Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.
Документ 32005D0264
2005/264/EC: Commission Decision of 23 March 2005 amending Decision 2004/832/EC as regards the eradication and emergency vaccination plan for feral pigs against classical swine fever in Northern Vosges, France (notified under document number C(2005) 917) (Text with EEA relevance)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Marzu 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/832/KE fir-rigward tal-pjan ta' qerda u tilqim ta' emerġenza għall-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Vosges tat-Tramuntana fi Franza (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 917) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- 23 ta' Marzu 2005 li temenda d-Deċiżjoni 2004/832/KE fir-rigward tal-pjan ta' qerda u tilqim ta' emerġenza għall-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Vosges tat-Tramuntana fi Franza (innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 917) Test b’rilevanza għaż-ŻEE.
ĠU L 81, 30.3.2005г., стр. 48—49
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 272M, 18.10.2005г., стр. 214—215
(MT)
Вече не е в сила, Дата на изтичане на валидността: 27/03/2013; Imħassar b' 32013D0164
|
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
214 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta' Marzu 2005
li temenda d-Deċiżjoni 2004/832/KE fir-rigward tal-pjan ta' qerda u tilqim ta' emerġenza għall-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer fil-Vosges tat-Tramuntana fi Franza
(innotifikata taħt in-numru tad-dokument C(2005) 917)
(It-test Franċiż biss hu awtentiku)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2005/264/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2001/89/KE tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-miżuri Komunitarji għall-kontroll tad-deni klassiku tal-ħnieżer (1), u b'mod partikolari it-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 16(1) u r-raba' sub-paragrafu ta' l-Artikolu 20(2) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/832/KE tat-3 ta' Diċembru 2004 li tapprova l-pjanijiet għall-qerda tad-deni klassiku tal-ħnieżer fil-ħnieżer slavaġ u t-tilqim ta' emerġenza għal dawn il-ħnieżer fil-Vosges tat-Tramuntana, fi Franza (2), ġiet adottata bħala waħda mill-miżuri fil-ġlieda kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer. |
|
(2) |
Franza għarrfet lill-Kummissjoni bl-evoluzzjoni ta' dan l-aħħar ta' dik il-marda fil-ħnieżer slavaġ fiż-żona tal-Vosges tat-Tramuntana fi Franza. Fid-dawl ta' din l-informazzjoni epidemjoloġika, il-pjan ta' qerda għandu jiġi estiż għaż-żona tal-Vosges tat-Tramuntana li tinsab fil-Punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-Tramuntana tal-motorway A 4, fil-Lvant tax-xmara Sarre u fin-Nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja. Barra minn hekk, il-pjan ta' tilqim ta' emerġenza għall-ħnieżer slavaġ kontra d-deni klassiku tal-ħnieżer għandu jkun emendat biex ikopri dik iż-żona. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni 2004/832/KE għandha għalhekk tiġi emendata kif suppost. |
|
(4) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma fi qbil ma' l-Opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta' l-Annimali, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness għad-Deċiżjoni 2004/832/KE qed jinbidel bit-test ta' l-Anness għal din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmula fi Brussell, fit-23 ta' Marzu 2005.
Għall-Kummissjoni
Markos KYPRIANOU
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 316, ta, l-1.12.2001, p. 5, Direttiva kif emendata bl-Att ta' Adeżjoni ta' l-2003.
(2) ĠU L 359, ta' l-4.12.2004, p. 62.
ANNESS
“ANNESS
1. Żoni fejn il-pjan ta' qerda għandu jkun implimentat
It-territorju tad-Dipartiment ta' Bas-Rhin u l-Moselle misjub fil-Punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-Tramuntana tal-motorway A 4, fil-Lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja.
2. Żoni fejn il-pjan ta' tilqim ta' emerġenza għandu jkun implimentat
It-territorju tad-Dipartiment ta' Bas-Rhin u l-Moselle misjub fil-Punent tar-Rhine u l-kanal Rhine Marne, fit-Tramuntana tal-motorway A 4, fil-Lvant tax-xmara Sarre u fin-nofsinhar tal-fruntiera mal-Ġermanja.”