EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005R1300

Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1300/2005 tat- 3 ta’ Awissu 2005 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 27/2005, fir-rigward ta' l-aringi, il-kavalli, is-sawrell, l-ingwanta u l-bastimenti involuti f'sajd illegali

ĠU L 207, 10.8.2005, p. 1–9 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 168M, 21.6.2006, p. 21–29 (MT)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2005/1300/oj

21.6.2006   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea

21


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (KE) Nru 1300/2005

tat-3 ta’ Awissu 2005

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 27/2005, fir-rigward ta' l-aringi, il-kavalli, is-sawrell, l-ingwanta u l-bastimenti involuti f'sajd illegali

IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 ta' l-20 ta' Diċembru 2002 dwar il-konservazzjoni u l-isfruttar sostenibbli tar-riżorsi tas-sajd skond il-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 27/2005 (2) jiddetermina għall-2005 l-opportunitajiet ta' sajd u l-kundizzjonijiet assoċjati magħhom għal ċertu ħażniet ta' ħut u gruppi ta' ħażniet ta' ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Komunità u, għall-bastimenti Komunitarji, f'ilmijiet fejn hemm rekwiżiti ta' limiti ta' qbid.

(2)

Il-Kummissjoni Internazzjonali tas-Sajd fil-Baħar Baltiku (IBSFC) f'Settembru 2004 adottat rakkomandazzjoni biex l-opportunitajiet ta' sajd għall-aringi jiġu miżjuda b'10 000 tunnellata għall-2004 fl-Unità ta' Ġestjoni 3, ħaġa li jkollha l-effett li tagħti lill-Finlandja 8 199 tunnellata addizzjonali ta' opportunitajiet ta' sajd għall-aringi. Din ir-rakkomandazzjoni ma saretx parti mil-leġislazzjoni Komunitarja. B' konsegwenza ta' dan, il-Finlandja fl-2004 qabżet il-kwota tas-sajd tagħha b'7 856 tunnellata, minħabba li t-tunnellati addizzjonali ma ġewx allokati. Fir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 776/2005 tad-19 ta' Mejju 2005 li jadatta ċerti kwoti ta' ħut għall-2005 skond ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 847/96 li introduċa kundizzjonijiet addizzjonali għall-ġestjoni minn sena għall-oħra tat-TAC u l-kwoti (3), fl-2005 l-kwota Finlandiża għall-aringi tnaqqset b'7 856 tunnellata minħabba l-qbid żejjed. Il-kwota Finlandiża għall-aringi fis-subdiviżjoni 30-31 għaldaqstant għandha tiġi miżjuda b'7 856 tunnellata, ġaladarba t-tnaqqis kien dovut għall-fatt li r-rakkomandazzjoni ta' l-IBSFC ma ġietx implimentata fil-leġislazzjoni Komunitarja. Din l-emenda mhijiex se jkollha l-effett li żżid il-kwantità ta' aringi li għandha taqbad il-Finlandja matul l-2005.

(3)

It-total tal-qbid disponibbli (TAC) adottat għall-kavall fiż-żona ta' ġestjoni IIa (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa,b,d,e, XII, XIV għandu jkopri ilmijiet tal-KE u l-ilmijiet internazzjonali ta' Vb sabiex jiġi evitat l-irrappurtar ħażin. Iż-żona ta' ġestjoni għandha għaldaqstant tiġi emendata f'dan is-sens.

(4)

It-TAC adottat għas-sawrell fiż-żona ta' ġestjoni Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa,b,d,e, XII, XIV għandu jkopri ilmijiet tal-KE u l-ilmijiet internazzjonali ta' Vb sabiex jiġi evitat l-irrappurtar ħażin. Iż-żona ta' ġestjoni għandha għaldaqstant tiġi emendata f'dan is-sens.

(5)

Fid-dawl ta' pariri xjentifiċi ġodda it-TAC għall-ingwanta komuni jista' jiżdied għal 900 tunellata fiż-żoni ta' amministrazzjoni IIIa, IIIb,ċ,d (ilmijiet KE). It-TAC għandu għalhekk jiġi emendat għaldaqstant.

(6)

Sabiex jiġi permess l-użin ta' l-aringi, il-kavall u s-sawrell wara t-trasport mill-port fejn il-qabdiet ikunu nħattu l-art, għandhom jiġu implimentati miżuri kumplementari fl-2005.

