This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32005D0223
2005/223/EC: Commission Decision of 25 February 2005 amending Decision 94/140/EC setting up an advisory committee for the coordination of fraud prevention
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Frar 2005 li temenda d-deċiżjoni 94/140/KE li toħloq kumitat konsultattiv għall-koordinament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-frodi
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal- 25 ta' Frar 2005 li temenda d-deċiżjoni 94/140/KE li toħloq kumitat konsultattiv għall-koordinament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-frodi
ĠU L 71, 17.3.2005, pp. 67–68
(ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, NL, PL, PT, SK, SL, FI, SV) Dan id-dokument ġie ppubblikat f’edizzjoni(jiet) speċjali
(BG, RO, HR)
ĠU L 272M, 18.10.2005, pp. 178–179
(MT)
In force
|
18.10.2005 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
178 |
ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tal-25 ta' Frar 2005
li temenda d-deċiżjoni 94/140/KE li toħloq kumitat konsultattiv għall-koordinament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ġlieda kontra l-frodi
(2005/223/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Bid-deċiżjoni 94/140/KE tat-23 ta' Frar 1994 (1), il-Kummissjoni waqqfet fi ħdanha kumitat konsultattiv biex jikkoordina l-ġlieda kontra l-frodi, aktar 'il quddiem imsejjaħ “il-kumitat”, li għandu l-inkarigu li jagħti l-pariri meħtieġa dwar il-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-frodi u irregolaritajiet oħra, kif ukoll biex jara li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-Istati Membri infushom, u bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-ġlieda kontra l-frodi. |
|
(2) |
Mindu nħoloq il-kumitat, id-dispożizzjonijiet tal-Komunità għall-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tagħha issaħħew u żviluppaw b'mod sostanzjali, speċjalment permezz ta' miżuri leġiżlattivi ġodda, kif ukoll b'tibdil fl-organizzazzjoni tal-Kummissjoni. |
|
(3) |
Regoli ġenerali biex ikunu definiti l-irregolaritajiet, kif ukoll dwar il-miżuri u l-pieni amministrattivi fil-qasam tal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, iddaħħlu bir-Regolament tal-Kunsill (KE/Euratom) 2988/95 tat-18 ta' Diċembru, 1995 (2), u regoli speċifiċi dwar spezzjonijiet amministrattivi li jsiru fuq il-post mill-Kummissjoni, li jgħoddu f'kull qasam ta' l-attività tal-Kommunità, ġew adottat bir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 (3) tal-11 ta' Novembru, 1996. |
|
(4) |
L-artiklu 280, imdaħħal fit-trattat tal-KE bis-saħħa tat-Trattat ta' Amsterdam, ta qafas istituzzjonali ġdid lill-ġlieda kontra l-frodi. It-test il-ġdid jaħseb b'mod partikolari biex jinqasmu s-setgħat bejn il-Komunità u l-Istati Membri u biex ikun hemm kooperazzjoni regolari u mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u l-Kummissjoni, għall-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità. |
|
(5) |
Id-deċiżjoni 1999/352/KE/KEFA/Euratom tal-Kummissjoni tal-25 ta' April, 1999 (4) waqqfet l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF), inkarigat biex jagħmel investigazzjonijiet amministrattivi kontra l-frodi, inklużi l-attivitajiet kollha marbuta mal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità kontra attivitajiet irregolari li kontrihom jistgħu jittieħdu passi kriminali u amministrattivi. |
|
(6) |
