This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32008R0022
Commission Regulation (EC) No 22/2008 of 11 January 2008 laying down detailed rules for the Community scale for the classification of carcases of ovine animals (Codified version)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 22/2008 tal- 11 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini (Verżjoni kodifikata)
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 22/2008 tal- 11 ta’ Jannar 2008 li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini (Verżjoni kodifikata)
ĠU L 9, 12.1.2008, p. 6–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2008; Imħassar b' 32088R1249
12.1.2008 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 9/6 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 22/2008
tal-11 ta’ Jannar 2008
li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini
(Verżjoni kodifikata)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2529/2001 tad-19 ta’ Diċembru 2001 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-laħam tan-nagħaġ u l-laħam tal-mogħoż (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2137/92 tat-23 ta’ Lulju 1992 li jirrigwarda l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini u li jistabilixxi l-istandard ta’ kwalità Komunitarju għal karkassi tan-nagħaġ friski jew iffriżati u li jestendi r-Regolament (KEE) Nru 338/91 (2), u b’mod partikolari l-Artikoli 2, 4(3), 5, 6 u 7(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93 tas-26 ta’ Frar 1993 li jistipula regoli dettaljati għall-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini (3) ġie emendat b’mod sostanzjali (4). Għal iktar ċarezza u razzjonalità, l-imsemmi Regolament għandu jiġi kkodifikat. |
(2) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2137/92 kien jipprevedi standard ta’ klassifikazzjoni ta’ karkassi li japplika fil-Komunità kollha bil-għan li jtejjeb it-trasparenza tas-suq fis-settur tal-laħam tan-nagħaġ. Regoli dettaljati huma meħtieġa sabiex jiġu determinati l-prezzijiet tas-suq li huma stabbiliti a bażi ta’ dan l-istandard ta’ klassifikazzjoni. Għandhu jkun hemm provvediment sabiex jiġu stabbiliti l-prezzijiet tas-suq fl-istadju xieraq tal-proċess tal-kummerċjalizazzjoni. Dan l-istadju għandu jkun fid-dħul fil-biċċerija. Sabiex il-klassifikazzjoni uniformi tal-karkassi ta’ annimali ovini tiġi żgurata fil-Komunità, huwa neċessarju li jkun hemm definizzjonijiet ta’ klassijiet ta’ konformazzjoni, klassijiet ta’ grass u kulur iktar preċiżi. |
(3) |
Sistema ta’ rapportar ta’ prezzijiet għandha tiġi stabbilita a bażi tal-klassifikazzjoni magħmula fil-biċċeriji immedjatament wara l-qtil. Dan jirrikjedi identifikazzjoni korretta tal-karkassi. |
(4) |
Il-klassifikazzjoni għandha ssir minn staff li huwa kwalifikat biżżejjed. Għandu jkun hemm kontrolli effettivi sabiex jiġi verifikat kemm wieħed jista’ joqgħod fuq il- klassifikazzjoni u sabiex jiġi żgurat li qiegħda tiġi applikata b’mod omoġenju. |
(5) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 2137/92 jipprevedi li l-ispezzjoni fuq il-post għandha titmexxa minn grupp ta’ spezzjoni Kommunitarju, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta’ l-iskala ta’ klassifikazzjoni Kommunitarja fil-Komunità. |
(6) |
Huwa neċessarju li jiġu stipulati regoli dettaljati dwar il-kompożizzjoni tal-grupp u l-implimentazjoni ta’ l-ispezzjonijiet fuq il-post. |
(7) |
Il-miżuri msemmija f’dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta’Ġestjoni għan-Nagħaġ u l-Mogħoż, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-prezz tas-suq li għandu jiġi stabilit a bażi ta’ l-Iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni ta’ karkassi ta’ annimali ovini msemmija fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 għandu jkun il-prezz fid-dħul fil-biċċerija, nett tat-taxxa fuq valur miżjud imħallsa lill-fornitur tal-ħaruf ta’ oriġini Komunitarja. Dan il-prezz għandu jiġi espress għal kull 100 kg ta’ piż tal-karkassa ppreżentata skond il-preżentazzjoni ta’ referenza msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament bil-piż imkejjel u ikklassifikat fuq il-grampun fil-biċċerija.
2. Il-piż li għandu jiġi ikkonsidrat huwa l-piż tal-karkassa meta jkun sħun ikkoreġut sabiex jittieħed ukoll in konsiderazzjoni in-nuqqas fit-toqol meta jiksaħ. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-fatturi korrettivi li ntużaw.
