This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0322
Case T-322/21: Action brought on 9 June 2021 — TB v ENISA
Kawża T-322/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2021 – TB vs ENISA
Kawża T-322/21: Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2021 – TB vs ENISA
ĠU C 329, 16.8.2021, p. 31–32
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/31 |
Rikors ippreżentat fid-9 ta’ Ġunju 2021 – TB vs ENISA
(Kawża T-322/21)
(2021/C 329/41)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: TB (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, lawyers)
Konvenut: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni impliċita meħuda mid-Direttur Eżekuttiv tal-ENISA sabiex ma tidentifikax il-pożizzjoni ta’ Kap tad-Diviżjoni għall-Uffiċċju tal-Politika u l-pożizzjoni ta’ Kap tad-Diviżjoni għall-Finanzi u għall-Kuntratti Pubbliċi għall-mobbiltà interna (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni impliċita”);
|
— |
sa fejn huwa meħtieġ, tannulla l-Konklużjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-5 ta’ Awwissu 2020; |
— |
sa fejn huwa meħtieġ, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenut tat-3 ta’ Marzu 2021 li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent kontra d-deċiżjoni impliċita, il-Konklużjonijiet u d-deċiżjonijiet tal-5 ta’ Awwissu 2020. |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż kollha. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ ċarezza u trasparenza, ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali, żball manifest ta’ evalwazzjoni u ksur tal-prinċipju 6 tad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija 2020/5. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq nuqqas ta’ motivazzjoni. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Anness 1 tal-Avviż Amministrattiv. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq ksur tas-seba’ u tat-tmien prinċipji tad-Deċiżjoni tal-Bord ta’ Tmexxija 2020/5, ksur tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba u tal-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u ksur tad-dmir ta’ diliġenza. |