EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0622

Kawża T-622/22: Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2022 – Van Oosterwijck vs Il-Kummissjoni

ĠU C 441, 21.11.2022, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/29


Rikors ippreżentat fis-6 ta’ Ottubru 2022 – Van Oosterwijck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-622/22)

(2022/C 441/41)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: Viviane Van Oosterwijck (Kontich, il-Belġju) (rappreżentant: F. Moyse, avukat)

Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni tas-7 ta’ Lulju 2022 u safejn ikun meħtieġ id-deċiżjoni ddatata tal-15 ta’ Diċembru 2021, deċiżjonijiet li bihom il-Kummissjoni rrifjutat li tagħti pensjoni tas-superstiti lir-rikorrenti;

għalhekk, li tirrikonoxxi lir-rikorrenti d-dritt ta’ benefiċċju ta’ pensjoni tas-superstiti b’applikazzjoni tal-Artikoli 19 u 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem ir-“Regolamenti tal-Persunal”);

fi kwalunkwe każ, tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka motiv wieħed ibbażat fuq l-eċċezzjoni ta’ illegalità tal-Artikolu 20 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal minħabba l-ksur tal-prinċipji tal-ugwaljanza tat-trattament u ta’ nondiskriminazzjoni skont it-tul tar-relazzjoni tagħha ma’ żewġha. Ir-rikorrenti targumenta b’mod partikolari li d-differenzazzjoni li għandha tiġi kkonstata f’dan il-każ, jiġifieri l-fatt li l-kundizzjoni tat-tul minimu taż-żwieġ huwa, fis-sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 20 hawn fuq imsemmi ferm itwal minn dak previst għal sitwazzjonijiet li jaqgħu taħt l-Artikolu 19 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, anki jekk dawn is-sitwazzjonijiet kollha huma komparabbli, għandhom jiġu kkunsidrati bħala arbitrarji u manifestament inadegwati fir-rigward tal-għan, komuni għal dawn iż-żewġ dispożizzjonijiet, imfittex mil-leġiżlatur.


Top