(7)

Skond ir-Reġistru miftiehem tal-Konklużjonijiet tal-Konsultazzjonijiet tas-Sajd bejn il-Komunita' Ewropea u n-Norveġja għall-2005 il-partijiet għandhom aċċess għas-sajd ta' 50 000 tunellata tal-kwoti rispettivi ta' aringi tal-baħar tat-tramuntana fl-ilmijiet tal-parti l-oħra tad-Diviżjonijiet IVa u IVb. Dawn il-kwantitajiet jistgħu jiżdiedu b' 10 000 tunellata jekk meħtieġ. B' ittra tad-29 ta' Ġunju 2005 in-Norveġja talbet għal din iż-żieda. Il-Komunita' preżentat talba simili. Huwa għalhekk xieraq li jiġu implimentati dawn it-tibdiliet fil-leġislazzjoni Komunitarja.

(8)

F'Mejju 2005, il-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tat-Tramuntana (NEAFC) għamlet rakkomandazzjoni biex għadd ta' bastimenti jitniżżlu fil-lista ta' bastimenti li jkun ġie kkonfermat li jkunu involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat. Rakkomandazzjoni dwar miżuri li kellhom jiġu applikati fuq bastimenti bħal dawn ġiet adottata fi Frar 2004. L-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet fl-ordni legali Komunitarju għandha tiġi żgurata.

(9)

Minħabba l-urġenza tal-kwistjoni, huwa essenzjali li tingħata deroga għall-perjodu ta' sitt ġimgħat imsemmi f'paragrafu I(3) tal-Protokoll dwar ir-rwol tal-Parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea, anness għat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u għat-Trattati li jistabbilixxu l-Komunitajiet Ewropej.

(10)

Ir-Regolament (KE) Nru 27/2005 għandu għalhekk jiġi emendat f'dan is-sens.

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi IA, IB u III tar-Regolament (KE) Nru 27/2005 huma hawn emendati skond l-Anness ma' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussel, nhar it-3 ta’ Awissu 2005.

Għall-Kunsill

Il-President

J. STRAW


(1)  ĠU L 358, 31.12.2002, p. 59.

(2)  ĠU L 12, 14.1.2005, p. 1.

(3)  ĠU L 130, 24.5.2005, p. 7.


ANNESS

L-Annessi għar- Regolament (KE) Nru 27/2005 huma emendati kif ġej:

1)

Fl-Anness IA:

Il-punt dwar l-ispeċi Aringa fis-Subdiviżjoni 30-31 taż-żona huwa mibdul b'dan li ġej:

“Speċi:

:

Aringa

Clupea harengus

Żona:

:

Sub-diviżjonijiet 30-31

HER/3D30.; HER/3D31.

Il-Finlandja

60 327

 

L-Isvezja

11 529

 

KE

71 856

 

TAC

71 856

TAC analitiku fejn ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.”

2)

Fl-Anness IB:

(a)

Il-punt dwar l-ispeċi aringa fiż-żona IV tramuntana ta' 53°30' qed jinbidel b' dan li ġej:

“Speċi:

:

Aringi (1)

Clupea Harengus

Żona:

:

IV tramuntana ta’ 53°30' N

HER/4AB

Danimarka

95 211

 

Ġermanja

57 215

 

Franza

20 548

 

Olanda

56 745

 

Svezja

5 443

 

Renju Unit

70 395

 

KE

305 557

 

Norveġja

60 000  (2)

 

TAC

535 000

TAC analitiku fejn ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(b)

Il-punt dwar l-ispeċi Kavall fiż-żona IIa (ilmijiet mhux tal-KE), Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV huwa mibdul b'dan li ġej:

“Speċi:

:

Kavalli

Scomber scombrus

Żona:

:

IIa (ibħra mhux tal-KE), Vb (ibħra tal-KE u ibħra internazzjonali), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV

MAC/2CX14-

Il-Ġermanja

13 845

 

Spanja

20

 

L-Estonja

115

 

Franza

9 231

 

L-Irlanda

46 149

 

Il-Latvja

85

 

Il-Lituwanja

85

 

L-Olanda

20 190

 

Il-Polonja

844

 

Ir-Renju Unit

126 913

 

KE

217 477

 

In-Norveġja

8 500  (3)

 

Il-Gżejjer Faroe

3 322  (4)

 

TAC

420 000  (5)

TAC analitiku fejn ma japplikawx l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(ċ)

Il-punt dwar l-ispeċi Ingwanta komuni fiż-żona IIIa, IIIb,ċ,d (ilmijiet KE) qed jiġi mibdul b' dan li ġej:

“Speċi:

:

Ingwanta komuni

Solea solea

Żona:

:

IIIa, IIIb ċ d (ilmijiet tal-KE)

SOL/3A/BCD

Danimarka

755

 

Ġermanja

44

 

Olanda

73

 

Svezja

28

 

KE

900

 

TAC

900

TAC analitiku fejn japplikaw l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.”

