This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019BP0069
European Parliament resolution of 27 November 2019 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the Flexibility Instrument to finance immediate budgetary measures to address the on-going challenges of migration, refugee inflows and security threats (COM(2019)0251 — C9-0007/2019 — 2019/2026(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2019)0251 – C9-0007/2019 – 2019/2026(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2019)0251 – C9-0007/2019 – 2019/2026(BUD))
ĠU C 232, 16.6.2021, p. 80–82
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/80 |
P9_TA(2019)0069
Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibiilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati it-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (COM(2019)0251 – C9-0007/2019 – 2019/2026(BUD))
(2021/C 232/22)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0251 – C9-0007/2019), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (1) (ir-Regolament dwar il-QFP) u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (2) u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, li l-Kummissjoni adottat fil-5 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0400), kif emendat bl-Ittra emendatorja Nru 1/2020 (COM(2019)0487), |
— |
wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew fit-13 ta' Settembru 2019 (11734/2019 – C9-0119/2019), |
— |
wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-23 ta' Ottubru 2019 dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2020 (3), |
— |
wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fit-18 ta' Novembru 2019 (A9-0035/2019), |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0039/2019), |
A. |
billi l-Istrument ta' Flessibilità huwa maħsub biex jippermetti l-finanzjament, għal sena finanzjarja partikolari, ta' nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tkun iffinanzjata fil-limiti massimi disponibbli ta' intestatura waħda jew aktar; |
B. |
billi l-Kummissjoni kienet ipproponiet il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità bl-ammont ta' EUR 778 074 489 biex tissupplimenta l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2020 'l fuq mil-limitu massimu tal-intestatura 3, bl-għan li tiffinanzja miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni, id-dħul tar-rifuġjati u t-theddid għas-sigurtà; |
C. |
billi l-Kumitat ta' Konċiljazzjoni kkonvokat għall-baġit tal-Unjoni 2020 qabel dwar il-mobilizzazzjoni proposta mill-Kummissjoni; |
1. |
Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibilità jiġi mmobilizzat għal ammont ta' EUR 778 074 489 f'approprjazzjonijiet ta' impenn; |
2. |
Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, tindika għal darb'oħra l-bżonn kruċjali ta' aktar flessibilità fil-baġit tal-Unjoni; |
3. |
Itenni l-opinjoni li ilu jħaddan li l-pagamenti li ġejjin minn impenji mobilizzati preċedentement permezz tal-Istrument ta' Flessibilità, jistgħu jingħaddu biss lil hinn mil-limiti massimi tal-QFP; |
4. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
5. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
6. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.
(2) ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.
(3) Testi Adottati, P9_TA(2019)0038.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2020/265.)