3. Fil-każ fejn il-preżentazzjoni ta’ karkassi wara li jintiżnu u jkunu klassifikati fuq il-ganċ huwa differenti mill-preżentazzjoni tar-referenza, l-Istati Membri għandhom jaġġustaw l-użin tal-karkassa bl-applikazzjoni ta’ fatturi korrettivi kif għalih hemm dispożizzjoni fl-Artikolu 2 tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bil-fatturi korrettivi użati.
Iżda, għall-finijiet tal-kategoriji li għalihom jirreferi l-Anness III għar-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jikkwotaw il-prezzijiet kull 100 kg għall-preżentazzjoni tradizzjonali ta’ dawn il-karkassi. F’dan il-każ, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni bid-differenzi bejn din il-preżentazzjoni u l-preżentazzjoni tar-referenza.
Artikolu 2
1. L-Istati Membri li l-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ tagħhom taqbeż il-200 tunnellata fis-sena għandhom jibgħatu lill-Kummissjoni lista kunfidenzjali tal-biċċeriji jew stabilimenti oħra li jipparteċipaw fl-iffissar tal-prezzijiet skond l-Iskala Komunitarja (minn hawn ‘il quddiem msejħa “stabbilimenti parteċipanti” flimkien ma’ indikazjoni ta’ l-ammont approssimattiv ta’ materjal li jiġi ipproċessat fis-sena minn dawn l- istabilimenti parteċipanti.
2. L-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jikkomunikaw lill-Kumissjoni l-iktar tard kull nhar ta’ Ħamis, il-prezz medju fl-ewro jew fil-munita nazzjonali ta’ kull kwalità ta’ ħaruf fl-iskali Komunitarji għall-istabilimenti parteċipanti kollha reġistrati matul il-ġimgħa ta’ qabel il-ġimgħa meta tingħata l-informazjoni, flimkien ma’ indikazjoni tad-daqs ta’ kull kwalità. Madanakollu, jekk kwalità tkun inqas minn 1 % tat-total, il-prezzijiet m’għandhomx għalfejn jiġu rapportati. L-Istati Membri għandhom jibgħatu wkoll lill-Kumissjoni l-prezz medju a bażi ta’ piż għall-ħaruf klassifikat kollu f’kull skala użata għall-iskopijiet ta’ rapportar ta’ prezzjiet.
Madanakollu, l-Istati Membri huma awtorizzati sabiex jissoddividu l-prezz rapportat għal kull waħda mill-klassijiet ta’ konformazzjoni u kisi ta’ grass msemmija fl-Anness I a bażi ta’ piż. Il-kelma “kwalità” tfisser il-kombinazzjoni ta’ klassi ta’ konformazzjoni u kisi ta’ grass.
Artikolu 3
Id-dispożizzjonijiet addizzjonali msemmija fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 għandhom ikunu kif elenkati fl-Anness I għal dan ir-Regolament għall-klassijiet ta’ konformazzjoni u koperta ta’ grass. Il-kulur tal-laħam, msemmi fl-Anness III tar- Regolament (KEE) Nru 2137/92, għandu jiġi stabilit fuq il-koxxa fir-“rectus abdominis” b’ referenza għal chart ta’ kuluri standardizzata.
Artikolu 4
1. Il-klassifikazzjoni għandha ssir ta’ mill-iktar tard siegħa wara l-qtil.
2. L-identifikazzjoni msemmija fl-l-Artikolu 4(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 ta’ karkassi jew nofs karkassi klassifikati skond l-iskala Komunitarja għall-klassifikazzjoni tal- karkassi ta’ annimali ovini fi stabilimenti parteċipanti għandha ssir permezz ta’ marka li tindika l-kategorija u l-klassi ta’ konformazzjoni u kisi ta’ grass.
Dan l-imarkar għandu jsir permezz ta’ stampar, u għandha tintuża inka indelibbli u mhux tossika skond metodu approvat mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti.
Il-kategoriji għandhom ikunu msemmijin hekk:
(a) |
L: karkassi ta’ nagħaġ taħt l-età ta’ tnax il-xagħar (ħaruf); |
(b) |
S: karkassi ta’ nagħaġ oħrajn. |
3. L-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw is-sostituzzjoni ta’ l-immarkar bl-użu ta’ tikketti li ma jistgħux jinbidlu u li jeħlu sew.