(d)

Il-punt dwar l-ispeċi Sawrell fiż-żona Vb (ilmijiet tal-KE), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV huwa mibdul b'dan li ġej:

“Speċi:

:

Sawrell

Trachurus spp.

Żona:

:

Vb (ibħra tal-KE u ibħra internazzjonali), VI, VII, VIIIa, b, d, e, XII, XIV

JAX/578/14

Id-Danimarka

12 088

 

Il-Ġermanja

9 662

 

Spanja

13 195

 

Franza

6 384

 

L-Irlanda

31 454

 

L-Olanda

46 096

 

Il-Portugall

1 277

 

Ir-Renju Unit

13 067

 

KE

133 223

 

Il-Gżejjer Faroe

4 955  (7)  (8)

 

TAC

137 000

TAC analitiku fejn japplikaw l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament (KE) Nru 847/96.

(3)

Fl-Anness III:

(a)

Il-punt 9 huwa mibdul b'dan li ġej:

“9.   Proċeduri għall-ħatt l-art u l-użin ta’ aringi, kavalli u sawrell

9.1   Ambitu

9.1.1

Il-proċeduri li ġejjin japplikaw għall-ħatt l-art fil-Komunità Ewropea minn bastimenti tal-Komunità u minn pajjiżi terzi ta' kwantitajiet, għal kull ħatt l-art, li jaqbżu l-10 tunnellati ta' aringi, kavalli u sawrell, jew taħlita tagħhom, maqbuda fi:

(a)

għall-aringi, is-Subżoni I, II, IV, VI u VII u d-Diviżjonijiet III a u Vb ta' l-ICES;

(b)

għall-kavalli u s-sawrell, fis-Subżoni III, IV, VI u VII u d-Diviżjoni IIa ta' l-ICES.

9.2   Portijiet magħżula

9.2.1

Il-ħatt l-art imsemmi fil-punt 9.1 huwa permess biss f'portijiet magħżula.

9.2.2

Kull Stat Membru kkonċernat għandu jgħarraf lill-Kummissjoni b'bidliet fil-lista ta' portijiet magħżula li ġiet ikkomunikata fl-2004, li fihom jista' jsir il-ħatt l-art ta' aringi, kavalli u sawrell, kif ukoll b'bidliet fil-proċeduri ta' spezzjoni u sorveljanza għal dawk il-portijiet, inklużi t-termini u l-kundizzjonijiet għall-irreġistrar u r-rappurtar tal-kwantitajiet ta' kull speċi u stokk imsemmi/ja fil-punt 9.1.1, f'kull ħatt l-art. Dawk il-bidliet iridu jiġu kkomunikati għall-inqas 15-il jum qabel ma jidħlu fis-seħħ. Il-Kummissjoni tikkomunika din l-informazzjoni, flimkien mal-portijiet deżinjati minn pajjiżi terzi, lill-Istati Membri kkonċernati kollha.

9.3   Dħul fil-port

9.3.1

Il-kaptan ta' bastiment tas-sajd imsemmi fil-punt 9.1.1 jew ir-rappreżentant tiegħu jeħtieġlu jgħarraf lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru li fih għandu jinħatt l-art il-ħut, talanqas 4 sigħat qabel id-dħul fil-port ta' l-Istat Membru kkonċernat fejn għandu jsir il-ħatt l-art b'dan li ġej:

(a)

il-port li biħsiebu jidħol fih, l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment;

(b)

il-ħin li fih mistenni jasal f'dak il-port;

(ċ)

il-kwantitajiet f'kilogrammi ta' piż ħaj għal kull speċi miżmuma abbord;

(d)

iż-żona ta' ġestjoni, skond l-Anness I ta' dan ir-Regolament, fejn tkun saret il-qabda.

9.4   Rilaxx

9.4.1

L-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat jesiġu li r-rilaxx ma jibdiex sakemm tingħata l-awtorizzazzjoni.

