This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62017TA0500(01)
Case T-500/17 RENV: Judgment of the General Court of 29 March 2023 — Hubei Xinyegang Special Tube v Commission (Dumping — Imports of certain seamless pipes and tubes of iron (excluding cast iron) or steel (excluding stainless steel), of circular cross-section and of an external diameter exceeding 406,4 mm, originating in China — Imposition of a definitive anti-dumping duty — Causal link — Article 3(6) and (7) of Regulation (EU) 2016/1036 — Manifest error of assessment)
Kawża T-500/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw miċ-Ċina – Impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv – Rabta kawżali – Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)
Kawża T-500/17 RENV: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw miċ-Ċina – Impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv – Rabta kawżali – Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)
ĠU C 179, 22.5.2023, p. 24–24
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
22.5.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 179/24 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023 – Hubei Xinyegang Special Tube vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-500/17 RENV) (1)
(“Dumping - Importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw miċ-Ċina - Impożizzjoni ta’ dazju antidumping definittiv - Rabta kawżali - Artikolu 3(6) u (7) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni”)
(2023/C 179/33)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd (Huangshi, iċ-Ċina) (rappreżentanti: E. Vermulst u J. Cornelis, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: T. Maxian Rusche u K. Blanck, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-kovenut: ArcelorMittal Tubular Products Roman SA (Roman, ir-Rumanija), Válcovny trub Chomutov a.s. (Chomutov, ir-Repubblika Ċeka), Vallourec Deutschland GmbH (Düsseldorf, il-Ġermanja) (rappreżentant: G. Berrisch, avukat)
Suġġett
Permezz tar-rikors tagħha bbażat fuq l-Artikolu 263 TFUE, ir-rikorrenti titlob l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/804 tal-11 ta’ Mejju 2017 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi tal-ħadid mingħajr ġonġituri (ħlief tal-ħadid fondut) jew tal-azzar (ħlief tal-azzar inossidabbli), ta’ sezzjoni trasversali tonda, ta’ dijametru estern li jaqbeż l-406,4 mm, li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU 2017, L 121, p. 3), sa fejn dan jikkonċernaha.
Dispożittiv
|
1) |
Ir-rikors huwa miċħud. |
|
2) |
Hubei Xinyegang Special Tube Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, minn ArcelorMittal Tubular Products Roman SA, minn Válcovny trub Chomutov a.s. u minn Vallourec Deutschland GmbH fil-proċeduri quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja fil-Kawża C-891/19 P u fil-proċeduri quddiem il-Qorti Ġenerali fil-Kawżi T-500/17 u T-500/17 RENV. |