Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52023XG0310(01)

Avviż għall-attenzjoni ta' entità waħda soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran 2023/C 89/02

ST/6162/2023/INIT

ĠU C 89, 10.3.2023, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

10.3.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 89/7


Avviż għall-attenzjoni ta' entità waħda soġġetta għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

(2023/C 89/02)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni ta' Fajr Aviation Composite Industries (nru. 12), entità li tidher fl-Anness II, Parti I, għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (1) u fl-Anness IX, Parti I, għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 (2) dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm il-miżuri restrittivi kontra l-entità msemmija hawn fuq b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet ġdida. L-entità kkonċernata hija b'dan infurmata li tista' tippreżenta talba lill-Kunsill biex tikseb id-dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet maħsuba għad-deżinjazzjoni tagħha, sas-17 ta' Marzu 2023, fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)  ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39.

(2)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.


Top