Artikolu 5
1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klassifikazzjoni ssir minn tekniċi li huma suffiċjentement kwalifikati. L-Istati Membri għandhom jistabilixxu dawn il-persuni permezz ta’ proċedura ta’ ftehim jew billi jinnominaw awtorità responsabbli għal dan il-għan.
2. Il-klassifikazzjoni mill-istabilimenti parteċipanti għandha tiġi kontrollata fuq il-post mingħajr twissija minn awtorità nominata mill-Istat Membru u indipendenti mill-istabbiliment parteċipanti. Dawn il-kontrolli għandhom isiru mill-inqas darba kull tlett xhur fl-istabbilimenti kollha parteċipanti u li jħaddmu klassifikazzjoni u għandhom jiffokaw fuq ta’ mill-inqas 50 karkassa magħżulin arbitrarjament.
Madanakollu, jekk l-awtorità responsabbli għall-kontrolli hija l-istess waħda responsabbli għall-klassifikazzjoni jew jekk ma jaqax taħt l-awtorità ta’ awtorità pubblika, il-kontrolli msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom isiru taħt is-sorveljanza fiżika ta’ awtorità pubblika taħt l-istess kundizzjonijiet u ta’ mill-inqas darba f’sena. L-awtorità pubblika għandu jiġi informat regolarment bis-sejbiet ta’ l-awtorità responsabbli għall-kontrolli.
Artikolu 6
Il-grupp ta’ spezzjoni tal-Komunità previst fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KEE) Nru 2137/92 (minn issa ‘l quddiem msejjaħ “il-Grupp”) għandu jkun responsabbli biex iwettaq spezzjonijiet fuq il-post, li jinkludu:
(a) |
l-applikazzjoni ta’ l-arranġamenti li jirrigwardaw l-iskala ta’ klassifikazzjoni Komunitarja għall-karkassi ovini; |
(b) |
li jiġu stabiliti prezzijiet tas-suq skond l-iskala ta’ klassifikazzjoni. |
Artikolu 7
Il-Grupp għandu jiġi presedut minn wieħed mill-esperti tal-Kumissjoni. L-Istati Membri għandhom jaħtru esperti a bażi ta’ l-indipendenza tagħhom u l-ħila tagħhom fil-qasam ta’ klassifikazzjoni tal-karkassi u l-iffissar ta’ prezzijiet tas-suq.
L-esperti ma jistaw taħt ebda ċirkustanza jużaw għal skopijiet personali jew ixerrdu informazjoni miksuba in konnessjoni max-xogħol tal-Grupp.
Artikolu 8
Spezzjonijiet fil-post għandhom isiru minn delegazzjoni tal-grupp ta’ mhux aktar minn seba ‘ membri. Għal dan il-għan huwa għandu jkun magħmul fi qbil mar-regoli li ġejjin:
(a) |
mill-inqas żewġ esperti tal-Kummissjoni, wieħed minnhom għandu jkun il-president tad-delegazzjoni; |
(b) |
espert ta’ l-Istat Membru konċernat; |
(ċ) |
l-aktar erba’ esperti minn Stati Membri oħra. |
Artikolu 9
1. Spezzjonijiet fil-post għandhom isiru ta’ spiss u l-frekwenza tagħhom tista’ tvarja speċjalment skond il-volum relattiv tal-produzzjoni tal-laħam tan-nagħaġ fl-Istati Membri li tkun saritilhom żjara jew għal problemi marbuta ma’ l-applikazzjoni tat-tabella.
Fejn meħtieġ l-ispezzjonijiet jistgħu jkunu segwiti bi żjarat supplementari. Fi żjajjar bħal dawn id-daqs tad-delegazzjoni jista’ jitnaqqas.
2. Il-programm ta’ żjarat ta’ spezzjoni għandu jitħejja mill-Kumissjoni wara li tikkonsulta lill-Istati Membri. Rappreżentanti ta’ l-Istat Membru fejn issir iż-żjara jistgħu jattendu għall-ispezzjonijiet.
3. Kull Stat Membru għandu jorganizza ż-żjariet li għandhom isiru fit-territorju tiegħu skond il-ħtiġijiet definiti mill-Kumissjoni. Għal dak il-għan, l-Istat Membru għandu jibgħat, 30 ġurnata qabel iż-żjara, programm dettaljat taż-żjarat ta’ spezzjoni proposti lill-Kummissjoni, li tista’ jirrekjedi emendi fil-programm.
4. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istati Membri kemm jista’ jkun qabel kull żjara bil-programm u l-medda tiegħu.
5. Meta jitlestew dawn iż-żjarat, il-membri tad-delegazzjoni u r-rappresentanti ta’ l-Istati Membri fejn ikunu saru ż-żjarat għandhom jiltaqgħu sabiex jikkonsidraw ir-riżultati. Il-membri tad-delegazzjoni għandhom mbagħad jiġbdu l-konklużjonijiet miż-żjara li jikkonċernaw il-punti msemmija fl-Artikolu 6.
6. Il-president tad-delegazzjoni għandu jfassal rapport li jkun fih dettalji taż-żjara u tal-konklużjonijiet li għalihom jirreferi l-paragrafu 5. Ir-rapport għandu jintbagħat mingħajr dewmien lill-Istat Membru li jkunu żaru, u wara lill-Istati Membri l-oħra.
Artikolu 10
L-ispejjeż ta’ vjaġġar u ta’ l-għixien tal-membri tal-Grupp għandhom jitħallsu mill-Kummissjoni skond ir-regoli applikabbli għar-radd lura ta’ spejjeż ta’ vjaġġar u ta’ l-għixien ta’ persuni li m’għandhomx konnessjonijiet mal-Kumissjoni li jissejħu minnha sabiex jaġixxu ta’ esperti.
Artikolu 11
Ir-Regolament (KEE) Nru 461/93 hu mħassar.
Referenzi għar-Regolament li ġie mħassar għandhom jinftiehmu bħala referenzi għal dan ir-Regolament u għandhom jinqraw skond it-tabella ta’ korrelazzjoni fl-Anness III.
Artikolu 12
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Jannar 2008.
Għall-Kummissjoni
José Manuel BARROSO
Il-President
(1) ĠU L 341, 22.12.2001, p. 3. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1913/2005 (ĠU L 307, 25.11.2005, p. 2). Ir-Regolament (KE) Nru. 2529/2001 ser jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1) mill-1 ta’ Lulju 2008.
(2) ĠU L 214, 30.7.1992, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1791/2006 (ĠU L 363, 20.12.2006, p. 1). Ir-Regolament (KEE) Nru. 2137/92 ser jiġi sostitwit bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 mill-1 ta’ Jannar 2009.
(3) ĠU L 49, 27.2.1993, p. 70. Ir-Regolament kif emendat bir-Regolament (KE) Nru 823/98 (ĠU L 117, 21.4.1998, p. 2).
(4) Ara l-Anness II.
ANNESS I
1. Struttura
Żvilupp tal-profili tal-karkassi, u, b'mod partikolari l-partijiet essenzjali (kwarti ta' wara, dahar, spallejn).
Klassi ta' struttura |
Disposizzjonijiet addizzjonali |
S Superjuri |
Kwarti ta' wara: b'muskolatura doppja. Profili konvessi ħafna Dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna, oħxon ħafna Spalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna |
E Eċċellenti |
Kwarti ta' wara: ħoxnin ħafna. Profili konvessi ħafna Dahar: konvess ħafna, wiesa' ħafna u oħxon ħafna sa l-ispalla Spalla: konvessa ħafna u ħoxna ħafna |
U Tajjeb ħafna |
Kwarti ta' wara: ħoxnin. Profili konvessi ħafna Dahar: wiesa' u oħxon sa l-ispalla Spalla: ħoxna u konvessa |
R Tajjeb |
Kwarti ta' wara: Profili prinċipalment dritti Dahar: oħxon iżda anqas wiesa' lejn l-ispalla Spalla: żvilupp tajjeb iżda anqas ħoxna |
O Passabbli |
Kwarti ta' wara: Profili jkunu xi ftit konkavi Dahar: mhux wiesa' jew oħxon Spalla: Pjuttost dejqa. Mhux ħoxna |
P Batut |
Kwarti ta' wara: Profili minn konkavi sa konkavi ħafna Dahar: dejjaq u konkav bl-għadam jidher Spalla: dejqa, ċatta u bl-għadam jidher |
2. Grad ta' kisi ta' grass
Ammont ta' grass fuq il-partijiet esterni u interni tal-karkassa.
