This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0653
Case C-653/21: Request for a preliminary ruling from the Conseil d’État (France) lodged on 27 October 2021 — Syndicat Uniclima v Ministre de l’Intérieur
Kawża C-653/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Syndicat Uniclima vs Ministre de l’Intérieur
Kawża C-653/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Syndicat Uniclima vs Ministre de l’Intérieur
ĠU C 37, 24.1.2022, pp. 15–16
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
24.1.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 37/15 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Conseil d’État (Franza) fis-27 ta’ Ottubru 2021 – Syndicat Uniclima vs Ministre de l’Intérieur
(Kawża C-653/21)
(2022/C 37/21)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Conseil d’État
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Syndicat Uniclima
Konvenut: Ministre de l’Intérieur
Domandi preliminari
|
1) |
L-armonizzazzjoni imposta mid-Direttivi 2006/42/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Mejju 2006 dwar il-makkinarju, u li temenda d-Direttiva 95/16/KE (1), mid-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (2) u mid-Direttiva 2014/68/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relatati mat-tqegħid fis-suq ta’ apparat ta’ pressjoni (3) tawtorizza lill-Istati Membri li jistabbilixxu rekwiżiti ta’ sigurtà, u jekk iva taħt liema kundizzjonijiet u f’liema limiti, li japplikaw għat-tagħmir irregolat minnhom, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jinvolvux modifika ta’ dan it-tagħmir li, kif jidher bit-twaħħil tal-“marka CE”, ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn id-direttivi? |
|
2) |
L-armonizzazzjoni li dawn jimponu tawtorizza lill-Istati Membri li jistabbilixxu, għas-sempliċi użu ta’ dan it-tagħmir f’bini miftuħ għall-pubbliku u fid-dawl tar-riskji partikolari ta’ sigurtà kontra n-nirien, rekwiżiti ta’ sigurtà li jistgħu jinvolvu l-modifika ta’ tagħmir li, madankollu, kif jidher bit-twaħħil tal-“marka CE”, ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn id-direttivi? |
|
3) |
Fil-każ ta’ risposta fin-negattiv għad-domanda preċedenti, tista’ tingħata risposta pożittiva għaliha jekk ir-rekwiżiti ta’ sigurtà inkwistjoni, minn naħa, ikunu imposti biss meta dan l-istess tagħmir juża refriġeranti li jieħdu n-nar li jissostitwixxu l-gassijiet serra fluworurati, konformement mal-għanijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 517/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar gassijiet fluworurati b’effett ta’ serra u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 842/2006 (4) u, min-naħa l-oħra, ikunu relatati biss ma’ dak it-tagħmir li, għalkemm ikun konformi mar-rekwiżiti ta’ dawn id-direttivi, ma joffrix, fir-rigward tar-riskju ta’ nirien fil-każ tal-użu ta’ refriġeranti li jieħdu n-nar, is-sigurtà li jkun issiġillat ermetikament? |
(1) ĠU 2006, L 157, p. 24, rettifika fil-ĠU 2007, L 174, p. 18.
(3) ĠU 2014, L 189, p. 164, rettifika fil-ĠU 2015, L 157, p. 112.