Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0594

    Deċiżjoni tal-Kunsill tad- 29 ta' Lulju 2005 dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Bord Amministrattiv għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

    ĠU L 203, 4.8.2005, p. 22–22 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 376–376 (MT)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/594/oj

    16.6.2006   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    376


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

    tad-29 ta' Lulju 2005

    dwar il-ħatra ta' erba' membri tal-Bord Amministrattiv għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA)

    (2005/594/KE)

    IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 726/2004 tal-31 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi proċeduri tal-Komunità dwar l-awtorizzazzjoni u s-superviżjoni ta' prodotti mediċinali għal użu fuq il-bniedem u l-annimali u li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 65(1) u 65(4) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-lista tal-kandidati mħejjija mill-Kummissjoni fil-25 ta' Frar 2005,

    Wara li kkunsidra l-Opinjoni tal-Parlament Ewropew,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    Is-Sinjura Mary Geraldine BAKER, imwielda Londra (Renju Unit) fis-27 ta' Ottubru 1936,

    is-Sur Jean GEORGES, imwieled Esch-sur-Alzette (Lussemburgu) fil-11 ta' Lulju 1966,

    is-Sinjura Lisette TIDDENS-ENGWIRDA, imwielda Amsterdam (Olanda) fil-25 ta' Ġunju 1950 u

    s-Sur Fritz Rupert UNGEMACH, imwieled Munich (Ġermanja) fis-6 ta' Frar 1947,

    permezz ta' dan għandhom jinħatru membri tal-Bord Amministrattiv għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA) għall-perijodu ta' tliet snin.

    Artikolu 2

    Id-data li minnha għandu jibda l-perijodu ta' tliet snin imsemmi fl-Artikolu 1 għandha tkun determinata mill-Bord ta' Amministrattiv għall-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMEA).

    Magħmula fi Brussel, 29 ta' Lulju 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. STRAW


    (1)  ĠU L 136, 30.4.2004, p. 1.


    Top