tal-kwota f'dak l-Istat Membru (ir-rinunzji volontarji flimkien mal-kwantità li għandha titnaqqqas fil-livell ta’ l-Istat Membru li jissemma fil-punt 1(a) ta’ l-Anness VIIa) jiġi diviż bil-kwota inizjali tiegħu kif ġiet iffissata fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità. |
2. Il-persentaġġ applikabbli huwa daqs il-persentaġġ komuni fil-livell ta’ Stat Membru multiplikat b’1 – [(1/K) × ir-rinunzja].
Fejn ir-riżultat ikun taħt iż-żero, il-persentaġġ applikabbli hu ugwali għal żero.
ANNESS VIIc
KALKOLU TAL-KOEFFIĊJENT LI GĦANDU JIĠI STABBILIT SKOND L-ARTIKOLU 52A(1)
1. Għall-fini tal-kalkolu stipulat fil-punt 2, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a) |
‘koeffiċjent f'livell ta’ Stat Membru’ tfisser il-koeffiċjent li għandu jkun stabbilit skond il-punt 2; |
(b) |
‘tnaqqis’ tfisser iċ-ċifra miksuba billi r-rinunzja totali tal-kwoti taz-zokkor fl-Istat Membru, inklużi r-rinunzji fis-sena ta’ kummerċjalizzazzjoni li għaliha japplika l-irtirar, tiġi diviża bil-kwoti nazzjonali taz-zokkor kif ġew iffissati fl-Anness III għar-Regolament (KE) Nru 318/2006 fil-verżjoni applikabbli fl-1 ta’ Lulju 2006. Għal dawk l-Istati Membri li ma kinux membri tal-Komunità fl-1 ta’ Lulju 2006, ir-referenza għal dak l-Anness tikkonċerna l-verżjoni applikabbli fid-data ta’ l-adeżjoni tagħhom mal-Komunità; |
(c) |
‘koeffiċjent’ tfisser il-koeffiċjent stabbilit mill-Kummissjoni skond l-Artikolu 52(2). |
2. Għas-snin ta’ kummerċjalizzazzjoni 2008/2009 u 2009/2010, il-koeffiċjent f'livell ta’ Stat Membru għandu jkun daqs il-koeffiċjent miżjud bi [(1/0,6) × it-tnaqqis] × (1 – il-koeffiċjent).
Fejn ir-riżultat ikun 'il fuq minn 1, il-koeffiċjent applikabbli hu ugwali għal 1.
ANNESS II
“ANNESS XIa
KUMMERĊJALIZZAZZJONI TAL-LAĦAM TA’ ANNIMALI BOVINI LI GĦANDHOM 12-IL XAHAR JEW INQAS SKOND L-ARTIKOLU 113B
I. Definizzjoni
Għall-finijiet ta’ dan l-Anness, ‘laħam’ tfisser il-karkassi kollha, il-laħam bil-għadam jew mingħajr għadam, u l-intern, kemm jekk imqattgħin jew le, destinat għall-konsum mill-bniedem, miksub minn annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas, ippreżentati friski, iffriżati jew surġelati, kemm jekk imgeżwra jew ippakkjati jew le.
II. Klassifikazzjoni ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas fil-biċċerija
Mal-qatla, l-annimali bovini kollha li għandhom 12-il xahar jew inqas għandhom jiġu kklassifikati mill-operaturi, taħt is-superviżjoni ta’ l-awtorità kompetenti li tissemma fil-punt VII(1) ta’ dan l-Anness, f’waħda miż-żewġ kategoriji li ġejjin:
(A) |
Kategorija V: annimali bovini li għandhom 8 xhur jew inqas Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: V; |
(B) |
Kategorija Z: annimali bovini li għandhom iktar minn 8 xhur iżda mhux iktar minn 12-il xahar Ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija: Z. |
Din il-klassifikazzjoni għandha titwettaq abbażi ta’ l-informazzjoni inkluża fil-passaport li jakkumpanja lill-annimali bovini, jew fin-nuqqas ta’ dan, abbażi tad-data inkluża fid-database kompjuterizzata prevista fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem ta' l-ifrat u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga (*).
