Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0663

    Kawża C-663/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Expedia Inc. vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

    ĠU C 63, 20.2.2023, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    20.2.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/14


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio (l-Italja) fid-19 ta’ Ottubru 2022 – Expedia Inc. vs Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

    (Kawża C-663/22)

    (2023/C 63/19)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Tribunale Amministrativo Regionale per il Lazio

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Expedia Inc.

    Konvenut: Autorità per le Garanzie nelle Comunicazioni

    Domandi preliminari

    1.

    Ir-Regolament (UE) 2019/1150 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-promozzjoni tal-korrettezza u tat-trasparenza għall-utenti kummerċjali tas-servizzi tal-intermedjazzjoni online (1) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 15 tiegħu, kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità, jipprekludu leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru jew miżura adottata minn awtorità nazzjonali indipendenti – bħal dawk imsemmija fil-parti ddedikata għall-motivi – li tobbliga lill-fornituri ta’ servizzi ta’ intermedjazzjoni online stabbiliti barra mill-pajjiż jippreżentaw dikjarazzjoni li jkun fiha informazzjoni mhux relatata mal-għanijiet tar-regolament?

    2.

    Fi kwalunkwe każ, l-informazzjoni mitluba permezz tat-trażmissjoni tal-IES (dikjarazzjoni ekonomika sistematika) tista’ titqies li hija rilevanti u utli għall-implimentazzjoni adegwata u effettiva tar-Regolament (UE) 2019/1150?


    (1)  ĠU 2019, L 186, p. 57.


    Top