This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0311
Case T-311/21: Action brought on 1 June 2021 — SV v EIB
Kawża T-311/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2021 – SV vs BEI
Kawża T-311/21: Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2021 – SV vs BEI
ĠU C 329, 16.8.2021, p. 30–31
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/30 |
Rikors ippreżentat fl-1 ta’ Ġunju 2021 – SV vs BEI
(Kawża T-311/21)
(2021/C 329/40)
Lingwa tal-kawża: l-Inġliż
Partijiet
Rikorrent: SV (rappreżentanti: L. Levi u M. Vandenbussche, avukati)
Konvenut: Il-Bank Ewropew tal-Investiment
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla r-rapport ta’ evalwazzjoni tar-rikorrent għas-sena 2019; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kunsill Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2020 li tikkonferma r-rapport ta’ evalwazzjoni għas-sena 2019 fil-kuntest tal-eżami mill-ġdid tad-DĠ Persunal kif ukoll id-deċiżjoni tad-DĠ Persunal tat-22 ta’ Frar 2021 li tiċħad it-talba tar-rikorrent għal eżami mill-ġdid amministrattiv; |
— |
tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu materjali tiegħu kif deskritt f’dan ir-rikors; |
— |
tikkumpensa lir-rikorrent għad-dannu morali tiegħu evalwat ex aequo et bono għal EUR 5 000. |
— |
tikkundanna lill-konvenut għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka sitt motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq l-assenza ta’ eżami mill-ġdid sħiħ tal-evalwazzjoni – Ksur tar-Regoli ta’ Implimentazzjoni tal-BEI.
|
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq evalwazzjoni illegali tal-klassifikazzjoni assoluta ta’ prestazzjoni tal-għanijiet u tal-kompetenzi tar-rikorrent – Ksur tal-linji gwida dwar il-Ġestjoni ta’ Prestazzjoni (ĠP).
|
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u tat-Taqsima 3.4 tal-linji gwida ĠP.
|
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni u fuq assenza ta’ evalwazzjoni ġusta, oġġettiva u komprensiva tal-prestazzjoni assoluta tar-rikorrent – Ksur tad-dmir ta’ amministrazzjoni tajba u tad-dmir ta’ diliġenza – Ksur tal-linji gwida ĠP.
|
5. |
Il-ħames motiv ibbażat fuq ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni u żball manifest ta’ evalwazzjoni fir-rigward tal-eżami mill-ġdid amministrattiv u, b’mod partikolari, l-assenza ta’ promozzjoni għal funzjoni tal-livell-D.
|
6. |
Is-sitt motiv ibbażat fuq ksur tad-dritt għal smigħ.
|