III. Deskrizzjoni ta’ bejgћ
1. Id-deskrizzjoni tal-bejgħ hija l-isem li bih jinbiegħ l-oġġett ta’ l-ikel, fit-tifsira ta’ l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/13/KE.
2. Il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas għandu jiġi kkummerċjalizzat biss fl-Istati Membri bid-deskrizzjoni(jiet) tal-bejgħ li ġejja(ġejjin) stabbiliti għal kull Stat Membru:
(A) |
Għal-laħam ta' l-annimali bovoni tal-kategorija V:
|
(B) |
Għal-laħam ta' l-annimali bovini tal-kategorija Z:
|
3. Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ li jissemmew fil-paragrafu 2 jistgħu jiġu ssupplimentati b'indikazzjoni ta’ l-isem jew b'deskrizzjoni tal-biċċiet tal-laħam jew ta’ l-intern ikkonċernat.
4. Id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ elenkati fil-kategorija V fil-punt A tat-tabella li tidher fil-paragrafu 2 u kwalunkwe isem ġdid li ġej minn dawk id-deskrizzjonijiet tal-bejgħ għandhom jintużaw biss jekk jiġu sodisfatti ir-rekwiżiti kollha ta’ dan l-Anness.
B’mod partikolari, it-termini ‘veau’, ‘telecí’, ‘Kalb’, ‘μοσχάρι’, ‘ternera’, ‘kalv’, ‘veal’, ‘vitello’, ‘vitella’, ‘kalf’, ‘vitela’ u ‘teletina’ mgħandhomx jintużaw fdeskrizzjoni tal-bejgħ jew ikunu indikati fuq it-tikkettar tal-laħam ta annimali bovini li għandhom aktar minn 12-il xahar.
IV. Informazzjoni obbligatorja fuq it-tikketta
1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2000/13/KE u għall-Artikoli 13, 14 u 15 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000, f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, l-operaturi għandhom jittikkettaw il-laħam ta’ l-annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas bl-informazzjoni li ġejja:
(a) |
l-età ta’ l-annimali fil-mument tal-qtil, indikata, skond il-każ, fuq il-formola ‘età meta nqatlu: sa 8 xhur’ fil-każ ta’ annimali li għandhom 8 xhur jew inqas, jew ‘età meta nqatlu: minn 8 sa 12-il xahar’ fil-każ ta’ annimali li għandhom iktar minn 8 xhur iżda mhux iktar minn 12-il xahar; |
(b) |
id-deskrizzjoni tal-bejgħ skond il-punt III ta’ dan l-Anness. |
Madankollu, b’deroga mill-punt (a), f’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni, ħlief ir-rilaxx lill-konsumatur finali, l-operaturi jistgħu jissostitwixxu l-età tal-qatla bl-ittra ta’ identifikazzjoni tal-kategorija prevista fil-punt II ta’ dan l-Anness.
2. Fil-każ tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas li ġie ppreżentat għall-bejgħ mhux ippakkjat fil-punt tal-bejgħ bl-imnut lill-konsumatur finali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar kif għandha tkun indikata l-informazzjoni li tissemma fil-paragrafu 1.
V. Informazzjoni fakultattiva fuq it-tikketta
L-operaturi jistgħu jissupplimentaw l-informazzjoni obbligatorja li tissemma fil-punt IV b’informazzjoni fakultattiva li tkun ġiet approvata skond il-proċedura prevista fl-Artikoli 16 jew 17 tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.