Klassi ta' kisi ta' grass |
Disposizzjonijiet addizzjonali (1) |
||
1. Baxx |
Estern |
Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass |
|
Intern |
Addominali |
Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass fuq il-kliewi |
|
Toraċiċi |
Traċċi li jidhru ta' grass jew ma jidher ebda grass bejn il-kustilji |
||
2. Ftit |
Estern |
Saff ħafif ta' grass ikopri partijiet tal-karkassa iżda jista' jkun jidher anqas fuq ir-riġlejn |
|
Intern |
Addominali |
Traċċi ta' grass jew saff ħafif ta' grass jiksi parti mill-kliewi |
|
Toraċiċi |
Il-muskoli jidhru ċari bejn il-kustilji |
||
3. Medju |
Estern |
Saff ħafif ta' grass ikopri l-parti l-kbira tal-karkassa jew kollha kemm hi. Żoni ta' grass kemm kemm ħoxnin fuq il-bażi tad-denb |
|
Intern |
Addominali |
Saff ħafif ta' grass ikopri parti mill-kliewi jew kollha kemm huma |
|
Toraċiċi |
Il-muskoli jkunu għadhom jidhru bejn il-kustilji |
||
4. Għoli |
Estern |
Saff oħxon ta' grass ikopri l-parti l-kbira tal-karkassa iżda jista' jkun anqas lejn ir-riġlejn u eħxen lejn l-ispallejn |
|
Intern |
Addominali |
Il-kliewi jkunu miksija bix-grass |
|
Toraċiċi |
Il-muskoli bejn il-kustilji jistgħu jkunu nfiltrati bix-grass. Ikunu jidhru depsoiti ta' grass fuq il-kustilji |
||
5. Għoli ħafna |
Estern |
Kopertura ħoxna ħafna ta' grass Rqajja' ta' grass li jidhru sporadikament |
|
Intern |
Addominali |
Il-kliewi jkunu miksija b'saff oħxon ta' grass |
|
Toraċiċi |
Il-muskoli bejn il-kustilji jkunu nfiltrati bix-grass, Ikunu jidhru depsoiti ta' grass fuq il-kustilji |
(1) Id-disposizzjonijiet addizzjonali għall-kavità addominali ma jgħoddux għall-finijiet ta' l Anness III li jinsab mar-Regolament (KEE) Nru 2137/92.
ANNESS II
Regolament imħassar flimkien ma’ l-emendi tiegħu
Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 461/93 |
|
Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 823/98 |
ANNESS III
Tabella ta’ Korrelazzjoni
Regolament (KEE) Nru 461/93 |
Dan ir-Regolament |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(1) u (2) |
Artikolu 1(3), l-ewwel u it-tieni sentenza |
Artikolu 1(3), l-ewwel paragrafu |
Artikolu 1(3), it-tielet u r-raba' sentenza |
Artikolu 1(3), it-tieni paragrafu |
Artikoli 2 u 3 |
Artikoli 2 u 3 |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(1) |
Artikolu 4(2), l-ewwel u t-tieni paragrafu |
Artikolu 4(2), l-ewwel u t-tieni paragrafu |
Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, sentenza ta’ introduzzjoni |
Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, sentenza ta’ introduzzjoni |
Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, l-ewwel inċiż |
Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, punt (a) |
Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, it-tieni inċiż |
Artikolu 4(2), it-tielet paragrafu, punt (b) |
Artikolu 4(3) |
Artikolu 4(3) |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikoli 5, 6 u 7 |
Artikolu 8(1), parti introduttiva |
Artikolu 8, parti introduttiva |
Artikolu 8(1), l-ewwel inċiż |
Artikolu 8(a) |
Artikolu 8(1), it-tieni inċiż |
Artikolu 8(b) |
Artikolu 8(1), it-tielet inċiż |
Artikolu 8(ċ) |
Artikolu 8(2) |
— |
Artikolu 9(1), l-ewwel paragrafu, l-ewwel sentenza |
Artikolu 9(1), l-ewwel paragrafu |
Artikolu 9(1), l-ewwel paragrafu, it-tieni u it-tielet sentenza |
Artikolu 9(1), it-tieni paragrafu |
Artikolu 9(1), it-tieni paragrafu |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9(2) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 9(3) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 9(4) |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 9(5) |
Artikolu 9(6) |
Artikolu 10 |
Artikolu 10 |
— |
Artikolu 11 |
Artikolu 11 |
Artikolu 12 |
Anness |
Anness I |
— |
Anness II |
— |
Anness III |