Ir-regolamenti (KE) 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u (Euratom) 1074/1999 tal-Kunsill (5) stabbilew il-qafas legali tal-ħidma ta' l-OLAF, li ngħata r-responsabbiltà, b'mod partikolari, li jara li jkun hemm kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri u l-Kummissjoni għal ħidma koordinata biex l-interessi finanzjarji tal-Komunità jitħarsu kontra l-frodi. |
|
(7) |
F'dak li għandu x'jaqsam mal-ħarsien ta' l-Ewro kontra l-falsifikazzjoni, il-Kummissjoni ngħatat responsabbiltà speċifika għall-ħarsien ġenerali tal-munita waħdanija permezz ta' konsultazzjonijiet fi ħdan kumitat konsultattiv skond ir-Regolament (KE) 1338/2001 tal-Kunsill (6), fil-kuntest ta' kooperazzjoni regolari u mill-qrib bejn l-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni innifisha. Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/923/KE (7) tat lill-Kummissjoni r-responsabbiltà li tmexxi u timplimenta programm fi ħdan il-Komunità għall-iskambju, l-assistenza u t-taħriġ biex l-Ewro jitħares mill-falsifikazzjoni (il-programm “Pericles”), f'kooperazzjoni ma' l-Istati Membri. |
|
(8) |
Quddiem dawn l-orjentamenti ġodda fid-dispożizzjonijiet tal-Komunità, kif ukoll il-kompetenza orizzontali tal-kumitat, il-poteri konsultattivi tal-kumitat għandhom jiġu adattati, bħalma għandu jsir tibdil fil-mod kif l-Istati Membri jkunu rappreżentati fuqu. Ir-rappreżentanti ta' dawn għandu jkollhom il-possibbiltà li jkunu mgħejjuna mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti. Biex ikun hemm aktar flessibiltà għandu jkun hemm ukoll provvediment biex ikunu jistgħu jitwaqqfu kumitati ta' ħidma fid-diversi setturi. |
|
(9) |
Id-Deċiżjoni 94/140/KE tat-23 ta' Frar 1994 għandha tkun emendata f'dan is-sens. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni 94/140/KE ġiet emendata kif ġej:
|
1. |
L-Artikolu 2(1) jinbidel b'dan li ġej: “1. Il-Kummissjoni tista' tieħu pariri mingħand il-kumitat fuq kull tema li għandha x'taqsam mal-prevenzjoni u l-prosekuzzjoni tal-frodi u l-attivitajiet l-oħra kollha li jaffettwaw ħażin l-interessi finanzjarji tal-Komunità, u dwar kull tema li għandha x'taqsam mal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri, jew bejn l-Istati Membri u l-Kummissjoni, biex jitħarsu l-interessi finanzjarji tal-Komunità, u dan sabiex il-kooperazzjoni regolari u mill-qrib bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-ħidma kontra l-frodi tiġi organizzata b'mod aktar effettiv. Il-Kummissjoni tista' tikkonsulta lill-kumitat dwar kull tema li għandha x'taqsam mal-ħarsien ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, u l-ħarsien kontra l-falsifikazzjoni tal-karti u l-muniti Ewro. Il-Kummissjoni tista' wkoll tikkonsulta l-kumitat dwar kull tema li għandha x'taqsam mal-ħarsien skond il-liġi ta' l-interessi finanzjarji tal-Komunità, speċjalment fejn jidħol il-qasam tal-pulizija u l-aspett ġudizzjarju ta' l-iżvilupp u kooperazzjoni tal-ħidma kontra l-frodi.” |
|
2. |
L-Artikolu 3 huwa emendat kif ġej:
|
|
3. |
Fl-Artikolu 6, ir-referenza għall-Artikolu 214 tat-Trattat għandha tinbidel billi ssir referenza għall-Artikolu 287 tat-Trattat. |
Article 2
Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil- tal- pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropeo.
Magħmula fi Brussell, fil-25 ta' Frar 2005.
Għall-Kummissjoni
Siim KALLAS
Il-President tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 61 ta' l-4.3.1994, p. 27.
(2) ĠU L 312 tat-23.12.1995, p. 1.
(3) ĠU L 292 tal-15.11.1996, p. 2.
(4) ĠU L 136 tal-31.5.1999, p. 20.
(5) ĠU L 136 tal-31.5.1999, p. 1 u warajha.
(6) ĠU L 181 ta' l-4.7.2001, p. 6.
(7) ĠU L 339 tal-21.12.2001, p. 50.