VI. Reġistrazzjoni
F’kull stadju tal-produzzjoni u tal-kummerċjalizzazzjoni tal-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il xahar jew inqas, sabiex jiggarantixxu l-preċiżjoni ta’ l-informazzjoni tat-tikkettar li tissemma fil-punti IV u V, l-operaturi għandhom jirreġistraw b’mod partikolari l-informazzjoni li ġejja:
(a) |
indikazzjoni tan-numru ta' identifikazzjoni u d-data tat-twelid ta' l-annimali, f'livell ta' biċċerija biss; |
(b) |
indikazzjoni ta' numru ta' referenza li jagħmilha possibbli li tiġi stabbilita konnessjoni bejn, minn naħa, l-identifikazzjoni ta' l-annimali li minnhom joriġina l-laħam u, min-naħa l-oħra, id-deskrizzjoni ta' bejgħ, l-età mal-qatla u l-ittra ta' identifikazzjoni tal-kategorija mogħtija fuq it-tikketta tal-laħam; |
(c) |
indikazzjoni tad-data tal-wasla u tat-tluq ta' l-annimali u l-laħam fl-istabbiliment, li tiżgura li tkun stabbilita korrelazzjoni bejn il-wasliet u t-tluq. |
VII. Kontrolli uffiċjali
1. Qabel l-1 ta’ Lulju 2008 l-Istati Membri għandhom jaħtru l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti responsabbli għall-kontrolli uffiċjali mwettqa sabiex tkun ivverifikata l-applikazzjoni ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness u jinformaw lill-Kummissjoni b’dan.
2. Il-kontrolli uffiċjali għandhom jitwettqu mill-awtorità jew mill-awtoritajiet kompetenti skond il-prinċipji ġenerali stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta' April 2004 dwar il-kontrolli uffiċjali mwettqa biex tiġi żgurata l-verifika tal-konformità mal-liġi ta' l-għalf u l-ikel, mas-saħħa ta' l-annimali u mar-regoli dwar il-benessri ta' l-annimali (**).
3. Flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti, il-Kummissjoni għandha taċċerta ruħha li l-Istati Membri qed jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness.
4. L-esperti tal-Kummissjoni għandhom iwettqu, fejn ikun meħtieġ, flimkien ma’ l-awtoritajiet kompetenti kkonċernati, u fejn ikun applikabbli, ma’ l-esperti ta’ l-Istati Membri, kontrolli fil-post sabiex jiżguraw li d-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness qed jiġu implimentati.
5. Kwalunkwe Stat Membru li fit-territorju tiegħu jitwettqu kontrolli għandu jipprovdi lill-Kummissjoni l-assistenza kollha meħtieġa li tista' teħtieġ għat-twettiq tal-kompiti tagħha.
VIII. Laħam importat minn pajjiżi terzi
1. Il-laħam ta’ annimali bovini li għandhom 12-il sena jew inqas li jiġi importat minn pajiżi terzi għandu jkun ikkummerċjalizzat fil-Komunità skond id-dispożizzjonijiet ta’ l-Artikolu 113b u dan l-Anness.
2. L-operaturi minn pajjiż terz li jixtiequ jqiegħdu fis-suq Komunitarju laħam kif jissemma fil-paragrafu 1 għandhom jissuġġettaw l-attivitajiet tagħhom għal kontrolli mill-awtorità kompetenti maħtura minn dak il-pajjiż terz jew, fin-nuqqas ta’ dan, minn entità terza indipendenti. Il-entità indipendenti għandha tagħti l-assigurazzjoni kollha ta’ konformità mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Istandard Ewropew EN 45011 jew fil-Gwida ta’ l-ISO/IEC 65 (‘Rekwiżiti ġenerali għall-entitajiet li joperaw sistemi ta’ ċertifikazzjoni tal-prodotti’).
3. L-awtorità kompetenti maħtura, jew fejn ikun applikabbli, l-entità terza indipendenti għandha tiżgura li r-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 113b u dan l-Anness jiġu sodisfatti.
IX. Penali
Mingħajr preġudizzju għal xi dispożizzjoni speċifika li tista’ tiġi adottata mill-Kummissjoni, skond l-Artikolu 194 ta’ dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar il-penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 113b u ta’ dan l-Anness u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali previsti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u disswasivi. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw id-dispożizzjonijiet dwar il-penali lill-Kummissjoni sa l-1 ta’ Lulju 2009 u għandhom jinnotifikawha mingħajr dewmien bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”
(*) ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1).
(**) ĠU L 165, 30.4.2004, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 180/2008 (ĠU L 56, 29.2.2008, p. 4).