9.5   Ġurnal ta' abbord

9.5.1

B'deroga mid-dispożizzjonijiet tal-punt 4.2 ta' l-Annes IV tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83, immedjatament mal-wasla fil-port, il-kaptan ta' bastiment tas-sajd jeħtieġlu jressaq il-paġna jew il-paġni rilevanti tal-ġurnal ta' abbord kif mitlub mill-awtorità kompetenti fil-port tal-ħatt l-art.

Il-kwantitajiet miżmuma abbord, innotifikati qabel il-ħatt l-art kif imsemmi fil-punt 9.3.1.(c), jeħtieġ li jkunu daqs il-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord wara li jiġi konkluż.

B'deroga mid-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KEE) Nru 2807/83, il-marġni permess ta' tolleranza fl-estimi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-kwantitajiet, f'kilogrammi, ta' ħut miżmuma abbord huwa ta' 8%;

9.6   L-użin tal-ħut frisk

9.6.1

Ix-xerrejja kollha tal-ħut frisk jeħtiġilhom jiżguraw li l-kwantitajiet kollha li jirċievu jintiżnu fuq sistemi approvati mill-awtoritajiet kompetenti. L-użin isir qabel ma l-ħut jiġi magħżul, ipproċessat, maħżun, u ttrasportat mill-port tal-ħatt l-art jew mibjugħ mill-ġdid. Il-figura li tirriżulta mill-użin tintuża sabiex jimtlew id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u n-noti ta' bejgħ.

9.6.2

Fid-determinazzjoni tal-piż, kull tnaqqis għall-ilma m'għandux jaqbeż it-2%.

9.7   L-użin ta' ħut frisk wara t-trasport

9.7.1

B'deroga mill-punt 9.6.1 l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-ħut frisk jintiżen wara t-trasport mill-port tal-ħatt l-art, sakemm il-ħut jiġi ttrasportat lejn destinazzjoni fl-Istat Membru li ma tkunx imbiegħda aktar minn 60 kilometru mill-port tal-ħatt l-art, u sakemm:

(a)

It-tanker li fih jiġi ttrasportat il-ħut ikun akkumpanjat minn spettur mill-post tal-ħatt l-art sal-post fejn il-ħut jintiżen, jew

(b)

fil-post tal-ħatt l-art, l-awtoritajiet kompetenti jagħtu l-approvazzjoni tagħhom biex il-ħut jiġi ttrasportat, suġġetta għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(i)

immedjatament qabel ma t-tanker jitlaq mill-port tal-ħatt l-art, ix-xerrej jew l-aġent tiegħu jagħti dikjarazzjoni miktuba lill-awtoritajiet kompetenti, li fiha jsemmi l-ispeċi tal-ħut u l-isem tal-bastiment li minnu l-ħut se jiġi rilaxxat, in-numru uniku ta' l-identità tat-tanker u dettalji tad-destinazzjoni fejn il-ħut ikun se jintiżen, kif ukoll il-ħin mistenni tal-wasla tat-tanker fid-destinazzjoni;

(ii)

kopja tad-dikjarazzjoni prevista f'(i) tinżamm mis-sewwieq matul it-trasport tal-ħut, u tingħata lir-riċevitur tal-ħut fid-destinazzjoni.

9.8   Fattura

9.8.1

Flimkien ma' l-obbligi stipulati fl-Artikolu 9(1) u (2) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, min jipproċessa jew min jixtri l-kwantitajiet ta' ħut frisk li jkunu nħattu l-art jeħtieġlu jressaq lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istat Membru kkonċernat kopja tal-fattura, jew dokument minflokha, kif imsemmi fl-Artikolu 22(3) tas-Sitt Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE tas-17 ta' Mejju 1977 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri dwar it-taxxi fuq il-fatturat - sistema komuni tat-taxxa fuq il-valur miżjud: bażi uniformi ta' evalwazzjoni (*).

9.8.2

Fi kwalunkwe fattura jew dokument ta' dan it-tip, irid jidher it-tagħrif rekwiżit mill-Artikolu 9(3) tar-Regolament (KE) Nru 2847/93, kif ukoll l-isem u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-bastiment li minn fuqu l-ħut ikun inħatt l-art. Din il-fattura jew dan id-dokument t/irid t/jintwera malli jintalab, jew fi żmien 12-il siegħa mill-ħin li fih ikun seħħ l-użin.

