Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32005D0371

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 3 ta’ Marzu 2005 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    ĠU L 124, 17.5.2005, p. 21–21 (ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 164M, 16.6.2006, p. 20–20 (MT)

    Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali (BG, RO, HR)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2005/371/oj

    Related international agreement

    32005D0371

    Deċiżjoni tal-Kunsill tat- 3 ta’ Marzu 2005 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    Official Journal L 124 , 17/05/2005 P. 0021 - 0021
    Official Journal L 164 , 16/06/2006 P. 0020 - 0020


    Deċiżjoni tal-Kunsill

    tat- 3 ta’ Marzu 2005

    dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni

    (2005/371/KE)

    IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 63(3)(b), flimkien mat-tieni sentenza ta’ l-ewwel subparagrafu ta’ l-Artikolu 300(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni,

    Billi:

    (1) Bid-deċiżjoni tiegħu tat- 28 ta’ Novembru 2002, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni.

    (2) Negozjati għall-Ftehim seħħew fil- 15 u s- 16 ta’ Mejju, fit- 18 ta’ Settembru u fil- 5 ta’ Novembru 2003.

    (3) Suġġett għall-possibbiltà li jiġi konkluż f’data aktar tard, il-Ftehim inizjalat fi Brussel fit- 18 ta’ Diċembru 2004 għandu jiġi ffirmat.

    (4) Skond l-Artikolu 3 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea, ir-Renju Unit innotifika x-xewqa tiegħu li jipparteċipa fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.

    (5) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunita’ Ewropea, u mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 4 tal-Protokoll imsemmi, l-Irlanda ma tipparteċipax fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u mhijiex marbuta jew soġġetta għall-applikazzjoni tagħha.

    (6) Skond l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, id-Danimarka ma tieħux sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhijiex marbuta biha jew suġġetta għall-applikazzjoni tagħha,

    IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

    Artikolu 1

    1L-iffirmar tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta’ l-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni qiegħed hawn jiġi approvat f’ isem il-Komunita’, suġġett għad-Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni ta’ l-imsemmi Ftehim.

    It-test tal-Ftehim qed jiġi mehmuz ma’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Il-President tal-Kunsill qiegħed hawn jiġi awtorizzat jinnomina l-persuna(i) bis-setgħa li jiffirmaw il-Ftehim f’ isem il-Komunita’ suġġett għall-konklużjoni tiegħu.

    Magħmula fi Brussel, nhar it- 3 ta’ Marzu 2005.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    F. Biltgen

    --------------------------------------------------

    Top