ANNESS III
“ANNESS XVIA
LISTA KOMPLUTA TA’ REGOLI LI JISTGĦU JIĠU ESTIŻI GĦAL PRODUTTURI MHUX MEMBRI SKOND L-ARTIKOLU 125F U L-ARTIKOLU 125L
1. Regoli rigward tagħrif dwar il-produzzjoni
(a) |
dikjarazzjoni dwar l-intenzjonijiet ta’ tkabbir, skond il-prodott u fejn xieraq skond il-varjetà; |
(b) |
dikjarazzjoni dwar żrigħ u pjantaġġuni; |
(c) |
dikjarazzjoni dwar it-total ta' żoni kkultivati, skond il-prodott u fejn possibbli skond il-varjetà; |
(d) |
dikjarazzjoni dwar it-tunellaġġ antiċipat u d-dati probabbli tal-ħsad skond il-prodott u fejn possibbli skond il-varjetà; |
(e) |
dikjarazzjoni perjodika tal-kwantitajiet maħsuda u l-ħażniet disponibbli, skond il-varjetà; |
(f) |
tagħrif dwar il-kapaċitajiet ta' ħażna. |
2. Regoli ta' produzzjoni
(a) |
għażla taż-żrieragħ li għandhom jintużaw skond id-destinazzjoni maħsuba (suq frisk/proċessar industrijali); |
(b) |
tnaqqija fl-imsaġar. |
3. Regoli ta' kummerċjalizzazzjoni
(a) |
dati speċifikati biex jibda l-ħsad, skaljonar tat-tqegħid fis-suq; |
(b) |
rekwiżiti minimi ta’ kwalità u ta’ daqs; |
(c) |
preparazzjoni, preżentazzjoni, ippakkjar u mmarkar fl-ewwel stadju tal-kummerċjalizzazzjoni; |
(d) |
indikazzjoni ta' l-oriġini tal-prodott. |
4. Regoli dwar il-ħarsien ta' l-ambjent
(a) |
użu tal-fertilizzant u d-demel; |
(b) |
użu tal-prodotti għas-saħħa tal-pjanti u metodi għall-ħarsien ta’ l-għelejjel; |
(c) |
kontenut massimu tar-residwi fil-frott u l-ħaxix ta’ prodotti għas-saħħa tal-pjanti u l-fertilizzanti; |
(d) |
regoli dwar ir-rimi ta’ prodotti sekondarji u materjal użat; |
(e) |
regoli dwar prodotti mneħħija mis-suq. |
5. Regoli dwar il-promozzjoni u l-komunikazzjoni fil-kuntest ta' prevenzjoni u maniġġar ta' kriżijiet kif imsemmi fl-Artikolu 103c(2)(c).”
ANNESS IV
EMENDI LI JIKKONĊERNAW L-ANNESS XXII MAR-REGOLAMENT (KE) NRU 1234/2007
1. Fit-tabella li tidher taħt il-punt 4 dwar ir-Regolament (KEE) Nru 2759/75, il-filliera li tindika l-korrelazzjoni bejn l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 3 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjoni rispettiva fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha tinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 3, l-ewwel paragrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 31(1)(e)” |
2. Fit-tabella li tidher taħt il-punt 26 dwar ir-Regolament (KE) Nru 1255/1999, il-fillieri li jindikaw il-korrelazzjoni bejn l-Artikoli 6 sa l-Artikolu 9 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjonijiet rispettivi fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandhom jinbidlu b'dan li ġej:
“Artikolu 6(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikoli 15(1) u 22 |
Artikolu 6(1) it-tieni u t-tielet subparagrafu |
Artikolu 15(2) |
Artikolu 6(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a), l-ewwel inċiż |
Artikolu 10(1)(e) |
Artikolu 6(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a), it-tieni u t-tielet inċiżi u l-punt (b) |
Artikolu 10 flimkien ma' l-Artikolu 43(a) |
