This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0426
Council Decision 2005/426/CFSP of 6 June 2005 concerning the implementation of Common Position 2004/694/CFSP on further measures in support of the effective implementation of the mandate of the International Criminal Tribunal for the former Yugoslavia (ICTY)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/426/PESK tas- 6 ta' Ġunju 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri ta’ sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/426/PESK tas- 6 ta' Ġunju 2005 dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri ta’ sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
ĠU L 144, 8.6.2005, p. 52–53
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 111–112
(MT)
No longer in force, Date of end of validity: 10/10/2006
16.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
111 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL 2005/426/PESK
tas-6 ta' Ġunju 2005
dwar l-implimentazzjoni tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK dwar miżuri ulterjuri ta’ sostenn għall-implimentazzjoni effettiva tal-mandat tat-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY)
IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra l-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK (1) u b’mod partikolari l-Artikolu 2 tagħha, flimkien mat-tieni inċiż ta’ l-Artikolu 23(2) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Taħt it-termini tal-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK il-Kunsill adotta miżuri sabiex jiffriża l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi kollha li jappartjenu lil persuni fiżiċi akkużati mit-Tribunal Kriminali Internazzjonali għal dik li qabel kienet il-Jugoslavja (ICTY). |
(2) |
Fit-18 ta’ April 2005 il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2005/316/PESK li fiha l-aħħar emendi għal-lista fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK. |
(3) |
Wara t-trasferiment tas-Sur Vujadin POPOVIC u s-Sur Nebosja PAVKOVIC għall-unitajiet ta’ detenzjoni ta’ l-ICTY, l-ismijiet tagħhom għandhom jitneħħew mil-lista. |
(4) |
Fit-22 ta’ April 2005 l-ICTY adottat “Ordni li tagħti permess li titneħħa mingħajr preġudizzju l-akkuża kontra Goran BOROVNICA”, li hu preżunt mejjet. Ismu wkoll għandu jitneħħa mil-lista. |
(5) |
Huwa neċessarju li l-lista li tinsab fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK tiġi adattata għaldaqstant, |
IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:
Artikolu 1
Il-lista ta’ persuni stabbilita fl-Anness għall-Pożizzjoni Komuni 2004/694/PESK għandha tiġi sostitwita bit-test stabbilit fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandu jkollha effett fid-data ta’ l-adozzjoni tagħha.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.
Magħmula fi Brussel, 6 ta' Ġunju 2005.
Għall-Kunsill
Il-President
J. KRECKÉ
(1) ĠU L 315, 14.10.2004, p. 52. Pożizzjoni Komuni kif emendata l-aħħar bid-Deċiżjoni 2005/316/PESK (ĠU L 100, 20.4.2005, p. 54).
ANNESS
“ANNESS
Lista tal-persuni msemmija fl-Artikolu 1
|
Isem: DJORDJEVIC Vlastimir Data tat-twelid: 1948 Post tat-twelid: Vladicin Han, Serbja u Montenegro Nazzjonalità: Serbja u Montenegro |
|
Isem: GOTOVINA Ante Data tat-twelid: 12.10.1955 Post tat-twelid: Il-Gżira ta’ Pasman, Muniċipalità ta’ Zadar, Repubblika tal-Kroazja Nazzjonalità: Kroata Franċiża |
|
Isem: HADZIC Goran Data tat-twelid: 7.9.1958 Post tat-twelid: Vinkovci, Repubblika tal-Kroazja Nazzjonalità: Serbja u Montenegro |
|
Isem: KARADZIC Radovan Data tat-twelid: 19.6.1945 Post tat-twelid: Petnjica, Savnik, Montenegro, Serbja u Montenegro. Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina |
|
Isem: LUKIC Milan Data tat-twelid: 6.9.1967 Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro |
|
Isem: LUKIC Sredoje Data tat-twelid: 5.4.1961 Post tat-twelid: Visegrad, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro |
|
Isem: MLADIC Ratko Data tat-twelid: 12.3.1942 Post tat-twelid: Bozanovici, Muniċipalità ta’ Kalinovik, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina Possibbilment Serbja u Montenegro |
|
Isem: TOLIMIR Zdravko Data tat-twelid: 27.11.1948 Post tat-twelid: Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina |
|
Isem: ZELENOVIC Dragan Data tat-twelid: 12.2.1961 Post tat-twelid: Foca, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina |
|
Isem: ZUPLJANIN Stojan Data tat-twelid: 22.9.1951 Post tat-twelid: Kotor Varos, Bosnja u Ħerzegovina Nazzjonalità: Bosnja u Ħerzegovina” |