Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005E0583

    Azzjoni konġunta tal-Kunsill 2005/583/PESK tat- 28 ta' Lulju 2005 li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

    ĠU L 199, 29.7.2005, p. 94–94 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 354–354 (MT)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/02/2006

    ELI: http://data.europa.eu/eli/joint_action/2005/583/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    354


    AZZJONI KONĠUNTA TAL-KUNSILL 2005/583/PESK

    tat-28 ta' Lulju 2005

    li testendi l-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 14, 18(5) u 23(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Fit-12 ta’ Lulju 2004 il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK (1) dwar il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea fil-Bosnja u Ħerzegovina.

    (2)

    Abbażi ta’ reviżjoni ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK il-mandat tar-Rappreżentant Speċjali għandu jiġi estiż għal 6 xhur oħra.

    (3)

    Ir-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea ser jimplimenta l-mandat tiegħu fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ tagħmel ħsara lill-għanijiet tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni kif stabbiliti fl-Artikolu 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,

    ADOTTA DIN L-AZZJONI KONĠUNTA:

    Artikolu 1

    Il-mandat ta’ Lord ASHDOWN bħala r-Rappreżentant Speċjali ta’ l-Unjoni Ewropea (EUSR) fil-Bosnja u Ħerzegovina, kif stabbilit fl-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK, huwa b’dan estiż sat-28 ta’ Frar 2006.

    Artikolu 2

    L-Artikolu 6 (1) ta’ l-Azzjoni Konġunta 2004/569/PESK għandu jiġi mibdul b’dan li ġej:

    “1.   L-ammont ta’ referenza finanzjarju maħsub sabiex ikopri l-ispiża relatata mal-mandat ta’ l-EUSR għandu jkun ta’ EUR 270 000 €.”

    Artikolu 3

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ l-adozzjoni tagħha.

    Artikolu 4

    Din l-Azzjoni Konġunta għandha tiġi pubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

    Magħmula fi Brussel, 28 ta' Lulju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. STRAW


    (1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 7.


    Top