9.9   L-użin tal-ħut friżat

9.9.1

Kulmin jixtri jew iżomm il-ħut iffriżat għandu jiżgura li l-kwantitajiet li jkunu nħattu l-art jintiżnu qabel ma l-ħut jiġi pproċessat, maħżun, ittrasportat mill-port tal-ħatt l-art jew mibjugħ mill-ġdid. Kull piż tara daqs il-piż tal-kaxxi, kontenituri tal-plastik jew ta' tip ieħor li fihom il-ħut li għandu jintiżen huwa ppakkjat jistgħu jitnaqqsu mill-piżijiet tal-kwantitajiet tal-ħatt l-art.

9.9.2

Inkella, il-piż tal-ħut iffriżat ippakkjat f'kaxxi jista' jiġi ddeterminat permezz tal-moltiplikazzjoni tal-piż medju ta' kampjun rappreżentattiv ibbażat fuq l-użin tal-kontenut imneħħi mill-kaxxa u mingħajr ippakkjar tal-plastik, qabel jew wara li jkun inħall is-silġ fuq il-ħut. L-Istati Membri jeħtiġilhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni tagħha b'kull bidla fil-metodoloġija tat-teħid ta' kampjuni approvata mill-Kummissjoni matul l-2004. Il-bidliet jiġu approvati mill-Kummissjoni. Il-figura li tirriżulta mill-użin tintuża sabiex jimtlew id-dikjarazzjonijiet tal-ħatt l-art u n-noti ta' bejgħ.

9.10   Faċilitajiet ta' użin

9.10.1

Fejn jintużaw faċilitajiet ta' l-użin operati mis-settur pubbliku, min jiżen iħut irid jagħti lix-xerrej tikketta ta' l-użin li fuqha jidhru d-data u l-ħin ta' l-użin u n-numru ta' l-identità tat-tanker. Kopja tat-tikketta ta' l-użin tinhemeż mal-fattura mressqa lill-awtoritajiet kompetenti, kif jipprevedi l-punt 9.8.

9.10.2

Fejn jintużaw faċilitajiet ta' l-użin operati mill-privat, is-sistema jeħtiġilha tkun ġiet approvata, ikkalibrata u ssiġillata mill-awtoritajiet kompetenti u tkun soġġetta għad-dispożizzjonijiet li ġejjin:

(a)

Min jiżen il-ħut jeħtieġlu jżomm reġistru ta' l-użin imqassam f'paġni li jindika:

(i)

l-isem u n-numru ta' reġistrazzjoni tal-bastiment li minnu jkun inħatt il-ħut,

(ii)

in-numru ta' l-identità tat-tankers fil-każijiet fejn il-ħut ikun ġie ttrasportat mill-port tal-ħatt l-art qabel l-użin,

(iii)

l-ispeċi tal-ħut,

(iv)

il-piż ta' kull ħatt l-art,

(v)

id-data u l-ħinijet li fihom ikun inbeda u ntemm l-użin.

(b)

fejn l-użin jitwettaq fuq sistema ta' conveyor belt, din tiġi mgħammra b'miter li jirreġistra t-total kumulattiv tal-piż. Dan it-total kumulattiv jitniżżel fir-reġistru mqassam f'paġni msemmi fil-punt (a);

(ċ)

ir-reġistru ta' l-użin u l-kopji tad-dikjarazzjonijiet bil-miktub previsti fil-punt 9.7.1. (b) (ii) jinżammu għal tliet snin.

9.11   Aċċess ta' l-awtoritajiet kompetenti

L-awtoritajiet kompetenti jkollhom aċċess sħiħ f'kull waqt għas-sistema ta' l-użin, ir-reġistri ta'l-użin, id-dikjarazzjonijiet bil-miktub u l-postijiet kollha fejn il-ħut jiġi pproċessat u miżmum.

9.12   Kontrolli reċiproċi

9.12.1

L-awtoritajiet kompetenti iwettqu kontrolli reċiproċi fuq kull ħatt l-art, bejn dawn li ġejjin:

(a)

kwantitajiet skond l-ispeċi indikati fl-avviż minn qabel tal-ħatt l-art, imsemmija fil-punt 9.3.1. u l-kwantitajiet irreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment,

(b)

kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fil-ġurnal ta' abbord tal-bastiment u d-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art jew il-fattura jew dokument ekwivalenti msemmi fil-punt 9.8.,

(ċ)

kwantitajiet skond l-ispeċi rreġistrati fid-dikjarazzjoni tal-ħatt l-art u l-fattura jew dokument ekwivalenti msemmi fil-punt 9.8.