Artikolu 6(2) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 10 flimkien ma' l-Artikolu 43(a) |
Artikolu 6(3) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 28(a) |
Artikolu 6(3) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 29 |
Artikolu 6(3) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 43(d)(i) |
Artikolu 6(3) ir-raba’ subparagrafu |
Artikolu 43(d)(iii) |
Artikolu 6(4) l-ewwel subparagrafu u t-tieni subparagrafu l-ewwel sentenza |
Artikolu 25 u 43(f) |
Artikolu 6(4) it-tieni subparagrafu, it-tieni sentenza |
Artikolu 43(d)(iii) |
Artikolu 6(5) |
— |
Artikolu 6(6) |
Artikolu 6(2)(b) u (c) |
Artikolu 7(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikoli 10(1)(f), 16 l-ewwel paragrafu u 43(a) |
Artikolu 7(1) it-tieni subparagrafu |
Artikolu 23 u 43(a) |
Artikolu 7(1) it-tielet subparagrafu |
Artikolu 43(l) |
Artikolu 7(2) |
Artikolu 16 it-tieni paragrafu |
Artikolu 7(4) |
Artikolu 25 u (43)(e) |
Artikolu 8(1) |
Artikolu 28(b) |
Artikolu 8(2) u (3) |
Artikolu 30 u 43(d)(i) u (iii) |
Artikolu 9(1) |
Artikoli 31(1)(d) u 36(1) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 31(2) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 43(d)(iii) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 36(2)” |
(3) Fit-tabella li tidher taħt il-punt 30 dwar ir-Regolament (KE) Nru 2529/2001, il-filliera li tindika l-korrelazzjoni bejn l-Artikolu 12 ta' dak ir-Regolament u d-dispożizzjoni rispettiva fir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS għandha tinbidel b'dan li ġej:
“Artikolu 12 |
Artikoli 31(1)(f) u 38” |
(4) Fit-tabella li tidher taħt il-punt 40 dwar ir-Regolament (KE) Nru 318/2006, il-punt li ġej għandu jiddaħħal wara l-filliera rigward l-Artikolu 19 ta' dak ir-Regolament:
“Artikolu 19a |
Artikolu 52a” |
(5) Għandhom jiżdiedu t-tabelli li ġejjin.
45. Regolament (KE) Nru 700/2007
Regolament (KE) Nru 700/2007 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 113b(1) l-ewwel subparagrafu |
Artikolu 1(3) |
Artikolu 113b(2) |
Artikolu 2 |
Punt I. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 3 |
Punt II. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 4 |
Punt III. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 5 |
Punt IV. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 6 |
Punt V. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 7 |
Punt VI. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 8 |
Punt VII. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 9 |
Punt VIII. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 10 |
Punt IX. ta' l-Anness XIa |
Artikolu 11(1) |
Artikolu 121 l-ewwel paragrafu, punt (j) |
Artikolu 11(2) |
Artikolu 121 it-tieni paragrafu |
Artikolu 12 |
Artikolu 195 |
Artikolu 13 |
Artikolu 113b(1) it-tieni subparagrafu |
46. Regolament (KE) Nru 1182/2007
Regolament (KE) Nru 1182/2007 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1 l-ewwel paragrafu |
Artikolu 1(1)(i) u (j) |
Artikolu 1 it-tieni paragrafu |
Artikolu 1(4) |
