This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52019BP0068
European Parliament resolution of 27 November 2019 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the European Union Solidarity Fund to provide assistance to Greece (COM(2019)0496 — C9-0144/2019 — 2019/2137(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja (COM(2019)0496 – C9-0144/2019 – 2019/2137(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja (COM(2019)0496 – C9-0144/2019 – 2019/2137(BUD))
ĠU C 232, 16.6.2021, p. 78–79
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
16.6.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 232/78 |
P9_TA(2019)0068
Mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-27 ta' Novembru 2019 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Greċja (COM(2019)0496 – C9-0144/2019 – 2019/2137(BUD))
(2021/C 232/21)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0496 – C9-0144/2019), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta' Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 10 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (3), u b'mod partikolari l-punt 11 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0040/2019), |
1. |
Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni bħala sinjal ta' solidarjetà tal-UE maċ-ċittadini tal-UE u mar-reġjuni milquta minn diżastri naturali; |
2. |
Ifakkar li l-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (“il-Fond”) għandu l-għan li jirrispondi malajr u b'mod effiċjenti għal sitwazzjonijiet ta' emerġenza bħala espressjoni ta' solidarjetà; jenfasizza f'dan ir-rigward li l-proċeduri interni għar-rilaxx finali tal-għajnuna finanzjarja permezz tal-Fond m'għandhomx iwasslu għal xi tip ta' dewmien, minħabba li d-diżastri naturali normalment jikkawżaw ħsara estensiva li tinterferixxi serjament mal-ħajja ta' kuljum tan-nies u mal-ekonomiji lokali; |
3. |
Jinnota li, skont il-memorandum ta' spjegazzjoni tal-Kummissjoni, EUR 265 252 381 mill-allokazzjoni għall-Fond baqgħu ma ntużawx fl-2018 u ġew riportati u li jibqa' disponibbli l-ammont ta' EUR 557 530 278 għall-2019; |
4. |
Jisħaq fuq il-ħtieġa urġenti li tingħata assistenza finanzjarja mill-Fond lir-reġjuni kollha fl-Unjoni milquta minn diżastri naturali fl-2019; |
5. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
6. |
Jenfasizza l-ħtieġa li l-ammont li jifdal jiġi rilaxxat mill-aktar fis possibbli u f'perjodu ta' żmien raġonevoli, peress li l-operazzjonijiet ta' rkupru fi Kreta jeħtieġ jiġu konklużi immedjatament minħabba kundizzjonijiet severi tat-temp li għandhom it-tendenza li jseħħu dejjem aktar ta' spiss fi Kreta u f'reġjuni oħra tal-Greċja; |
7. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
8. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata assistenza lill-Greċja
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, Deċiżjoni (UE) 2020/28.)