Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62018TA0519

Kawża T-519/18: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Global Silicones Council et vs ECHA (“REACH – Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bl-għan li jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 – Inklużjoni tal-octamethylcyclotetrasiloxane (D4), tad-decamethylcyclopentasiloxane (D5) u tad-dodecamethylcyclohexasiloxane (D6) f’din il-lista – Artikoli 57 u 59 tar-Regolament Nru 1907/2006 – Anness XIII tar-Regolament Nru 1907/2006 – Determinazzjoni permezz tas-saħħa probatorja – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Proporzjonalità”)

ĠU C 329, 16.8.2021, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

16.8.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 329/17


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2021 – Global Silicones Council et vs ECHA

(Kawża T-519/18) (1)

(“REACH - Stabbiliment ta’ lista ta’ sustanzi identifikati bl-għan li jiġu eventwalment inklużi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 - Inklużjoni tal-octamethylcyclotetrasiloxane (D4), tad-decamethylcyclopentasiloxane (D5) u tad-dodecamethylcyclohexasiloxane (D6) f’din il-lista - Artikoli 57 u 59 tar-Regolament Nru 1907/2006 - Anness XIII tar-Regolament Nru 1907/2006 - Determinazzjoni permezz tas-saħħa probatorja - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Proporzjonalità”)

(2021/C 329/20)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrenti: Global Silicones Council (Washington, DC, l-Istati Uniti) u s-6 rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness tas-sentenza (rappreżentanti: R. Cana u D. Abrahams, avukati)

Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (rappreżentanti: M. Heikkilä, W. Broere u A. Hautamäki, aġenti)

Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: American Chemistry Council, Inc. (ACC) (Washington) (rappreżentanti: K. Nordlander u C. Grobecker, avukati)

Intervenjenti insostenn tal-kovenuta: Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja (rappreżentanti: J. Möller, D. Klebs, S. Heimerl u S. Costanzo, aġenti), Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Haasbeek u R. Lindenthal, aġenti)

Suġġett

Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament totali jew parzjali tad-deċiżjoni tal-ECHA tas-27 ta’ Ġunju 2018 li tinkludi l-octamethylcyclotetrasiloxane (D4), id-decamethylcyclopentasiloxane (D5) u d-dodecamethylcyclohexasiloxane (D6) fil-lista ta’ sustanzi identifikati sabiex jiġu eventwalment inkluzi fl-Anness XIV tar-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta’ sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU 2006 L 396, 30.12.2006, u rettifiki fil-ĠU 2007, L 136, p. 3, ĠU 2008, L 141, p. 22, ĠU 2009, L 36, p. 84).

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

2)

Global Silicones Council u r-rikorrenti l-oħra li isimhom huwa inkluż fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk imġarrba mill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (ECHA).

3)

Ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, il-Kummissjoni Ewropea u l-American Chemistry Council, Inc. (ACC) għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess.


(1)  ĠU C 399, 5.11.2018.


Top