Artikolu 2(1) |
Artikolu 113a(1) |
Artikolu 2(2) |
Artikolu 113(1)(b) u (c) |
Artikolu 2(3) |
Artikolu 113(2)(a)(ii) |
Artikolu 2(4)(a) |
Artikolu 121(a) |
Artikolu 2(4)(b) |
Artikolu 113(2)(a) |
Artikolu 2(4)(c) |
Artikolu 113(2)(b) |
Artikolu 2(5) |
Artikolu 113a(2) |
Artikolu 2(6) |
Artikolu 113a(3) |
Artikolu 2(7) |
Artikolu 203a(7) |
Artikolu 3(1)(a) |
Artikolu 122(a) u (b) |
Artikolu 3(1)(b) |
Artikolu 125b(1)(a) |
Artikolu 3(1)(c)(i) |
Artikolu 122(c)(ii) |
Artikolu 3(1)(c)(ii) |
Artikolu 122(c)(i) |
Artikolu 3(1)(c)(iii) |
Artikolu 122(c)(iii) |
Artikolu 3(1)(d) |
Artikolu 125a(1) kliem introduttorju |
Artikolu 3(1)(e) |
Artikolu 122 |
Artikolu 3(2)-(5) |
Artikolu 125a |
Artikolu 4 |
Artikolu 125b |
Artikolu 5 |
Artikolu 125c |
Artikolu 6 |
Artikolu 125d |
Artikolu 7(1) u (2) |
Artikolu 125e |
Artikolu 7(3)-(5) |
Artikolu 103a |
Artikolu 8 |
Artikolu 103b |
Artikolu 9 |
Artikolu 103c |
Artikolu 10 |
Artikolu 103d |
Artikolu 11 |
Artikolu 103e |
Artikolu 12 |
Artikolu 103f |
Artikolu 13 |
Artikolu 103g |
Artikolu 14 |
Artikolu 125f |
Artikolu 15 |
Artikolu 125g |
Artikolu 16 |
Artikolu 125h |
Artikolu 17 |
Artikolu 125i |
Artikolu 18 |
Artikolu 125j |
Artikolu 19 |
Artikolu 184(4) |
Artikolu 20 |
Artikolu 123(3) |
Artikolu 21 |
Artikolu 125k |
Artikolu 22 |
Artikolu 176a |
Artikolu 23 |
Artikolu 125l |
Artikolu 24 |
Artikolu 125m |
Artikolu 25 |
Artikolu 125n |
Artikolu 26 |
Artikolu 128 |
Artikolu 27 |
Artikolu 129 |
Artikolu 28 |
Artikolu 130(1)(fa) u (fb) |
Artikolu 29 |
Artikolu 131 |
Artikolu 30 |
Artikolu 132 |
Artikolu 31 |
Artikolu 133 |
Artikolu 32 |
Artikolu 134 |
Artikolu 33 |
Artikolu 135 |
Artikolu 34 |
Artikolu 140a |
Artikolu 35(1)-(3) |
Artikolu 141 |
Artikolu 35(4) |
Artikolu 143 |
Artikolu 36 |
Artikolu 144 |
Artikolu 37 l-ewwel paragrafu |
Artikolu 145 |
Artikolu 37 t-tieni paragrafu, il-punti (a), (b) u (c) |
Artikolu 148 |
Artikolu 38 |
Artikolu 159 |
Artikolu 39 |
Artikolu 160 |
Artikolu 40 |
Artikolu 161(1)(da) u (db) |
Artikolu 41 |
Artikolu 174 |
Artikolu 42(a)(i) |
Artikolu 121(a) |
Artikolu 42(a)(ii) |
Artikolu 113a(3) |
Artikolu 42(a)(iii) |
Artikolu 121(a)(i) |
Artikolu 42(a)(iv) |
Artikolu 121(a)(ii) |
Artikolu 42(a)(v) |
Artikolu 121 (a)(iii) |
Artikolu 42(b)(i) |
Artikolu 127(e) |
Artikolu 42(b)(ii) |
Artikolu 103h(a) |
Artikolu 42(b)(iii) |
Artikolu 103h(b) |
Artikolu 42(b)(iv) |
Artikolu 103h(c) |
Artikolu 42(b)(v) |
Artikolu 103h(d) |
Artikolu 42(b)(vi) |
Artikolu 103h(e) |
Artikolu 42(c) |
Artikoli 127 u 179 |
Artikolu 42(d)-(g) |
Artikolu 194 |
Artikolu 42(h) |
Artikoli 134, 143(b) u 148 |
Artikolu 42(i) |
Artikolu 192 |
Artikolu 42(j) |
Artikolu 203a(8) |
Artikolu 43 l-ewwel paragrafu |
Artikoli 1(4) u 180 |
Artikolu 43 it-tieni paragrafu, il-punt (a) |
Artikolu 182(5) |
Artikolu 43, it-tieni paragrafu, il-punt (b) |
— |
Artikolu 43 t-tieni paragrafu, il-punt (c) |
Artikolu 182(6) |
Artikolu 44 |
Artikolu 192 |
Artikolu 45 |
Artikolu 190 |
Artikoli 46-54 |
— |
Artikolu 55 |
Artikolu 203a(1)-(6)” |