Wählen Sie die experimentellen Funktionen, die Sie testen möchten.

Dieses Dokument ist ein Auszug aus dem EUR-Lex-Portal.

Dokument 32006R0600

600/2006/KE: Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 600/2006 tat- 18 ta’ April 2006 dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

ĠU L 106, 19.4.2006, S. 5-6 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 330M, 28.11.2006, S. 342-343 (MT)

Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

Rechtlicher Status des Dokuments In Kraft

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2006/600/oj

28.11.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

342


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 600/2006

tat-18 ta’ April 2006

dwar il-klassifikazzjoni ta' ċerti merkanziji fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWOPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura ta’ l-istatistika u tariffarja u dwar it-Tariffa Doganali Komuni (1), u partikolarment l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri li jirrigwardaw il-klassifikazzjoni ta' l-oġġetti riferiti fl-Anness ma' dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawn ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hi kompletament jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi sottodivizjoni addizzjonali magħha u li hi stabbilita permezz ta' dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-ħsieb ta’ l-applikazzjoni ta’ tariffa jew miżuri oħra dwar il-kummerċ merkantili.

(3)

Skond dawn ir-regoli ġenerali, il-merkanziji deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella ppreżentata fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati taħt il-kodiċi NM indikata fil-kolonna 2, bis-saħħa tar-raġunijiet ippreżentati fil-kolonna 3.

(4)

Hu xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tat-tariffa li torbot li nħarġet mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri rigward il-klassifikazzjoni ta' merkanzija fin-Nomenklatura Magħquda iżda li mhijiex skond dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tkompli tkun evokata mid-detentur, skond l-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f’dan il-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 tat-tabella imniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikat fil-kolonna 2 ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri, li mhijiex skond dan ir-Regolament, tista' tkompli tiġi evokata għal perjodu ta' tliet xhur skond l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, nhar it-18 ta’ April 2006.

Għall-Kummissjoni

Laszlo KOVACS

Membru tal-Kummissjoni


(1)  ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1. Ir-Regolament kif emendat mir-Regolament (KE) Nru 486/2006 (ĠU L 88, 25.3.2006, p. 1).

(2)  ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1. Regolament kif finalment emendat bir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 648/2005 (ĠU L 117, tas-4.5.2005, p. 13).


ANNESS

Deskrizzjoni

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Prodott li jikkonsisti f’likwidu bla sediment, aħmar skur u bla ragħwa. Għandu qawwa alkoħolika ta’ 16 % bil-volum, bejn wieħed u ieħor, li minnhom, skond l-analiżi tal-laboratorju, mill-anqas nofsu ma jsirx mid-distillazzjoni ta’ l-inbid.

Il-prodott jinkiseb mill-għeneb magħsur li waqt il-fermentazzjoni jiżdidulu z-zokkor (zokkor ta’ oriġini botanika differenti minn dik ta' l-għeneb) u l-alkoħol etiliku li jinkiseb mill-qamħirrum.

Valuri tal-parametri differenti:

:

total tal-kontenut taz-zokkor

:

169,7 g/l

:

aċidu ċitriku

:

1,4 g/l

:

aċidu tartariku

:

1,4 g/l

:

aċidu tat-tuffieħ

:

0,2 g/l

:

aċidu aċetiku

:

0,3 g/l

It-togħma tal-prodott hi ħelwa, kemmxejn qarsa, ta’ ħarr, aromatika, u kemmxejn imħawra.

Il-prodott hu intenzjonat għall-konsum dirett bħala xarba. Huwa ppreżentat fi fliexken li jesgħu 0,75 l.

2206 00 59

Il-klassifikazzjoni hija determinata permezz tad-dispożizzjonijiet tar-Regoli Ġenerali 1u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda, b’Nota Addizzjonali 5(ċ) għall-Kapitlu 22 u l-kliem tal-kodiċi 2206 00 u 2206 00 59 tan-NM.

Il-prodott jibqa’ klassifikat f’subtitlu 2206 anke meta msaħħaħ bl-alkoħol minħabba li jżomm il-karattru ta’ prodott li jaqa’ f’dan is-subtitlu (ara n-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2206 ).

Il-prodott ma jistax ikun ikklassifikat bħala inbid ieħor f’ subtitlu 2204 minħabba l-livelli għolja ta’ aċidu ċitriku u zokkor, li jbiddlu l-karattru ta’ inbid ta’ l-għeneb magħsur f’subtitlu 2204 .

Il-test tan-Noti ta’ Spjega SA għal subtitlu 2204 , par.1, punt(4), jiddeskrivi inbejjed għad-deżerti (jew likur) kif f’xi każijiet imsaħħin biż-żieda ta’ l-alkoħol. Madankollu, il-prodott ma jistax ikun meqjus bħala inbid likur skond l-iskop tas- subtitlu 2204 minħabba li skond in-Nota Addizzjonali 5 (ċ) għall-Kapitlu 22 hija aċċettata biss iż-żieda ta’ prodott li jinkiseb mid-distillazzjoni ta’ l-inbid.


nach oben