Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0370

Kawża T-370/21: Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2021 – Biogena vs EUIPO – Alter Farmacia (NUTRIFEN AGNUBALANCE)

ĠU C 329, 16.8.2021, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/40


Rikors ippreżentat fit-30 ta’ Ġunju 2021 – Biogena vs EUIPO – Alter Farmacia (NUTRIFEN AGNUBALANCE)

(Kawża T-370/21)

(2021/C 329/53)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Biogena GmbH & Co KG (Salzburg, l-Awstrija) (rappreżentant: I. Schiffer, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Alter Farmacia, SA (Madrid, Spanja)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti quddiem il-Qorti Ġenerali

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tat-trade mark verbali NUTRIFEN AGNUBALANCE li tindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal Reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 430 349 li tindika l-Unjoni

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ April 2021 fil-Każ R 1208/2020-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tagħti r-reġistrazzjoni tal-IR 1 430 349 għall-oġġetti kollha applikati;

tikkundanna lill-EUIPO u lil Alter Farmacia, S. A. għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

Ksur tal-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top