Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0331

    2008/331/KE: Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-23 ta’ April 2008 li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ l-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1572) (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    ĠU L 114, 26.4.2008, p. 97–98 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2008/331/oj

    26.4.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    L 114/97


    DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

    tat-23 ta’ April 2008

    li temenda l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija f’dak li għandu x’jaqsam ma’ stabbilimenti ta’ l-ipproċessar tal-ħalib fil-Bulgarija

    (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1572)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    (2008/331/KE)

    IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidrat l-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija, u b’mod partikolari l-ewwel sottoparagrafu tal-paragrafu (f) tat-Taqsima B tal-Kapitolu 4 ta’ l-Anness VI tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-Bulgarija ngħatat perjodi transizzjonali bl-Att ta’ Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija biex ċerti stabbilimenti ta’ l-ipproċessar tal-ħalib jikkonformaw mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 853/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 li jistabbilixxi regoli speċifiċi ta’ iġjene għall-ikel li ġej mill-annimali (1).

    (2)

    L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni ġie emendat mid-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2007/26/KE (2), 2007/689/KE (3) u 2008/209/KE (4).

    (3)

    Il-Bulgarija pprovdiet garanziji li stabbiliment ta’ l-ipproċessar tal-ħalib se jitqassamlu biss ħalib mhux ipproċessat li jkun konformi. Għalhekk dan l-istabbiliment għandu jitħassar minn Kapitolu II ta’ l-Appendiċi għal Anness VI.

    (4)

    L-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għandu għalhekk jiġi emendat skond dan.

    (5)

    Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina ta’ l-Ikel u s-Saħħa ta’ l-Annimali,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-istabbiliment elenkat fl-Anness tad-Deċiżjoni tħassar minn Kapitolu II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

    Magħmula fi Brussell, 23 ta’ April 2008.

    Għall-Kummissjoni

    Androulla VASSILIOU

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 139, 30.4.2004, p. 55; verżjoni bil-korrezzjonijiet fil-ĠU L 226, 25.6.2004, p. 22. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1243/2007 (ĠU L 281, 25.10.2007, p. 8).

    (2)  ĠU L 8, 13.1.2007, p. 35.

    (3)  ĠU L 282, 26.10.2007, p. 60.

    (4)  ĠU L 65, 8.3.2008, p. 18.


    ANNESS

    Stabbiliment tal-ħalib li jrid jitħassar minn Kapitolu II ta’ l-Appendiċi ta’ l-Anness VI ta’ l-Att ta’ l-Adeżjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija

    Reġjun ta’ Haskovo — Nru 26

    10.

    BG 2612047

    “Balgarsko sirene” OOD

    gr.Haskovo bul. “Saedinenie” 94


    Top