9.13   Spezzjoni sħiħa

9.13.1

L-awtoritajiet kompetenti ta' Stat Membru jeħtiġilhom jiżguraw li talanqas 15% tal-kwantitajiet tal-ħut li jkunu nħattu l-art u talanqas 10% tal-ħatt l-art tal-ħut jgħaddu minn spezzjonijiet sħaħ li jridu jinkludu dan li ġej:

(a)

monitoraġġ ta' l-użin tal-qabda mill-bastiment, skond l-ispeċi. Fil-każ ta' bastimenti li jippumpjaw il-qabda l-art, jiġi ssorveljat l-użin ta' l-iskarika globali mill-bastimenti magħżula għall-ispezzjoni. Fil-każ ta' bastimenti bil-friża, jingħaddu l-kaxxi kollha. Jintiżen kampjun rappreżentattiv tal-kaxxi/pallets sabiex jiġi stabbilit il-piż medju tal-kaxxi/pallets. It-teħid ta' kampjuni tal-kaxxi jsir ukoll skond metodoloġija approvata għall-identifikazzjoni ta' piż nett medju tal-ħut (mingħajr ippakkjar, silġ);

(b)

minbarra l-kontrolli reċiproċi li jissemmew fil-punt 9.12, verifika reċiproka ta' dawn li ġejjin:

(i)

kwantitajiet skond l-ispeċi mniżżla fir-reġistru ta' l-użin u l-kwantitajiet skond l-ispeċi mniżżla fil-fattura jew f'dokument ekwivalenti li jissemma fil-punt 9.8.;

(ii)

id-dikjarazzjonijiet bil-miktub li jkunu rċevew l-awtoritajiet kompetenti skond il-punt 9.7.1. (b)(i) u d-dikjarazzjonijiet bil-miktub miżmuma minn min ikun irċieva l-ħut, skond il-punt 9.7.1 (b)(ii);

(iii)

in-numri ta' l-identità ta' tankers li jidhru fid-dikjarazzjonijiet bil-miktub previsti fil-punt 9.7.1 (b)(i) u r-reġistri ta' l-użin.

(ċ)

jekk ir-rilaxx jisfa interrott, il-permess ikun meħtieġ qabel ma jista' jerġa jinbeda mill-ġdid;

(d)

verifika li l-bastiment m'għandux iżjed ħut abbord, ladarba r-rilaxx ikun intemm.

9.13.2

L-attivitajiet kollha ta' spezzjoni li huma koperti mill-punt 9 jiġu ddokumentati. Din id-dokumentazzjoni tinżamm għal 3 snin.”

(*)  ĠU L 145, 13.6.1977, p. 1. Direttiva kif emendata l-aħħar mid-Direttiva 2004/66/KE (ĠU L 168, 1.5.2004, p. 35)"

(b)

Il-Parti I li ġejja tiġi miżjuda:

“PARTI I

L-ATLANTIKU TAL-GRIGAL

Bastimenti involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Dawk il-bastimenti li l-Kummissjoni tas-Sajd għall-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) tkun niżżlet fil-lista ta' bastimenti li jkun ġie kkonfermat li jkunu involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (bastimenti IUU) huma elenkati fl-Appendiċi 5. Il-miżuri li ġejjin japplikaw għal dawn il-bastimenti:

(a)

Bastimenti IUU li jidħlu f'portijiet mhumiex awtorizzati li fihom iħottu jew jittrasbordaw, u jiġu spezzjonati mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn l-ispezzjonijiet jinkludu d-dokumenti tal-bastiment, il-ġurnali ta’ abbord, it-tagħmir tas-sajd, il-qabdiet li jkollhom abbord u kwalunkwe ħaġa oħra li torbot ma' l-attivitajiet tal-bastiment fiż-Żona Regolatorja tan-NEAFC. Tagħrif dwar ir-riżultat ta' l-ispezzjonijiet jintbagħat immedjatament lill-Kummissjoni.

