Изберете експерименталните функции, които искате да изпробвате

Този документ е извадка от уебсайта EUR-Lex.

Документ 62021CN0437

    Kawża C-437/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2021 – Liberty Lines SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

    ĠU C 391, 27.9.2021г., стр. 11—11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    27.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 391/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fis-16 ta’ Lulju 2021 – Liberty Lines SpA vs Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

    (Kawża C-437/21)

    (2021/C 391/17)

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Consiglio di Stato

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Liberty Lines SpA

    Konvenut: Ministero delle Infrastrutture e dei Trasporti

    Domanda preliminari

    Il-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari l-prinċipji tal-moviment liberu tas-servizzi u l-ftuħ massimu tal-kompetizzjoni fil-kuntest tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi ta’ servizzi, jipprekludi dispożizzjoni bħall-Artikolu 47(11)bis, tad-Digriet Liġi Nru 50 tal-24 ta’ April 2017, mibdula f’liġi bil-Liġi Nru 96 tal-21 ta’ Ġunju 2017, li:

    jassimila jew, għall-inqas, jippermetti li t-trasport marittimu mgħaġġel ta’ passiġġieri bejn il-port ta’ Messina u dak ta’ Reggio Calabria jiġi assimilat b’mezzi legali mat-trasport bil-ferrovija bil-baħar bejn il-peniżola u Sicilia, fis-sens tal-Artikolu 2(e) tad-Digriet tal-Ministeru għat-Trasport u t-Tbaħħir Nru 138 T tal-31 ta’ Ottubru 2000;

    jirriserva jew jidher tali li jirriserva lil Rete ferroviaria italiana S.p.a. s-servizz ta’ konnessjoni bil-ferrovija bil-baħar bejn Sicilia u l-peniżola nnifisha permezz ta’ dgħajjes veloċi?


    Нагоре