Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0624

Kawża T-624/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Welter’s vs EUIPO (Forma ta’ manku bi xkupilja) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni – Forma ta’ manku bi xkupilja – Raġuni assoluta għal rifjut – Assenza ta’ karattru distintiv – Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

ĠU C 329, 16.8.2021, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/19


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Welter’s vs EUIPO (Forma ta’ manku bi xkupilja)

(Kawża T-624/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark tridimensjonali tal-Unjoni - Forma ta’ manku bi xkupilja - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001”)

(2021/C 329/23)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Welter’s Co. Ltd (Touliu, it-Tajwan) (rappreżentant: T. Meinke, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

Suġġett

Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-11 ta’ Lulju 2019 (Każ R 2428/2018-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ sinjal tridimensjonali li jikkonsisti mill-forma ta’ manku bi xkupilja bħala trade mark tal-Unjoni.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Welter’s Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.


(1)  ĠU C 399, 25.11.2019.


Top