This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62019TA0265
Case T-265/19: Judgment of the General Court of 30 June 2021 — Italy v Commission (EAGF and EAFRD — Expenditure excluded from financing — Expenditure incurred by Italy — Clearance of the accounts — Conformity clearance — Financial corrections — Regulation (EU) No 1306/2013 — Risk of financial loss — Regulation (EC) No 1290/2005 — Regulation (EC) No 885/2006 — Primary administrative or judicial finding — Existence of an irregularity)
Kawża T-265/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż imwettqa mill-Italja – Apurement des comptes – Clearance tal-kontijiet – Korrezzjonijiet finanzjarji – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Riskju ta’ dannu finanzjarju – Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Regolament (KE) Nru 885/2006 – Sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja – Eżistenza ta’ irregolarità”)
Kawża T-265/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja vs Il-Kummissjoni (“FAEG u FAEŻR – Spejjeż esklużi mill-finanzjament – Spejjeż imwettqa mill-Italja – Apurement des comptes – Clearance tal-kontijiet – Korrezzjonijiet finanzjarji – Regolament (UE) Nru 1306/2013 – Riskju ta’ dannu finanzjarju – Regolament (KE) Nru 1290/2005 – Regolament (KE) Nru 885/2006 – Sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja – Eżistenza ta’ irregolarità”)
ĠU C 329, 16.8.2021, p. 18–19
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.8.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 329/18 |
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – L-Italja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-265/19) (1)
(“FAEG u FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż imwettqa mill-Italja - Apurement des comptes - Clearance tal-kontijiet - Korrezzjonijiet finanzjarji - Regolament (UE) Nru 1306/2013 - Riskju ta’ dannu finanzjarju - Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Regolament (KE) Nru 885/2006 - Sejba amministrattiva jew ġudizzjarja primarja - Eżistenza ta’ irregolarità”)
(2021/C 329/22)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana (rappreżentanti: G. Palmieri, aġent, assistit minn R. Guizzi, A. Giordano u L. Vignato, avvocati dello Stato)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Bianchi, J. Aquilina u F. Moro, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/265 tat-12 ta’ Frar 2019 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2019, L 44, p. 14), sa fejn tirrigwarda ċerti spejjeż imwettqa mir-Repubblika Taljana.
Dispożittiv
1) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/265 tat-12 ta’ Frar 2019 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), hija annullata sa fejn din teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni ċerti spejjeż imwettqa mir-Repubblika Taljana, sal-ammont ta’ EUR 305 122,74. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-Repubblika Taljana u l-Kummissjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. |