(b)

Bastimenti tas-sajd, bastimenti ta' appoġġ, bastimenti tal-fjuwil, bastimenti-omm u bastimenti tal-merkanzija li jtajru l-bandiera ta' Stat Membru bl-ebda mod ma għandhom jgħinu bastimenti IUU jew jieħdu sehem fit-trasbord jew f'operat konġunt tas-sajd ma' bastimenti mniżżla fuq dik il-lista;

(ċ)

Fil-portijiet, il-bastimenti IUU ma jiġux fornuti bil-provvisti, fjuwil jew servizzi oħra;

(d)

Bastimenti IUU ma jingħatawx awtorizzazzjoni li jistadu fl-ibħra Komunitarji, u ma jistgħux jinkrew;

(e)

L-importazzjoni ta' ħut li jkun ġej minn bastimenti IUU hija pprojbita;

(f)

L-Istati Membri jirrifjutaw li jagħtu l-bandiera tagħhom lill-bastimenti IUU, u jħeġġu lill-importaturi, t-trasportaturi u lis-setturi l-oħra kkonċernati biex joqogħdu lura milli jinnegozjaw dwar il-ħut maqbud minn dawn il-bastimenti jew jittrasbordawh.

Hekk kif in-NEAFC tadotta lista ġdida, il-Kummissjoni temenda l-elenku biex jiġi konformi mal-lista tan-NEAFC.”;

(ċ)

L-Appendiċi 5 li ġej huwa miżjud:

“Appendiċi 5 għall-Anness III

Elenku ta' bastimenti li n- NEAFC ikkonferma li kienu involuti f' sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat

Isem il-bastiment

L-Istat tal-bandiera

FONTENOVA

Il-Panama

IANNIS

Il-Panama

LANNIS I

Il-Panama

LISA

Il-Commonwealth ta' Dominika

KERGUELEN

It-Togo

OKHOTINO

Il-Commonwealth ta' Dominika

OLCHAN

Il-Commonwealth ta' Dominika

OSTROE

Il-Commonwealth ta' Dominika

OSTROVETS

Il-Commonwealth ta' Dominika

OYRA

Il-Commonwealth ta' Dominika

OZHERELYE

Il-Commonwealth ta' Dominika”


(1)  Maqbuda bħala qabda totali jew magħżula mill-bqija tal-qabda. L-Istati Membri għandhom jinformaw lill-Kummissjoni bil-qabdiet tagħhom ta' aringi b' distinzjoni bejn id-diviżjonijiet ICES IVa u IVb (żoni HER/04A u HER/04B.).

(2)  Jistgħu jittieħdu minn ilmijiet tal-KE. Qabdiet meħuda f' din il-kwota jitnaqqsu mis-sehem tan-Norveġja mit-TAC.

Kondizzjonijiet speċjali:

Fil-limiti tal-kwoti hawn imsemmija, ma jistgħux jittieħdu kwantitajiet akbar miż-żoni speċifikati:

 

Ilmijiet Norveġiżi fin-nofsinhar ta' 62°N

(HER/04N-)

KE

60 000 ”;

(3)  Jistgħu jiġu mistada biss fit-IIa, Via (nord ta’ 56° 30’ N), IVa, VIId, e, f, h.

(4)  Li minnhom 1 002 tunnellati jistgħu jiġu mistada fid-Diviżjoni ICES IVa nord ta’ 59° N (żona KE) mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Frar u mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Diċembru, Kwantita’ ta’ 2 763 tunnellati tal-Kwota tal-gżejjer Faroe jistgħu jiġu mistrada fid-Diviżjoni ICES VIa (nord ta’ 56° 30’ N) matul is-sera u/jew fid-Diviżjoni ICES IVa.

(5)  TAC miftiehem mill-KE, in-Norveġja u l-gżejjer Faroe għaż-żoni tan-nord.

Kundizzjonijiet Speċjali:

Text missing:

 

IVa (ibħra tal-KE)

MAC/*04A-C

Il-Ġermanja

4 175

Spanja

0

Franza

2 784

L-Irlanda

13 918

L-Olanda

6 089

Ir-Renju Unit

38 274

KE

65 240

In-Norveġja

8 500

Il-Gżejjer Faroe

1 002  (6)

(6)  Nord ta’ 59° N (żona KE) mill-1 ta’ Jannar sal-15 ta’ Frar u mill-1 ta’ Ottubru sal-15 ta’ Diċembru.”

(7)  Din il-kwota tista' tinqabad fiż-żoni IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56° 30' N) u VIIe, f, h ta' l-ICES.

(8)  Fi kwota totali ta' 6 500 tunnellata għas-Subżoni IV, VIa (fit-Tramuntana ta' 56°30' N) u VII e, f, h ta' l-ICES.”


Top