Välj vilka experimentfunktioner du vill testa

Det här dokumentet är ett utdrag från EUR-Lex webbplats

Dokument 52022M10904

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10904 – CVC / MATICMIND / SIO) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 385/07

    PUB/2022/1214

    ĠU C 385, 6.10.2022, s. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 385/25


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10904 – CVC / MATICMIND / SIO)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 385/07)

    1.   

    Fis-27 ta’ Settembru 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A. (“CVC”, il-Lussemburgu),

    Maticmind S.p.A. (“Maticmind”, l-Italja),

    SIO S.p.A. (“SIO”, l-Italja), bħalissa kkontrollata minn EDA S.r.l. (“EDA”, l-Italja).

    CVC se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Maticmind u SIO kollha kemm huma.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    CVC: tiġġestixxi fondi u pjattaformi ta’ investiment,

    Maticmind: integratur tas-sistemi u rivenditur tal-valur miżjud li topera fis-settur tal-IT fl-Italja,

    SIO: fornitur ta’ prodotti u soluzzjonijiet imfassla għal operazzjonijiet ta’ intelligence u interċettazzjoni legali fl-Italja u f’pajjiżi Ewropej oħra, attwalment ikkontrollati b’mod esklużiv mill-EDA, li l-unika attività tagħha hija l-pussess ta’ ishma f’SIO.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10904 – CVC / MATICMIND / SIO

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew pemezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir- “Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Upp