Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020TA0015

Kawża T-15/20: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Skyliners vs EUIPO – Sky (SKYLINERS) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SKYLINERS – Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea SKY – Raġuni relattiva għal rifjut – Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 41(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Awtorizzazzjoni sabiex titressaq oppożizzjoni)

ĠU C 329, 16.8.2021, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/21


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Skyliners vs EUIPO – Sky (SKYLINERS)

(Kawża T-15/20) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea SKYLINERS - Trade marks verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea SKY - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 41(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru l-Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 46(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Awtorizzazzjoni sabiex titressaq oppożizzjoni)

(2021/C 329/26)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Skyliners GmbH (Francfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Renck u C. Stöber, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Folliard-Monguiral u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Sky Ltd (Isleworth, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: A. Zalewska, avukat, u A. Brackenbury, solicitor)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-29 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 798/2018-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sky u Skyliners.

Dispożittiv

1)

Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tad-29 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 798/2018-4) hija annullata.

2)

L-EUIPO u Sky Ltd għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll, flimkien, dawk esposti minn Skyliners GmbH.


(1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


Top