This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0344
Case T-344/21: Action brought on 23 June 2021 — Plusmusic v EUIPO — Groupe Canal + (+music)
Kawża T-344/21: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 – Plusmusic vs EUIPO – Groupe Canal + (+music)
Kawża T-344/21: Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 – Plusmusic vs EUIPO – Groupe Canal + (+music)
ĠU C 329, 16.8.2021, p. 34–35
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/34 |
Rikors ippreżentat fit-23 ta’ Ġunju 2021 – Plusmusic vs EUIPO – Groupe Canal + (+music)
(Kawża T-344/21)
(2021/C 329/45)
Lingwa tar-rikors: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Plusmusic AG (Dietikon, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Maier u A. Spieß, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Groupe Canal + (Issy-les-Moulineaux, Franza)
Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO
Applikant għat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti
Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea +music – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 482 571
Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni
Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ April 2021 fil-Każ R 1236/2020-5
Talbiet
Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata sa fejn din tikkonferma l-oppożizzjoni tal-parti l-oħra abbażi tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea; |
— |
tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra għall-ispejjeż tagħhom u għal dawk tar-rikorrenti. |
Motivi invokati
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi evalwa b’mod żbaljat il-paragun viżiv tas-sinjali; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi evalwa b’mod żbaljat il-karattru distintiv ta’ sinjali bil-forma ta’ salib preċedenti; |
— |
Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi evalwa b’mod żbaljat il-probabbiltà ta’ konfużjoni. |